Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

MATTHEW FARRUGIA In-nixfa u r-riħ huma ż-żewġ ingredjenti diżastrużi li qed iħallu nirien kbar u ħerba fi gżejjer fil-Mediterran, b'mod partikolari f 'Korfu, Palermo u Rodi fost l-oħrajn, liema gżejjer għandhom karatteristiċi kważi identiċi ma' dawk ta' pajjiżna. Għalhekk, fl-eqqel tas-sajf iddominat minn temperaturi għoljin u riħ sħun, qed tiżdied l-attenzjoni fuq il-kampanja Maltija, hekk kif azzjonijiet żgħar jew nuqqas ta' ħsieb jistgħu iwasslu għall-qrid ta' siġar, ħaxix u numru ta' ħlejjaq. Dan apparti l-fatt li jekk wieħed iħares lejn x'qed jiġri f 'bosta pajjiżi ġirien ta' Malta, in-nirien fil-kampanja jistgħu ikunu wkoll ta' periklu għan-nies, hekk kif eluf ta' persuni ġew evakwati minn darhom filwaqt li nies oħra sfortunatament inqattlu minħabba dawn in-nirien. Din il-gazzetta tkellmet mal- għaqda mhux governattiva, Malta Rangers Unit, li minkejja li ilha biss it żmien uffiċċjalment irreġistrata bħala għaqda mad-Direttorat tal-Għaqdiet Volontarji, qed ikunu proattivi sabiex jipprevjenu nirien fil- kampanja. Kelliema minn din l-għaqda, Camilla Appelgren, spjegat lill- ILLUM li l-missjoni tal-għaqda hija sabiex issegwi u tipprevjeni reati kriminali ambjentali. Għalhekk, hija spjegat li minkejja s-sħana insapportabbli, l-membri tal-għaqda xorta waħda jagħmlu r-rondi tagħhom f 'żoni protetti, fosthom żoni ta' Natura 2000. Fl-eventwalità li jinsabu nies għaddejjin b'attivitajiet illegali f 'dawn iż-żoni, b'mod partikolari tisjir b''BBQs', l-għaqda titfi n-nar dak il-ħin u tieħu l-passi meħtieġa biex anke jinfurmaw lill-Pulizija. Fil-fatt, hawn sar appell sabiex kemm jista' jkun, wieħed jagħmel użu minn BBQ li jista' jerġa' jintuża, hekk kif permezz ta' dawn, il-probabbilità li jinfirex xi nar fil-kampanja hija ferm inqas meta mqabbla ma' dik ta' BBQs li jintużaw darba biss. Apparti dan, ma tkunx l-ewwel darba li r-Rangers isibu ħuġġieġa li xi ħadd ikun qabbad u titħalla' mqabbda, fejn hawn ukoll isir rapport mal-Pulizija. Għalhekk, ir-Rangers jagħmlu rondi regolari f 'diversi żoni, kemm f 'dawk protetti fejn il-BBQs mhux permessibbli, iżda anke żoni fejn dawn jstgħu isiru, sabiex jiġi assigurat li kollox isir kif suppost u jonqos ir-riskju tal-ħsara. Appelgren stqarret li ma tistax tidħol fid-dettall tax-xogħol li jagħmlu minħabba li dan huwa sigriet, sabiex ikun assigurat li jinqabdu l-persuni li jkunu se jwettqureati ambjentali jew li diġà għamlu ħsarat. Hija setgħet tgħid li f 'ċertu postijiet, ir-Rangers ikunu qed jistaħbu biex jaraw jekk wieħed ikunx se jagħmel BBQ f 'siti fejn dan huwa projbit, imbagħad jekk ikun il- każ, jgħidulu li dan ma jistax isir u jinfurmawh b'siti oħra fejn jista' jagħmel hekk. Apparti minn hekk, ir-Rangers jieħdu ħsieb ukoll li f 'siti fejn din it-tip ta' attività tista' ssir, ikunu hemm sabiex jaraw li ħadd ma jabbuża u jarmi barra, jew f 'każijiet oħra, jinfirex xi nar. Intant, l-ILLUM tkellmet ukoll mad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili dwar in-nirien fil-Mediterran, li kkonfermaw li huma attenti ħafna u lesti għall- eventwalità ta' nirien fil-kampanja Maltija. Hawn sar l-appell sabiex wieħed ikun risponsabbli u qatt ma jarmi loqom tas-sigaretti barra, b'mod speċjali f 'dan iż-żmien, hekk kif l-iżgħar ġamra tista' tfisser qerda totali għall-kampanja Maltija u periklu kbir għal numru ta' speċi, u anke nies. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Letter of Intention e Director Ioanvalentin Bogatu (0068052A) declares his intention to register for an Employment Agency licence in accordance to article 23 of the Employment and Training Services Act, 1990 (Act XXVII I of 1990). e activities propoed to be carried out are the following: • Recruitment Consultancy • Interviewing, selection and placements of candidates in employment • Recruitment of persons from abroad to employment in Malta or in an EU member state • Recruitment of persons in Malta for employment in Malta or in an EU member state. • Advertising of the filling of vacancies • Keeping a register of applicants for employment e Applicant Address, Gracie Flats, Flat 2, Triq Tas-Sliema, Gzira, Malta GZR1639 e Office Address of the premises at which the employment agency or employment business is to be carried out: Gracie Flats, Flat 2, Triq Tas-Sliema, Gzira, Malta GZR1639 Employment Agency Name: NEXTGEN HR CONSULTANCY PE:227623/VAT number: MT30087027/nextgenhrconsultancy. mt@gmail.com Risponsabbilità tista' tipprevjeni nirien f'Malta bħal dawk li qed jimxu mal-Mediterran Il-Malta Rangers Unit u d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili appellaw lill-pubbliku sabiex ikunu risponsabbli fil-kampanja Maltija, hekk kif meta wieħed jarmi barra, ikun qed jilgħab man-nar. Dan hekk kif affarjiet sempliċi bħal-loqom ta' sigaretti fost oħrajn jistgħu iwasslu għal nirien kbar simili għal dawk li qed joħolqu qerda fil-Mediterran It-temp bħalissa huwa perfett sabiex in-nirien jimxu minn post għall-ieħor b'pass mgħaġġel, għalhekk wieħed dejjem għandu joqgħod attent u ma jermi assolutament xejn fil-kampanja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023