Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696
17 kultura IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ġenn: Storja ta' mużika u oriġinalità li qed twassal it-talent Malti barra minn xtutna ANTHEA CACHIA Fil-kuntest Malti l-kelma ġenn ma tantx tagħti lok għal tifsiriet oħra jew kuntesti. Il-kelma nnifisha turik xi tfisser, ġenn. Iżda din il-kelma tieħu xejra differenti fix-xena mużikali, mhux biss lokali iżda anke lil hinn minn xtutna. Ġenn hija band magħmulha minn erba' mużiċisti mżewwqa b'ħafna talent mużikali li jiffukaw fuq l-istil alt-punk. Għalkemm l-istorja t'oriġini tibda' fi gżira f 'nofs il-Mediterran, illum il-band Ġenn hija bbażata fl-Ingilterra fejn qed jesponu lill- Ingliżi b'kanzunentti u sinfoniji ispirati mill-mużika folkloristika Maltija, fost oħrajn. L-ILLUM titkellem ma' Janelle Borg, il- kitarrista tal-band u tgħidilna fuq kif tlaqqa' dan il-grupp, l-idea wara l-isem, l-ispirazzjoni wara l-kanzunetti u t-temi soċjo-politiċi wara l-mużika li jipproduċu, fost oħrajn. 10 snin ilu: il-qafas tal-band jinbed f 'De La Salle Sixth Form u f 'band oħra Mistoqsija kif ġiet iffurmata l-band, Borg spjegat li hi flimkien ma' Leona Farrugia, il-kantata ta' Ġenn, kienu parti mill-band bl- isem ta' Cyrptic Street li twaqqfet aktar minn 10 snin ilu bħala parti minn proġett tal-iskola. Eventwalment Borg tgħid li ltaqgħet ma' Leanne Zammit li wkoll iddoqq il-kitarra (bass) fl-iskola tas-sixth form ta' De La Salle. Eventwalment din il-band bdiet taħdem biex jipproduċu l-mużika u kienu diġà bdew jagħmlu kunċerti żgħar barra minn Malta. Kien fl-2018 meta flimkien ħadu d-deċiżjoni li jespandu l-mużika tagħhom fl-Ingilterra "speċifikament minħabba l-istorja mużikali rikka li għandha kif ukoll minħabba l-lingwa." Iżda dik mhix l-istorja kompluta ta' Ġenn, fil-fatt Sofia Rosa Cooper, kienet għadha ma ngħaqditx magħhom sa dak iż-żmien, Borg tirrakkonta li meta l-persuna li kienet iddoqq id-drums telqet mil-grupp iddeċidiet li tfittex f 'grupp fuq Facebook ta' mużiċisti li jinsabu f 'Brighton u xi ħadd irrekomanda lil Cooper. Wara li stabilixxew l-ewwel kuntatt, Sofia aċċettat mal-ewwel u ngħaqdet magħhom waqt it-tour tagħhom it ġimgħat wara. Xi ħaġa li forsi mhux ħafna jafu hija l-fatt li Sofia ltaqgħet magħhom għall-ewwel darba proprju it sigħat qabel l-ewwel xow tagħhom iżda, kif jgħidu, l-"chemistry" hemm kienet għax mhux talli marru tajjeb flimkien, talli ħafna bdew jistaqsuhom kemm kienu ilhom idoqqu flimkien. Sena wara ddeċidew li jmorru jgħixu b'mod permanenti l-Ingilterra u minn hemm beda l-vjaġġ mużikali tagħhom u l-band magħquda, kif nafuha llum. Bejn ċajta u oħra Borg qalet li Sofia, imdawwra b'ħafna Maltin irnexxielha titgħallem it Malti u tiem il-kultura."Ħaqqha passaport!" qalet Borg. Qalet ukoll li meta ngħaqdu ħassew li kien il-waqt li jbiddlu l-isem "iżda fl-aħħar għażilna dan l-isem proprju għaliex ħafna nies kienu jaħsbuna imġienen għax ridna karriera fil-mużika." Waħda mill-isprazzjonijiet tagħha huma l-konverżazzjonijiet ta' bejnietna L-intervista issa ddur fuq il- moħħ (u f 'dan il-każ aktar minn wieħed) wara l-lirika u l-mużika. Borg spjegat illi kollha kemm huma għandhom relazzjoni tajba bejniethom kif ukoll mal-mużika u din tgħinhom ħafna. "Għalkemm tinstema' clichè, nispiraw ruħna b'diversi affarjiet speċjalment il-konverżazzjonijiet li jkollna bejnietna, minn artisti awtentiċi, mill-midja viżwali, mil-letteratura u fuq kollox minn dak li nkunu għaddejin minnu fil-mument." Din il-ġimgħa stess Ġenn irilaxxat il-kanzunetta 'Calypso'. Qalet