Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 09 09 Il-jum li fih ir-Russja bdiet l-irvell kontra min imexxiha ANTHEA CACHIA Għal dawn l-aħħar sena u it xhur kienu l-ħafna li esprimew il-ħsieb illi l-unika mod ta' kif Vladimir Putin jista' qatt iċedi l-armi u titwaqqaf il-gwerra hi billi niesu stess iduru kontrih. Il-gwerra kontra l-Ukrajna ilha għaddejja u t-tama li xi darba naraw it-tmiem bdiet tbatti xi it iżda sorprendentament ilbieraħ filgħodu d-dinja qamet għall- aħbar illi grupp militar Russu mhux talli dar kontra l-mexxej tiegħu stess talli attakkah. Kollox beda minn Wagner. Min qed imexxi? Yevgeny Prigozhin huwa l-Kmandant merċenarju ta' Wagner u akkuża lil Armata Russa illi kienet qed tattakka u toqtol lit- truppi tiegħu. Prigozhin allega li l-Ministru tad-Difiża Sergei Shoigu ordna attakk fuq il-bażi ta' Wagner fl-Ukrajna u li kawża ta' hekk niesu sfaw maqtula. Fil-fatt għamel użu mill-app Telegram biex jippubblika filmati tal-attakki ta' Putin. Fil-filmat huwa qal illi r-raġuni wara l-invażjoni tal-Ukrajna kienet ibbażata fuq gideb u li l-ħdura tat-tmexxija tal-Armata Russa għandha tieqaf immedjatament. B'reazzjoni għall-attakk Prigozhin wissa lil Putin illi t-truppi tiegħu se jagħtu tagħlima lill-Ministru Shoigu kif ukoll biex l-armata ma tirreżistix l-avvanz tiegħu. Insista li din it-twissija ma kinitx att ta' ribelljoni iżda l-mixja għall-ġustizzja. Prigozhin qal ukoll illi Shoigu kien ordna biex il-katavri ta' 2,000 suldati ta' Wagner jiġu moħbija f 'mortwarja fin-naħa ta' isfel tar-Russja. Il-Ministeru ċaħad l-allegazzjonijiet kollha u qal illi dawn kienu biss provakozzjonijiet u f 'dan il-punt, Putin beda l-pjan tiegħu biex jirrispondi għal dawn l-akkużi. Min hu Yevgeny Prigozhin? Prigozhin qabel ma ifforma l-grupp Wagner kien sempliċement bejjiegħ tal-hotdogs. Matul is-snin ingħatawlu diversi kuntratti għall- catering tal-armata. Aktar tard Prigozhin ried aktar poter f 'idejh u responsabilità tant li talab lill- Ministeru għad-Difiża art biex jagħmel it-taħriġ lill-volontiera li għalkemm m'għandhomx konnessjoni mal-armata Russa, jistgħu jiġġieldu fil-gwerrer tal- pajjiż. Eventwalment din l-idea kienet ta' suċċess għall-pajjiż hekk kif ifforma l-Wagner li ġġieled fl-Ukrajna, is-Sirja u f 'diversi pajjiżi Afrikani. Aktar kmieni dan ix-xhar Wagner irnexxielu jikseb ir-raħal Ukren Soledar. Prigozhin ħa r-reputazzjoni ta' wieġed mill-aktar kmandanti krudili. Negozjant li jaf lil ilu jaf lill-Kmandant għal żmien twil qal illi għandu motivazzjoni qawwija u talent u xejn mhu se jwaqqfu biex jitla' fil-quċċata. Għalkemm ħafna spekulaw li l-flus u l-poter huma l-motivazzjoni tiegħu, ħafna jgħidu li dan mhux minnu, għalkemm irnexxielu jakkwista t-tnejn li huma fl-aħħar snin. Li huwa ta' żvantaġġ għalih f 'dan il-mument illi maż- żmien irnexxielu jibdni lista ta' għedewwa, inkluż negozjanti li 'seraqhom', persuni mlaħħqa fl-aramata li ikkritika ħafna, u uffiċjali fl-ogħla karigi. Minkejja dan, għadu wieħed biss ma kellux fil-passat, lil Putin. Ċarament l-affarjiet inbiddlu ħafna. 'Prigozhin irribella u hu traditur' tintbagħat ordni biex jinqatel Is-saga kompliet meta Putin ordna l-mewt ta' Prigozhin għaliex kien irribella kontra pajjiżu stess u kien meqjus bħala traditur. Is-servizzi militari mhux talli ordnaw lis-suldati ta' Wagner biex ma jobdux l-ordnijiet ta' Prigozhin iżda talli qalulhom biex jieħdu azzjoni kontrih. Ħafna qed jinkwetaw illi Prigozhin eskala wisq l-affarjiet u li l-grupp militari tiegħu se jkunu jridu jingħataw premju ta' xogħolhom, inkluż premji politiċi. Diversi persuni li qed isegwu dawn l-aħħar żviluppi innotaw li Prigozhin kellu mumenti ta' djufijja meta ħadha bi kbira kontra l-Minsteru talli prova jieħu l-krittu tar-rebħa ta' Soledar. Persuni qrib ta' Prigozhin jafu illi hemm ħafna nies li joboduh u jafu li jekk jieqaf mill-attakki tiegħu, Prigozhin se jkollu jċedi. F'indirizz ta' emerġenza Putin qal li l-imġieba ta' Wagner kienet daqqa' ta' stallett u se jagħmel dak kollu possibbli biex jiddefendi lill-pajjiżu udawk li organizzaw ribell se jpattu ta' għemilhom. Din ma beżżgħatx lill-armata Wagner hekk kif qalu li kollha, 25,000 persuna lesta li titlef ħajjitha. "Ħadd mhu se jċedi. Ma rridux li l-pajjiż jibqa' jgħix fi stat ta' korruzzjoni u gideb. Aħna patrijotti," qal Prigozhin. Qal illi jekk mhux se jkun qiegħed Putin mhux se jkun qiegħed jagħmel dak li jitolbu se javvanza lejn Moska. Eventwalment neħħa t-truppi tiegħu kollha mill-Ukrajna u monflok irrelokahhom f 'Rostov- on Don belt fin-naħa ta' isfel tar- Russja biex jaqbdu t-triq għal Moska. Il-Latvija tagħlaq il-fruntieri Il-Latvija, tagħlaq il-frutieri tagħha kollha hekk kif rat influss ta' ċittadini Russi jipprovaw jaħarbu mill-gwerra ċivili. Dan filwaqt li l-Estonja wkoll għamlet il-ħsieb li tagħmel dan f 'biża li jkunu wisq viċin tas-sitwazzjoni. Intant il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak qal illi se jkun qiegħed isewgi mill-grib l-iżvolġiment tas-sitwazzjoni u li se jitkellem mal-President Ukren Volodymyr Zelenskiy u mexxejja oħra. Nota: Dawn kienu l-aħħar aġġornamenti qabel ma ġiet stampata l-gazzetta, l-ILLUM se tkun qed issegwi l-andamenti tal-avvenimenti fil-jiem li ġejjin. Minn raġel ibigħ il-hotdogs għall- akbar uġigħ ta' ras ta' Putin... Min hu Yevgeny Prigozhin u għaliex irribella kontra Vladimir Putin? Yevgeny Prigozhin (fuq), il-kmandant ta' Wagner, issa l-ghadu ta' Vladimir Putin (xellug)