Illum previous editions

ILLUM 9 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

Fil-fatt, karatteristika komuni bejn numru ta' residenzi għall- ħaddiema barranin hija l-użu tal-bunk beds, hekk kif m'hijiex fenomenu rari li wieħed jara sitt persuni rieqdin fl-istess kamra. Fuq Facebook, din ir-residenza ġiet riklamata bħala post fejn huwa faċli biex tipparkja u s-sid saħansitra jirriklama wkoll 'lockers' privati sabiex dawk li jgħixu fir-residenza jkollhom post fejn iżommu l-affarjiet personali tagħhom. Ta' min jinnota li minn ritratt li ġie użat biex jirriklama din ir- residenza juri dawn il-lockers fil-kmamar tas-sodda, li mir- ritratt jidher li hija maqsuma bejn sitt min-nies. Apparti dan, l-istess residenza turi wkoll kċina żgħira li tagħti għall-kamra tal-banju. Biex wieħed jgħix f 'din il-proprjetà, irid iħallas €250 fix-xahar, bil- kontijiet inklużi. 06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum analiżi IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum Sodod fuq xulxin u kamra tal-banju qed jgħixu l-ħaddiema barranin? Tkompli minn Paġna 1 Fil-fatt, informazzjoni li nħarġet mill-Parlament f 'Jannar ta' din is-sena, turi li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema barranin f 'pajjiżna jitħallsu inqas minn €20,000 fis-sena. Dan hekk kif fl-2021, minn 37,688 ħaddiema barranin f 'Malta, aktar minn 21,000 minnhom kellhom paga li ma taqbiżx €15,000 fis-sena. Il-maġġoranza ta' persuni li jagħmlu użu minn dawn il- kmamar ġejjin minn pajjiżi Ażjatiċi, b'emfasi fuq ħaddiema Indjani u dawk min-Nepal, b'ħafna minnhom jagħżlu li jaħdmu f 'Malta biex isostnu lill-familji tagħhom. Fil-fatt, l-ILLUM kienet f 'kuntatt ma' raġel min-Nepal li jixtieq jgħix u jaħdem f 'pajjiżna. Huwa qal lil din il-gazzetta li huwa ġej minn familja kbira, u missieru huwa anzjan, għalhekk, kull min jista' jaħdem jagħti minn li għandu biex jgħajjex lill-familja kollha. Realtà ta' ħafna barranin li jaħdmu sigħat twal f 'kundizzjonijiet mhux xierqa għall-pagi miżeri, li jieħdu fl-aħħar tax-xahar. Għal dawn it-tip ta' ħaddiema, pajjiżna huwa attraenti ferm minħabba l-ammont ta' ħaddiema li hawn bżonn f 'pajjiżna, speċjalment f 'setturi fejn hemm nuqqas kbir ta' riżorsi umani fosthom fl-industrija tal-ikel, fl-akkomodazzjoni, f 'tas-saħħa u fil-kostruzzjoni, fost oħrajn. Minħabba f 'hekk, in-negozji jħarsu 'il barra minn xtutna għall- impjegati prospettivi tagħhom. Dan kollu wassal għal sitwazzjoni fejn f '10 snin, il-popolazzjoni żdiedet b'100,000, u saħansitra trid tkompli tikber sakemm tlaħħaq it- 800,000 ruħ sal-2040, biex tkompli għaddejja bl-istess rata li għaddejja bħalissa. Dawn l-estimi huma ta' tħassib għall-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, hekk kif dan in- numru joħloq pressjonijiet kbar fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna. żda x'inhuma l-konsegwenzi ta' din l-ekonomija fuq il-ħaddiema barranin li jixtiequ jaqilgħu għajxien għal familthom? Stejjer ta' ħaddiema li qasmu d-dinja biex jaħdmu f 'Malta, li mbagħad jindunaw li ġew migduma u b'hekk jitilfu ammont ta' flus sostanzjali m'humiex rari f 'pajjiżna. Dan b'mod speċjali meta jkun hemm aġenziji tar-reklutaġġ barranin li jitolbu somom kbar lil persuni biex jiġu jaħdmu f 'pajjiżna. Apparti dan, il-kundizzjonijiet ta' numru ta' residenzi fejn jgħixu dawn il-ħaddiema jidru miżgħuda b'abbuż f 'ċertu każijiet, hekk kif numru ta' persuni jitħallew jorqdu u jgħixu f 'residenza waħda. Hekk kif il-maġġoranza tal-ħaddiema barranin f'pajjiżna huma fost l-inqas persuni mħallsa għal xogħolhom, b'parti kbira minnhom ma jarawx paga ta' €20,000 fis-sena, ta' min jistaqsi l-mistoqsija: fejn qed jgħixu b'paga bħal din? L-akkomodazzjoni għal dawn il-ħaddiema tidher li hija waħda li tirrifletti l-prezz baxx li jħallsu għal saqaf fuq rashom, hekk kif il-kundizzjonijiet tal-għixien fir- residenzi tagħhom huma kkaratterizzati minn kmamar mimlija nies u kmamar tal- banju maqsuma minn ħafna nies. MARSA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 July 2023