Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

SHABAN BEN TAHER Il-25 ta' Lulju fissret ġurnata ta' diqa kbira għall-familjari u l-ħbieb ta' Ray Mahoney, kif ukoll għas-segwaċi tal-kitba Maltija. Dan hekk kif pajjiżna tilef l-awtur poeta tant maħbub, fl-eta' ta' 74 sena. Mahoney twieled fl-1 ta' Ġunju tal-1949, f 'San Ġiljan. Huwa kien wieħed mill-fundaturi tal- Moviment Qawmien Letterarju, u beda jikteb il-poeżiji t'14-il sena. Ta' 19, huwa kien kkontribwixxa fil-kitba ta' ktieb li jġib l-isem ta' 'Antenni'. Tul is-snin, ħadem fuq bosta kotba oħra, fosthom 'Dawn fil- Persjani', 'Għoxrin Rebbiegħa', 'Il-Muża Maltija', 'Linji Ġodda', 'Turġien', 'Mwieġ' u 'Qawsalla'. Ħadem ukoll fuq il-ktieb 'Cross Winds', li ġie ppubblikat fl- Ingilterra. Intant, fis-sena 1979, ġie premjajt bħala l-aqwa awtur waqt il-Malta Music Awards. Aktar tard, fis-sena 1982, huwa kiteb 'Ġensna', l-ewwel Rock Opera miktuba bil-lingwa Maltija, meqjusa bħala waħda mill-aqwa produzzjonijiet li qatt saret fix- xena lokali. Din il-produzzjoni inkludiet uħud mill-aħjar kantanti lokali, fosthom Mary Spiteri, Renato u Mary Rose Mallia. Fiha tinkludi kanzunetti li baqgħu popolari mal-Maltin sa 40 sena wara, fosthom 'Tema '79', 'Mitna għall-Barrani' u 'Ma niċħdek qatt'. Tant hu hekk, li produzzjonijiet ta' Ġensna ittellgħu aktar minn 40 darba, sa riċentament fis-sena 2019. Sena biss wara, Mahoney ingħata t-titlu prestiġġjuż ta' 'Poeta tas-Sena'. Mahoney ħadem ukoll fuq diversi xogħlijiet mużikali oħrajn, fosthom 'Bastilja(1989)', 'Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika(1991)', 'Żeża tal-Flagship(1996)', 'It-Tieġ ta' Karmena Abdilla(1999)' u 'Jien Ġużeppi(2006)'. Mahoney: il-moħħ wara suċċessi kbar fil-Eurovision Jibqa' magħruf ukoll għall- kanzunetti li kiteb għall-Eurovision Song Contest, diversi minn liem kienu ta' suċċess kbir f 'din il-kompetizzjoni tant segwita fl- Ewropa. Fis-sena 1991, huwa kiteb il-kanzunetta 'Could It Be', kantata minn Paul Giordimaina u Giorgina Abela, li l-istorja turina li kisbet is- sitt post fil-kompetizzjoni. Sena wara, kiteb għall-istess festival il-kanzunetta 'Little Child', kantata minn Mary Spiteri f 'Malmo fl-Isvezja. Sa llum Mary Spiteri tibqa' rikonoxxuta għall-prestazzjoni tagħha b'din il-kanzunetta u tibqa' rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa kanzunetti sottomessi għall-Eurovision. Kif rajna fl-1992, 'Little Child' klassifikat fit-tielet post, l-aħjar pożizzjoni li kienet qatt kisbet Malta sa dak iż-żmien. Sal-lum il- ġurnata, din baqgħet it-tielet l-aqwa klassifikazzjoni li qatt kiseb il-pajjiż. Kif għidna qabel Mahoney kien magħruf għall-kontribuzzjoni letterarji tiegħu, tant hu hekk li fis-sena 1995 huwa ngħata Ġieħ Santa Luċija, ir-raħal fejn kien jgħix, proprju għal din ir-raġuni. Lil hinn mix-xogħol fid-dinja letterarja, Mahoney kien ukoll ġurnalist, qarrej tal-aħbarijiet fuq it-televiżjoni, kif ukoll preżentatur ta' diversi programmi fuq ir-radju bħal 'Intaqgħu Ftit'. 