Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

Carmel Cacopardo 15 editorjal IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J ekk kien hemm avveniment li ċertament żamm lil kulħadd iċċassat fuq il-mezzi tax-xan- dir b'mod speċjali fuq il-BBC jew ic-CNN kienet l-aħbar ta' ħames persuni li għebu fuq tip ta' sottomarin mhux ikbar minn vann żgħir li kien nieżel biex jara il-vapur Titanic. Kapriċċ redikolu deskritt bħala esperiment li wassal għal katastrofija sħiħa u li ħa l-ħin u r-riżorsi ta' ħafna nies bit-tama li jippruvaw isalvawhom. Mhux b'sorpriża li ma kien hemm ebda sforz simili għal dawn l-imigranti li rriskjaw kollox biex jippruvaw jgħixu x'imkien ieħor. Bħalma nafu dawn kollha mietu u sirna nafu dan wara li kien hemm operazzjoni massiċċa minn pajjiżi differenti biex jinstab dan is-sottomarin u l-ħames persuni. In-nefqa u l-impenn kien wieħed impressjonanti. L-attenzjoni tal-midja kienet waħda straordinarja. Eluf ta' mili l-bogħod u mijiet ta' mili minn Malta vapur bi mijiet ta' persuni li kienu qed joħolmu li jibdew ħajja ġdida fl-Ewropa għerqu fil-baħar f 'traġedja li setgħet kienet evitata. Dawn ukoll ħallsu, xi $5,000 jew $7,000 biex sfortuntament huma wkoll spiċċaw f 'ħalq il-mewt. Il-Greċja pajjiż Ewropew li kellhom ir-responsabbilità li jgħassu dan il- vapur għażlu li ma jagħmlu xejn. Tipika għall-Griegi li bħal Maltin jikkunsidraw il-migranti bħala piż żejjed. U dan skont l-aġenzija Ewropea li tgħasses il- migrazzjoni. Ironikament kien hemm superyacht li mar fuq il-post u offra għajnuna u salva numru mdaqqas ta' migranti. Imma oħrajn inkluż nisa u tfal tilfu l-ħajja tagħhom fl-ibħra. Ir-rappurtaġġ għal din it-traġedja kienet fqira u mingħajr frilli. Fl-istess żmien pajjiżna wkoll kien qed imexxi diskussjonijiet ma' pajjiżi sħab fl- Ewropa biex jaraw kif jistgħu jwaqqfu l-migrazzjoni u mhux isalvaw in-nies. Gvernijiet bħal ta' Robert Abela, Meloni u anke tal-Greċja kollha tal-istess fehma li għalihom dawn in-nies – li ħafna minnhom qed jaħarbu mir-realtà tal-gwerer u faqar kbir - posthom mhux magħna imma fil-pajjiż fejn twieldu. Jekk qatt kien hawn mument ta' qtugħ ta' qalb issa huwa l-mument. Jekk qatt kien hawn mument fejn jintwera biċ-ċar l-egoċentriżmu tal-ġnus u min imexxihom, dan hu l-mument. Hemm bżonn li meta nitkellmu fuq solidarjetà u moralità, nifhmu ftit liema suġġetti nixtiequ nħallu barra. U liema nixtiequ ninkludu mal-lista! Hemm il-bżonn illi nifhmu illi s-solidarjetà mhix dik li darba f 'sena. Żewġ traġedji, żewġ stejjer Ironikament kellu jkun superyacht li jsalva l-migranti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023