Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675
F it-30 ta' Marzu 2023, is-settur pubbliku Malti ħabbar li qed jintroduċi capping ġdid għar-"re- mote Working". Dak li kien pubblikat fil-gazzetti, li s-settur pubbliku kellu jżid ir-remote working, hu ferm bogħod mill-verità. Ir-realtà hi li l-gvern, li huwa l-akbar entità li tħad- dem f 'Malta u li għandu l-ob- bligu li jmexxi u jippromwovi l-miżura ta' "work life balance", fil-fatt naqqas is-sigħat li jistgħu jinħadmu "remotly" fis-settur pubbliku. Wara s-sitwazzjoni tal- COVID, fejn numru ta' impjegati kienu mġiegħla jaħdmu mid-dar għal raġunijiet ovvji, remote working kellu jiġi imħaddem. L-iktar ħaġa importanti kienet li l-impjegati bdew jidentifikaw l-importanza u l-vantaġġ tar-remote working u kienu kuntenti li jkomplu f 'sitwazzjoni aktar ibrida, fejn wieħed jista' jibbilanċja l-ġimgħa tiegħu bejn id-dar u x-xogħol u xorta jwettaq ix-xogħol li jkollu b'mod effiċjenti. Imma f 'Marzu li għadda smajna bil-gidba li s-settur pubbliku kien ser iżid ir-remote working. Is-Settur Pubbliku, anke wara li ra l-benefiċċji tar-remote working, iddeċieda li japplika l-politika ta' miżuri ta' bilanċ bejn il-ħajja tax- xogħol, li nkitbet snin qabel il-COVID, u alloka biss 20% fil-ġimgħa remote working, li huwa l-ekwivalenti ta' ġurnata fil-ġimgħa. Dan huwa ferm inqas minn dak li kien disponibbli għas-servizz ċivili wara l-COVID. Biex inkun onest, ir-remote working ma kienx popolari ħafna qabel il-COVID, fejn għadd ta' ħaddiema kienu mġiegħla jidħlu fih, iżda bħalma għidt, magħha ġabet kultura ġdida ta' xogħol li kemm l-impjegati kif ukoll dawk li jħaddmu bdew jibbenefikaw minnha. Il-politika għall-"Bilanċ tal-ħajja tax-xogħol" ħarġet ħafna qabel is-sitwazzjoni tal- COVID, u nimmeravilja ruħi kif wara li l-COVID reġgħet ġiet adottata din il-miżura antika. Raġuni għal dan qatt ma ngħatat. Ilni nistaqsi, imma għadni qed nistenna tweġiba. Qed nistenna wkoll tweġiba jekk kienx hemm studju li sar mis-settur pubbliku biex jiġi evalwat jekk ir-remote working kellux impatt negattiv fuq il-produttività tal-impjegati, jew jekk saritx analiżi SWOT biex jiġi ddeterminat liema perċentwal tal-ħin tax-xogħol kellu jiġi allokat għar-remote working. Ħadd ma jaf minn fejn ġew l-20% sigħat tax-xogħol. Bosta impjegati kkuntattjaw lill-Partit Nazzjonalista u infurmawna li f 'ħafna każijiet lanqas hemm biżżejjed spazju biex kulħadd jaħdem! Daqsek hi ħażina s-sitwazzjoni! Kwistjoni oħra li ħarġet kienet id-diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema f 'dan kollu. Qed nirreferi għad-diskriminazzjoni bejn ħaddiema mingħajr ulied jew li wliedhom għandhom 'il fuq minn 16-il sena, u dawk li għadhom qed irabbu. Ma rridx niniehem ħażin; mhux qed nghid li min għandu t-tfal għandu b'xi mod ikun intitolat ghal anqas, anzi. Iżda m'għandniex niddiskriminaw fir-rigward tal-mżura tal-bilanċ fil-ħajja tax-xogħol. Għandu jkun hemm tqassim ekwu għal kulhadd. Kemm fl-Olanda, kemm fl-Italja kif ukoll fi Franza m'hemm l-ebda limitu fuq remote working u m'hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema. F'pajjiżna l-Gvern qed jiddiskrimina wkoll kontra gradi ta' Assistenti Diretturi u gradi għola, fejn remote working mhux permess