'Kien poeta b'ħakma totali tal- kelma Maltija' Malli tħabbret l-aħbar ta' mewtu, kienu bosta personalitajiet Maltin li kitbu fuq il-midja soċjali sabiex isellmu l-memorja ta' dan l-ikona tal-letteratura Maltija. L-eks Prim Ministru, Membru Parlamentari Ewropew , u awtur Alfred Sant irrefera għalih bħala "poeta b'ħakma totali tal-kelma Maltija", kif ukoll akar fit- "twemmin soċjalist minn għeruqu" li kien iħaddan Mahoney. Dan filwaqt li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat irrefera għalih bħala "ħabib" u "ruħ sensittiva." B'referenza għax-xogħlijiet letterarji ta' Mahoney, Sant jgħid li "ll-kontribut tiegħu f 'dal-qasam ma jistax jintnesa."Żied ukoll li hu jibqa' jiakar "fil-kalma, rieda u ġentilezza ta' Ray Mahoney bħala bniedem." Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali Owen Bonniċi wkoll ikkummenta fuq din l-aħbar, u stqarr li l-mewt ta' Mahoney wasslet għat-tmiem ta' kapitlu ieħor ta' artisti li tant kienu kapaċi fis-settur tagħhom, li mhux biss bidlu l-perkors tal-arti lokali iżda tas-soċjetà b'mod ġenerali. Fakkar li "l-libertà, l-ugwaljanza u l-ħelsien tan-nazzjoni" kienu temi prevalenti fil-kitba tiegħu. "Se jibqa' msemmi għal dejjem bħala l-poeta tal-ħaddiem." Is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti xehed li Mahoney kien "personaġġ kbir Malti li ħalla impatt enormi fuq il-letteratura Maltija". B'referenza għal 'Ġensna', irrefera għaliha bħala "ġawra li ilna ngħożżu minn żmien il-Ħelsien." Min-naħa tiegħu l-kantant Laurence Grey esprima s-sogħba tiegħu għall-aħbar. Huwa stqarr li għalih, Mahoney kien "Wieħed mill-aqwa poeti Maltin, kittieb notevoli, u ħabib ta' veru." Żied ukoll li għalkemm "eroj jibqa' mfakkar, leġġenda ma jmut qatt." Kien saħansitra deskritt bħala ġenju poetiku mill-Mużiċist Mark Spiteri Lucas. Apparti minn hekk, numru ta' għaqdiet mużikali wkoll sellmu l-memorja tal-liriċist, filwaqt li wrew l-apprezzament tagħhom għax-xogħolijiet li għamel magħhom tul is-snin. Fost dawn kien hemm l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq, fejn l-awtur kien kiteb ġabra ta' artikli fil-kotba tal-festa. L-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja għamlu referenza fil-kanzunetta 'O tal-Gudja, Omm is-Sliem', kantata minn Renato. L-Għaqda tal-Armar tas-Siġġiewi esprimew l-apprezzament lejn CD li kienu ħarġu b'lirika miktuba minn Mahoney lura fl-2007, iddedikati lejn San Nikola. opinjoni 16 analiżi kultura IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Bosta personalitajiet isellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Imut Ray Mahoney – awtur u poeta magħruf għal 'Ġensna' u 'Little Child' "Personaġġ kbir Malti li ħalla impatt enormi fuq il-letteratura Maltija," "Il-kontribut tiegħu f'dal-qasam ma jistax jintnesa," "Se jibqa' msemmi għal dejjem bħala l-poeta tal-ħaddiem."Dawn kienu uħud mir-reazzjonijiet. Ritratt ta' Renato meħud minn 'Ġensna' (1984) Mary Spiteri tkanta 'Little Child' (1992)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023