illi it żmien ilu għaddew minn perjodu fejn bdew jistaqsu lilhom infushom fuq l-identità tagħhom bħala immigranti fl-Ingilterra u fil-każ ta' Cooper bħala xi ħadd li wkoll għandha 'relazzjoni' mal-immigrazzjoni. Fuq livell personali Borg tgħid illi hi bdiet titgħallem aktar dwar l-istorja ta' Malta u permezz ta' riżorsi fosthom poddati u materjal ta' artisti oħra bħal Altin Gun, Crimi u Etnika li ispirawha b'sinfonija Mediterranja. Borg qalet illi kienet qed tpinġi fuq il-kitarra tagħha meta fid- daqqa u l-ħin irnexxielha toħloq parti mill-mużika ta' din il- kanzunetta. "Għall-ewwel ma kontx naf kemm din se tagħmel sens meta mqabbla mal-bqija tal-mużika tagħna iżda meta semmajtha lill- oħrajn intgħoġbot ħafna u fi it sigħat kienet kompluta. Leona bdiet taħdem mal-ewwel fuq il-lirika li kienet ispirata mill-istorja tal-għar tal-Calypso f 'Għawdex kif ukoll mill-poeta Mario Azzopardi," qalet Borg. Il-ġeneru Punk għandu storja rikka ta' kummentarju soċjo- politiku. X'temi tesplora l-band Ġenn? Borg temmen li l-punk imur lil hinn mill-mużika, hija attitudni. Qalet illi l-lirika ta' Leona jitrattaw l-eżistenzjaliżmu, in- natura, l-osservazzjonijiet u kif ilkoll nagħmlu parti mid-dinja li ngħixu fiha. Qalet illi bħala band rappreżentattiva "din innnifisha tista' tiġi interpretata bħala kwistjoni politika, speċjalment meta bdejna f 'Malta. Dan apparti l-fatt li bħala band qed niġġieldu l-sterjotip ta' min suppost idoqq mużika rock fuq il-palk." Mistoqsija dwar dawk li jappoġġjaw il-mużika tagħhom, Borg qalet illi bħala band indipendenti ma tinjora lil ħadd u kull sostenn huwa importanti u jfisser ħafna għal Ġenn. "Il- fatt li hemm persuni li jonfqu l-flus, li tant ħadmu għalihom, fuqna – speċjalment f 'din il-klima ekonomika – tfisser ħafna għalina. Il-Covid-19 urietna kemm hi importanti r-reazzjoni bejn l-artist u s-segwaċi." Album ġdid u mużika full- time... Il-futur ta' Ġenn, x'qed jistennew? Hekk kif riċentament rajna kanzunetta ġdida, l-ILLUM tistaqsi dwar proġetti futuri li mistennija mill-band. Qalet illi fis-6 ta' Ottubru 2023 se jippubblikaw l-ewwel album tagħhom bl-isem ta' 'unum'. Il-kelma 'unum' tradotta mil-latin tfisser wieħed, dan apparti l-fatt li dan huwa l-ewwel album tagħhom, "nemmnu li dan huwa l-aktar proġett koeżiv li qatt għamilna. Ħdimna ħafna flimkien u inħarsu 'l quddiem biex naqsmu l-ħidma tagħna mad-dinja." Borg spjegat ukoll illi għas-sena d-dieħla għandhom il-pjan li jagħmlu diversi prestazzjonijiet bil- għan li jilħqu udjenzi ikbar. Apparti minn hekk tgħid li hija l-ħolma ta' kull persuna fil-band li jkunu jistgħu jaħdmu fuq il-band fuq bażi full-time, "ikun privileġġ għalina li naħdmu full-time fuq il-mużika." Lejn l-aħħar ta' din l-intervista l-ILLUM tistaqsi lil Borg dwar x'pariri tagħti lil mużiċisti aspiranti biex ikunu awtentiċi fil-mużika li jipproduċu. Bdiet billi qalet li l-industrija tal-mużika għandha l-isfidi tagħha, speċjalment wara l-Covid-19. Hija tissuġġerixxi li jekk hemm xi artisti Maltin li jixtiequ li jespandu t-talent tagħhom globalment, qabel xejn "għandhom jitgħallmu dwar l-aspett ta' negozju, titkellem ma' artisti oħra u titkellem ma' promoturi, sidien ta' venues eċċ." Qalet illi li wieħed jinstema' bħal mużiċisti oħra jaf tatratta semmiegħa f 'qasir żmien iżda fil-futur l-artist irid ikun uniku u li jdawwar lil semmiegħa każwali f 'segwaċi leali li jixtru biljetti għall- kunċerti. "Importanti li wieħed joħloq l-identità mużikali mal-ewwel u jżomm magħha. Aħdem ħafna u emmen fik innifsek," temmet tgħid mal-ILLUM Janelle Borg.