Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Brexit Tax: L-impatt tal-Brexit fuq l-importazzjoni f'pajjiżna 16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum I l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl- 2020 kellu konsegwenzi estensivi f 'diversi setturi u ekonomiji fl-Ewropa, mhux l-inqas f 'Malta, Stat Membru gżira żgħir li jiddependi ħafna fuq l-importazzjoni ta' prodotti varji. Il-Brexit ippreżenta b'mod partikolari sfidi f 'termini ta' kummerċ u investiment f 'pajjiż- na. Qabel ir-Renju Unit kien jifforma parti mis-Suq Uniku u dan kien jippermetti kummerċ ħieles mingħajr tariffi jew ostakli addizzjonali ma' pajjiżna u Stati Membri oħra. Konsegwente- ment, u anke minħabba r-rabtiet politiċi u kummerċjali storiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, il-prodot- ti Ingliżi minn dejjem kienu jifformaw porzjon għoli ħafna mit-total tal-importazzjonijiet ta' Malta, liema prodotti jvarjaw minn makkinarju u farmaċewtiċi għal ikel u xorb. Minkejja dawn ir-rabtiet kummerċjali, in-negozji Maltin għamlu wkoll sforz biex jibdew ivarjaw u jħarsu lejn kumpaniji fi Stati Membri oħra li setgħu jimportaw mingħandhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit, però sfortunatament, iċ-ċokon ta' pajjiżna ma jagħmilhiex vijabbli għall-importaturi li jakkwistaw il-prodotti direttament mill- pajjiż tal-oriġini fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant in- negozji Maltin kellhom jibqgħu jużaw ir-relazzjonijiet u r-rabtiet li bnew matul is-snin mal- fornituri tar-Renju Unit biex jakkwistaw il-kwantitajiet żgħar meħtieġa għas-suq lokali u jkunu jistgħu jgħaqqdu volum ta' merkanzija kbir biżżejjed li jkun jagħmel sens biex jiġi impurtat lejn Malta. Fit-teorija, il-ehim ta' kummerċ ħieles li ġie maqbul wara t-tluq biex jirregola r-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jippermetti l-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi mingħajr ebda xkiel jew spejjeż addizzjonali, però, ir-realtajiet li jiffaċċjaw l-importaturi lokali huma ħafna differenti. Matul dawn l-aħħar ġimgħat kelli ċ-ċans li nkompli niddiskuti mal-importaturi lokali l-problemi li qed jiffaċċjaw li qed iwasslu wkoll għal żidied fil-prezzijiet ta' bosta prodotti f 'pajjiżna. Jirriżulta li ħafna importaturi qed jispiċċaw iħallsu tariffa ta' 16.9%, anke fuq prodotti li kienu magħmula fl-Unjoni Ewropea, esportati lejn ir-Renju Unit, u mbagħad importati lejn Malta. Il-Ftehim jitlob li l-merkanzija importata trid tissodisfa kriterji stretti dwar ir-regoli tal-oriġini biex tkun eliġibbli għall- eżenzjoni mit-tariffi, filwaqt li l-esportatur irid jagħti prova li sehem imdaqqas tal-valur tal- prodott (normalment madwar 50%) ġie prodott fl-Unjoni Ewropea jew f 'pajjiż ieħor li miegħu l-Unjoni għandha ehim ta' kummerċ ħieles, bħar-Renju Unit. Id-determinazzjoni tar- regoli tal-oriġini huwa meqjus proċess kumpless u burokratiku f 'xi każijiet, u minbarra l-fatt li madwar 32 % tal-kumpaniji tar- Renju Unit isibuha diffiċli biex jagħmlu din id-determinazzjoni, xi drabi saħansitra jqisu li ma jkunx jaqblilhom jgħaddu mill- burokrazija miżjuda meħtieġa biex jiġi ppruvat li l-prodotti tagħhom huma eliġibbli għal eżenzjoni mit-tariffi, speċjalment meta ma jkollhomx klijentela tal- esportazzjoni wiesgħa madwar l-Unjoni Ewropea u tkun trid issir biss għal pajjiżna. Din tiġri b'mod partikolari fejn jidħlu prodotti tal-ikel, fejn il-prodotti tar-Renju Unit xi drabi huma preferuti fuq prodotti simili magħmula fl-Unjoni Ewropea minħabba d-drawwiet li ilhom jeżistu mill- passat kolonjali ta' Malta, u kif ukoll minħabba l-lingwa komuni tagħna, fejn huwa ħafna aktar faċli għall-konsumaturi Maltin li jimu tikketta miktuba bl-Ingliż minn waħda miktuba b'lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea. Naturalment dawn huma miżuri biex jiġi mħares is-Suq Uniku, però huma regoli li ma jagħmlux sens għall-kummerċ ta' pajjiż żgħir bħal Malta. Fl- aħħar mill-aħħar, dawn huma kollha spejjeż addizzjonali li qed jirriflettu fuq il-prezz finali li qed ikollu jħallas il-konsumatur Malti, li diġà qed ikollu jixtri prodotti aktar għoljin minħabba spejjeż oħra li it li xejn hemm kontroll fuqhom, inkluż l-ispejjeż tal-importazzjoni u l-loġistika u kif ukoll l-inflazzjoni li kompliet affettwat il-prezzijiet. Din l-anomalija qed twassal għal dak li qed insejjaħ taxxa tal-Brexit, li mhijiex qed titħallas minn dawk li għażlu li joħorġu mill-Unjoni Ewropea, iżda mill-konsumaturi Maltin, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Għaldaqstant din il-ġimgħa ħadt inizzjattiva importanti ħafna biex nibdew nindirizzaw din il-problema, fejn ktibt u spjegajt lill-Kummissjoni Ewropea l-isfidi li qed naffaċċjaw waħedna u l-inġustizzja mal-konsumaturi Maltin li qed jispiċċaw bla għażla u jkollhom iħallsu aktar. Ktibt lill-Kummissjoni biex tinstab soluzzjoni sabiex ma jitħallasx aktar dazju minn importaturi Maltin fuq prodotti li jiġu manifatturati fl-Unjoni Ewropea u mbagħad jiġu impurtat lejn Malta mir-Renju Unit. Din hija priorità għall-konsumaturi Maltin li qed iħallsu ferm aktar għall-istess prodotti meta kkumparat ma' dak li jkollhom iħallsu konsumaturi oħra Ewropej. Kommess li nsegwi din il-kwistjoni u naħdem biex tinstab soluzzjoni li tagħmel sens mal-Kummissjoni Ewropea. Din l-anomalija qed twassal għal dak li qed insejjaħ taxxa tal-Brexit, li mhijiex qed titħallas minn dawk li għażlu li joħorġu mill-Unjoni Ewropea, iżda mill- konsumaturi Maltin, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023