Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
04 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Donazzjonijiet mill-Passaport tad-deheb: Swieqi United jingħataw donazzjoni kważi daqs Puttinu Cares Mill-2020 sa Mejju ta' din is-sena nġabru mas-€660,000 f'donazzjonijiet lil NGOs. B'mod inspjegabli Swieqi United ingħataw kważi l-istess ammont ta' fondi minn donazzjoni waħda daqs kemm ingħataw Puttinu Cares f'liet donazzjonijiet REQUEST FOR TENDER NO. 011/23 will receive offers for the following: ■ Concession of the Operation of the Bars and Trophies Lounge of the National Stadium and the Bars of the Centenary Stadium, Ta' Qali. ■ A Tender Announcement with more information can be accessed through the MFA website. ■ Closing Date: Friday, 30th June 2023 at 12:00hrs (CET). Malta Football Association, Millennium Stand, Floor 2, National Stadium, Ta' Qali ATD4000 T: +356 2338 6000 | W: www.mfa.com.mt/tenders/ Il-klabb tal-football Swieqi United irċieva kważi l-istess ammont ta' fondi daqs Puttinu Cares permezz tal-aħħar mudell tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment, liema programm ra diversi bidliet mill-bidu tiegħu fl-2014. Skont informazzjoni ppubblikata fil-Parlament wara mistoqsija Parlamentari mill-Kelliem għall- Isport u x-Xandir Nazzjonali, Graham Bencini indirizzata lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri. Hawn ingħata rendikont tad- donazzjonijiet li ngħataw minn applikanti li xtraw ic-ċittadinanza Maltija mill-2020 sal-10 ta' Mejju 2023, fejn b'kollox ingħataw 77 donazzjoni b'valur totali ta' €660,236.35. Minn din l-informazzjoni, ħareġ li Puttinu Cares kellha l-akbar ammont ta' donazzjonijiet b'€55,000 mifruxa bejn sitt donaturi. B'mod simili l-fondazzjoni Inspire irċiviet 4 donazzjonijiet b'valur totali ta' €40,145.50 u Nature Trust Malta rċeviet 4 donazzjonijiet li jammontaw għal €35,000.00. Meta wieħed iħares lejn din l-informazzjoni, jinnota li b'mod kemmxejn stramb, il-klabb tal- football ta' Swieqi United irċiviet donazzjoni waħda ta' €50,000, liema donazzjoni tolqot l-għajn anke meta wieħed jinnota li biex wieħed jingħata ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta' dan il- programm, jeħtieġ li jagħmel donazzjoni minima ta' €10,000 biss. Swieqi United mhux l-unika klabb tal-football li bbenefika minn din l-iskema. Fosthom, il- klabb Zabbar St.Patrick irċieva donazzjoni ta' €10,000, Fgura United rat għotja ta' €5,000. Id-donazzjonijiet ġejjin miċ- ċittadinanza b'investiment kienu fl-aħbarjiet riċentament, hekk kif din il-gazzetta kienet żvelat kif fost l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-iskema kien hemm Repubblika, liema għaqda dejjem kienet voċifera kontra x-xiri ta' ċittadinanza. Dan wassal biex l-għaqda tagħti lura d-donazzjoni ta' €1,500 li rċeviet, hekk kif kienet stqarret li hija qatt ma kienet taf li rċeviet din id-donazzjoni qabel inħareġ l-artiklu minn din il- gazzetta. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn id-donazzjonijiet kollha li saru mill-bidu tal-programm ta' bejgħ ta' ċittadinanza fl-2014, liema programm kien differenti ferm minn dak li jeżisti llum il-ġurnata, jara li b'kollox saru mas-€6.5 miljun ewro minn kważi 1,100 donatur. Permezz tal-programm l-antik, wieħed seta' jagħmel anke donazzjonijiet lil entitajiet governattivi. Fil-fatt, l-entità governattiva Heritage Malta ġabret it-tielet l-aktar ammont ta' donazzjonijiet minn din l-iskema mill-2014, hekk kif irċeviet €424,520 minn 53 donazzjoni, li tfisser li Heritage Malta hija t-tielet l-aktar entità li rċeviet donazzjonijiet minn dan il- programm. Fl-ewwel post hemm Puttinu Cares b'224 donazzjoni li jammontaw għal €1,435,096.75, u fit-tieni post hemm il-Malta Community Chest Fund b'€1,189,071.53 minn 167 donatur. Dan il-programm kontroversjali, skont riċerka mill-Parlament Ewropew huwa mium li rriżulta f '3,705 persuni li ngħataw iċ- ċittadinanza Maltija. Il-klabb tal- football ta' Swieqi United irċiviet donazzjoni waħda ta' €50,000, liema donazzjoni tolqot l-għajn anke meta wieħed jinnota li biex wieħed jingħata ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta' dan il-programm, jeħtieġ li jagħmel donazzjoni minima ta' €10,000 biss Heritage Malta ġabret it-tielet l-aktar ammont ta' donazzjonijiet minn din l-iskema mill-2014, hekk kif irċeviet €424,520 minn 53 donazzjoni