għalihom. Ma naraa l-ebda raġuni għal dan jekk ix-xogħol jippermetti. Dawn il-pajjiżi li semmejt kollha għandhom liġijiet ta' remote working fil-liġijiet nazzjonali tagħhom u fil-policies tas-servizz Pubbliku. Allura għaliex Malta hija differenti, meta aħna mgħarrqa bi problemi li r-remote working biss jista' jsolvi? It-traffiku huwa wieħed minn dawn il-problemi. Jekk wieħed jagħmel kalkolu approssimattiv jara li l-gvern jimpjega 55,000 ruħ. Jekk terz ta' dawn kuljum qed jaħdmu bir-remote working ikun ifisser li 18,333 vjaġġatur inqas imorru għax-xogħol kull filgħodu. Kollha jkollhom bażikament l-istess sigħat tax- xogħol dawn. B'inqas karrozzi jiġi inqas tniġġis, aktar ħin id-dar, inqas spejjeż fuq il- uwil, u għaldaqstant iktar għajnuna lil numru kbir ta' ħaddiema jiġġieldu direttament ir-rata għolja ta' inflazzjoni billi niffrankawhom il-flus, u dan ma jkun qed jiswa xejn lill-gvern u lill-pajjiż. Inqattgħu aktar ħin fit-traffiku milli għandna leave annwali. Dan ifisser li xi ħadd mill- Mellieħa se jibbenefika sagħtejn kuljum. Ma tistax tpoġġi prezz fuq il-ħin, speċjalment ħin iktar li tqatta' mal-familja tiegħek. Qegħdin ngħixu f 'dinja mgħaġġla ħafna fejn iż-żmien huwa prezzjuż, u l-gvern qed jisraq dan minn fuq l-impjegat tiegħu. Dan il-Gvern mhux itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema tiegħu fejn possibbli, mhux itejjeb il-produttività tal- ħaddiema tal-Gvern billi jwaqqaf performance indicators jew joħloq inċentivi aħjar. Minflok il-Gvern jidentifika modi kif itejjeb l-effiċjenza tal-ħaddiema tiegħu u juża l-ħaddiema tiegħu b'mod korrett u aktar effettiv, u minflok jixpruna remote work bħala l-akbar impjegatur f 'Malta, ikompli jikkastiga lill-ħaddiema u jnaqqas il- flessibbiltà tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista ma jarax ir-remote working bħala theddida iżda bħala soluzzjoni għal ħafna problemi li ħoloq dan il-gvern stess. Jarah bħala mod kif joffri ħinijiet ta' xogħol flessibbli li jtejjeb il-produttività, u li jekk tiġi użata u mmonitorjata b'mod korrett, tista' ttejjeb l-effiċjenza, l-istandards kif ukoll firxa usa' ta' sigħat tax-xogħol fejn il-pubbliku jkun moqdi aħjar. Bid-direttiva "Right to disconnect" se jitnaqqas ir-riskju li ħaddiem ikun mifni meta jaħdem bir-remote working kif diġà ġie indikat mill-ILO (Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol). Dan hu dak li jridu l-ħaddiema biex jkunu aktar iffukati, aktar motivati u aktar effiċjenti. Is-settur pubbliku jeħtieġ li jidentifika dawn il-ħtiġijiet, li ma jiswew xejn, u jtejbuh. Ma jistax ikompli jgħix fl-imgħoddi u jipprattika modi qodma u ineffiċjenti biex jaħdem. Għandu jasal għal prattiċi ta' xogħol moderni u jipprattika dak li hu miktub fil-"Policy" tiegħu stress. Il-gvern għandu jipprattika dak li jipprietka. Jekk mhux se jagħmel dan, se jkun il-PN żgur ser jagħmlu. opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum Rigress...Remote Working fis-settur pubbliku Ivan Castillo huwa kelliem tal-Partit Nazzjonalista tax-Xogħol u Maritimu Ivan Castillo Il-politika għall-"Bilanċ tal-ħajja tax-xogħol" ħarġet ħafna qabel is-sitwazzjoni tal-COVID, u nimmeravilja ruħi kif wara li l-COVID reġgħet ġiet adottata din il-miżura antika.