Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

... Tkompli minn paġna 1 Attentati biex ibiddlu l-fehma ta' Vella minn diversi nies viċin Abela sfumaw fix-xejn. Il-President Vella, Kattoliku prattikanti huwa magħruf bħala "konservattiv u ta' rasu". Tant hu hekk illi Vella ma kellu l-ebda problema meta affaċċjat bil-proposta għamilha ċara li jekk il-Gvern jibqa' għaddej bil-proposta kien se jkun hemm konsegwenzi koroh. Il-proposta ta' Robert Abela kienet waħda progressiva, sa ċertu punt. Fl-aħħar Abela kellu jagħmel irtirata, imma ma jistax jingħad li mingħajr l-ebda forma ta' suċċess għax il-proposta l-ġdida għalkemm inqas progressiva mill-proposta oriġinali jiaħ ventilatur żgħir biex il-gruppi favur l-għażla kkomplu f 'xogħolhom biex ibiddlu l-qafas legali għall-introduzzjoni tal-abort f 'pajjiżna. Ħafna irrimarkaw illi kieku kellu l-għażla Robert Abela, lanqas biss kien jikkunsidra lil Vella bħala kandidat għal President tar- Repubblika, "sforz in-nuqqas ta' fiduċja ta' bejniethom." Il-President Emeritus u missier il-PM, George Abela u l-President Vella kienu "għedewwa politiċi" fi ħdan l-istess partit u l-storja tmur lura għaż-żmien tal-Prim Ministru Alfred Sant fejn il-President Emeritu kien ikkunsidrat bħala l-persuna li weġġa' politikament il- karriera ta' Vella, ta' Sant u weġġa' wkoll lilll-Partit Laburista. Dan hekk kif kien telaq il-partit wara differenzi ma Sant. X'inhuma l-bidliet li tħabbru nhar il-Ġimgħa? Il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar illi fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jkun qiegħed iressaq l-emenda tat-tqala b'terminoloġiji aktar ċari fil-Kumitat Parlamentari għall-Abbozzi biex eventwalment tgħaddi għat-tielet qari fil- Parlament. Dan qalu f 'konferenza tal-aħbarjiet fil-Parlament stess filwaqt li ikkjarifika punti li qajmu tħassib u dibattitu fix-xhur li għaddew. Qabel xejn huwa qal illi biex tiġi ikkunsidrata t-terminazzjoni tat- tqala din l-emenda qed tiċċara li l-professjonisti mediċi iridu jkunu eżawrew il-kura u l-prattiċi mediċi kurrenti f 'Malta, kollha. Wara li jkunu eżawrew it-trattamenti kollha eżistenti, jekk it-tarbija tkun viabbli li tgħix barra mill- ġuf titwelled, jekk le tiġi terminata t-tqala. Ikkjarifika li l-Gvern qatt ma kellu l-ħsieb u l-intenzjoni li jippermetti li tiġi terminata tqala ta' tmien xhur, "għalhekk mal-emenda se nżidu ż-żmien tal-viabilità fl- istanza li t-tarbija tista' tgħix barra mill-ġuf indipendentament." Apparti minn hekk qal illi wara konsultazzjoni ma' persuni u entitajiet differenti qal illi kien hemm min ġibed l-attenzjoni illi jekk mara tqila taqbadha dipressjoni, din tista' tagħmel suwiċidju u għaldaqstant tkun ta' periklu għal saħħitha stess. "Ma jfissirx li d-dipressjoni titrattaha billi tittermina t-tqala, tista' titrattaha bil-mediċina," filwaqt li tenna u enfasizza li l-professjonisti iridu jkunu eżawrew il-prattiċi kollha neċessarji. Huwa għamel referenza wkoll għall-frażi fl-emenda li tgħid "periklu gravi għas-saħħa" u sostna li kien hemm diversi persuni li kienu mħassba dwar x'jiddefinixxi periklu gravi. Żied illi bl-aħħar emendi l-Gvern se jbiddel it- terminoloġija għal: "Saħħitha tkun f 'periklu gravi li jista' jwassal għall- mewt jew is-sitwazzjoni tant tkun gravi li tkun f 'qagħda imminenti li se titlef ħajjitha jew li se twassal biex titlef ħajjitha." Fearne qal illi l-konsultazzjoni fl- aħħar xhur saret ukoll ma' ommijiet li għaddew minn sitwazzjonijiet simili u għaldaqstant fakkar li hemm każi fejn l-omm tkun f 'periklu tal-mewt iżda mhux li se tmut minn ħin għall-ieħor, bħal pereżempju omm marida bil- kanċer, jew għanda kundizzjoni tal-qalb. Qal illi d-deċiżjoni dwar terminazzjoni, f 'dak il-każ, tittieħed minn tliet speċjalisti li jkunu fuq ir-reġistru mediku Malti, tnejn minnhom speċjalisti tal-ostetrija u speċjalist ieħor li jkun qiegħed jagħti kura fuq il-kundizzjoni separata mit-tqala tal-omm. Jiġifieri f 'każ ta' kanċer il-professjonist ikun onkologu u f 'każ tal-qalb ikun kardologu, fost eventwalitajiet oħra. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum Għaddejin diskussjonijiet biex l-iskema tal- Get Qualified tiġi mġedda wara l-2023 ANTHEA CACHIA Għalkemm l-iskema tal-Get Qualified se tkun qed tintemm f 'Diċembru tal-2023, il-Malta Enterprise ikkonfermat mal- gazzetta ILLUM illi bħalissa għaddejjin diskussjonijet biex din l-iskema, li għenet lil diversi studenti fl-aħħar snin, se tiġi mġedda u estiża. Mistoqsija jekk studenti li japplikaw għal kors ftit qabel ma tintemm din l-iskema, il-Malta Enterprise qalet illi "nikkonfermaw li dawk l-istudenti li jibdew kors eleġibbli qabel tmiem Diċembru 2023, se jkunu eliġibbli għal din l-iskema anke jekk il-kors jintemm wara l-2023. L-applikazzjoni trid tasal għand il-Korporazzjoni sa sentjen mill-jum li fih tinkiseb il- kwalifika." Din l-iskema tagħti lura 70% tal-ispejjeż li l-persuna tkun nefqet biex lestiet kors f 'krediti ta' taxxa lil benefiċjarji li applikaw u temmew kors b'suċċes. Din l-iskema tħabbret oriġinarjamentm bil-għan li tkompli tagħti opportunitajiet ta' edukazzjoni lill-poplu Malti u tkopri diversi setturi u industriji, inkluż stħarriġ tal-fotografija, ta' saħħa fiżika, ta' marketing u tan- negozju fost ħafna oħrajn. 'Attentati biex ibiddlu l-fehma ta' Vella sfaw fix-xejn' Snin twal ta' kunflitti Laburisti interni bejn il-Presidenti 'George' ma joħloqx relazzjoni tajba bejn il-President tar-Repubblika u l-Prim Ministru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023