Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
02 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 'Ibqgħu ftakru minn dak li għaddejtu biex wasaltu s'hawn' Il-President George Vella feraħ lil 14-il persuna li temmew b'suċċess il-programm residenzjali terapewtiku ta' Caritas Malta u fakkarthom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u jibqgħu jiftakru minn xiex għaddew biex waslu s'hawn. Waqt il-gradwazzjoni f 'San Blas, il-President Vella qal li "intom 14-il storja differenti u f 'kull waħda jispikka s-suċċess, il-kuraġġ u t-tama." B'referenza għall-pass li wassal lill-gradwati biex jieħdu l-ewwel deċiżjoni li jibdew jieħdu l-kura f 'wieħed miċ-ċentri tal-Caritas, il- President qal li r-reżiljenza u l-bidla li wettqu fl-aħħar sena u nofs huma tassew ammirevoli. "Il-ħajja ta' kulħadd hija mimlija sfidi u l-użu ta' sustanzi li jwasslu għal dipendenzi hu eżempju ta' kif uħud jaħsbu li se jsibu l-wens," qal il-President waqt li sellem lill-ħaddiema kollha tal-Caritas li rrefera għalihom bħala t-tama u l-vera wens għal min hu dipendenti. Il-President George Vella appella biex meta xi ħadd jiltaqa' ma' persuni b'dipendenzi, juri empatija, mogħdrija u jevita kliem ta' disprezz. "Meta nneħħu l-istigma li sfortunatament għadha magħna, inkunu qed niżguraw li min ibati mid- dipendenza jħossu apprezzat u mifhum, mhux immaqdar jew insultat," qal il-President Vella. Fid-diskors tiegħu, faħħar ir- rwol siewi tad-Dar Charles Miceli li issa ilha ħames snin tgħin lill-individwi li jkunu lestew jew waslu biex ilestu l-programm biex ma jerġgħux jaqgħu fid-dipendenza. Dwar l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, il- President qal li din m'għandhiex tkun Awtorità tal-isem, imma Awtorità magħmula minn nies kompetenti li kapaċi jgħinu lill- awtoritajiet leġiżlattivi jbiddlu jew jaġġornaw il-liġi skont il- bżonn. Il-President Vella ħeġġeġ lill- awtoritajiet responsabbli biex jaraw li jsaħħu l-ħidma tagħhom favur il-ġustizzja soċjali u l-prevenzjoni mid-dipendenzi u għalhekk ma jiddejqux jieħdu deċiżjonijiet meħtieġa u f 'waqthom kull meta jkun hemm bżonn. "Din hija ġlieda kontra d-dipendenza mid-droga, mhux ġlieda kontra min jaqa' vittma. Dawn huma ħutna li għandhom bżonn l-għajnuna, is-simpatija u l-imħabba tagħna lkoll," stqarr il- President George Vella. Il-President Vella feraħ lill-14-il persuna li temmew b'suċċess, kuraġġ u tama l-programm residenzjali terapewtiku ta' Caritas Malta