Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet 'L-ebda partit m'hu jirrappreżenta Moviment Graffitti, il-Forum Żgħażagħ Laburisti, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u l-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ lkoll jirreaġixxu għas-sondaġġi li ġew ippubblikati bħal lum ġimgħa. Is-sondaġġ tal-MaltaToday indika li l-PN, jinsab f'vantaġġ, għall-ewwel darba f'15-il sena. Il-PL, tilef ammont sostanzjali ta' voti, minkejja dan, Robert Abela jibqa' jgawdi vantaġġ ta' 12.4% fuq Bernard Grech. Kienu 22.6% li qalu li mhux se jivvotaw... L-Attivist tal-Moviment Graffitti Andre Callus, qal li kien hemm diversi fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat. Huwa beda billi jgħid illi "il-Gvern Laburista dejjem żamm il-vantaġġ abbażi ta' tkabbir ekonomiku qawwi li ppermettilu jogħġob lil Alla u lix-xitan, kif ukoll b'ċerti mezzi bħall-klienteliżmu politiku, pero' qatt ma indirizza ċertu problemi." Żied ukoll li t-tkabbir ekonomiku bla rażan m'huwiex sostennibbli, għalhiex jikkawża sfidi ġodda li l-infrasstruttura ma tiflaħx għalihom. Sostna li l-poplu baqa' jappoġġja lill- Partit Laburista minħabba, fost affarijiet oħrajn, il-benefiċċji li tqassmu mill-Gvern. Minkejja dan Callus qal li issa l-poplu qiegħed isir aktar konxju tal- problemi strutturali li qiegħed jaffaċċja l-pajjiż. "Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-kundizzjonijiet tax- xogħol, il-pagi baxxi f 'kuntest ta' inflazzjoni għolja u l-abbużi li jsiru fuq il-ħaddiema minn min jimpjega. Eżempju ċar ta' dan huwa l-industrija tal- kostruzzjoni, fejn tul is-snin kien hemm diversi każijiet ta' persuni impjegati illegalment u li ma tħallsux, nuqqas ta' miżuri ta' saħħa u sigurtà, kif ukoll inċidenti," spjega Callus. Qal illi t-traġedja ta' Jean Paul Sofia ukoll setgħet ġiet evitata, kieku sejħiet sabiex is-settur jiġi regolat permezz ta' miżuri bħal-liċenzjar tal-kuntratturi ngħataw widen minn qabel. "Minflok, dawn ġew imxejjna mill-lobby tal-iżviluppaturi. Il- problema tal-qrubija bejn in- negozji l-kbar u l-politika tibqa' waħda mill-akbar problemi li għandu pajjiżna, u l-klassi politika ma tridx tindirizzaha, b'konsegwenzi fuq ħajjitna." "Il-Partit Laburista tilef l-identita' tiegħu, u l-iskop għalfejn twaqqaf, minħabba li m'għadux partit tal-ħaddiem iżda sar jiffavorixxi n-negozzjant," tenna Callus. Meta mistoqsi fuq in-numru ta' nies li rrispondew li m'humiex se jivvotaw, Callus qal li din mhix ħaġa neċessarjament negattiva. Huwa jemmen li, s'issa, din mhix riflessjoni ta' soċjetà li għandha apatija lejn dak li qiegħed jiġri madwarha, iżda riflessjoni ta' soċjetà li aktar ma jmur aktar q e d issibha d i f f i ċ l i s a b i e x tirrelata mal- partiti politiċi l-kbar. Din hija bidla radikali bżonnjuża f 'pajjiż fejn in-numru ta' nies li jivvotaw dejjem kien għoli, iżda li kienu jivvotaw b'mod tribali. 'Issa jidher li l-ħakma taż- żewġ partiti fuq is-soċjetà Maltija bdiet tonqos' Żied illi li ma tivvotax hija mod ta' kif tesprimi kif tħossok. Madanakollu, din issir ħaġa negattiva kieku għal tul ta' żmien, porzjon sostanzjali tal-poplu jitlef l-interess kompletament u jaqa' f 'apatija. Meta mistoqsi fuq jekk jarax possibilta' ta' partit ieħor elett fil-Parlament, Callus wieġeb li jara potenzjal, partikolarment meta tqis il-perċentwal ta' nies li wieġbu li mhux ser jivvotaw. "Madanakollu, il-partiti ż-żgħar għadhom mhux qed jiġbdu l-appoġġ ta' dawn il-votanti u jattirawhom lejhom." "Il-PL qatt ma indirizza ċertu problemi," jgħid Andre Callus "L-ebda partit m'hu jirrappreżenta verament lill-pubbliku' Il-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ (KNŻ) beda billi għamel enfasi fuq in-newtralità li dejjem żamm. Żied li l-PL ilu 10 snin fil- Gvern u għalhekk hija ovja li se jkun hemm ċertu nuqqasijiet. Dawn jinkludu dawk li kienu prevalenti tul dawn l-aħħar ġimgħat, fosthom it-talba għal inkjesta pubblika fuq il-każ ta' Jean Paul Sofia u problemi fil- provvisti tad-dawl. "L-ebda partit m'hu jirrappreżenta verament lill- pubbliku. Il-partiti li għandna m'humiex jaddattaw għaż- żminijiet," wieġeb il-Kunsill meta mistoqsi għalfejn hemm porzjon sostanzjali ta' persuni li rrispondew li mhux se jivvotaw fl-elezzjoni li jmiss. "Għadhom jaħdmu b'sistema fejn jattrattaw biss il-hardcore voters, u mhux il-floating voters," sostna l-Kunsill. "Żewġ fatturi oħrajn huma li hemm ukoll nuqqas ta' fidi fiż- żewġ partiti l-kbar, kif ukoll Oppożizzjoni li mhix b'saħħitha biżżejjed biex tattira votanti li ntilfu mill-PL." Meta mistoqsi fuq il- possibilità li naraw partit ġdid fil-Parlament, il-Kunsill stqarr li jara potenzjal. Dan għalhiex m'hemmx għażla bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Però, hemm problema fejn il-PL u l-PN għandhom monopolju fuq il-midja, li jwassal sabiex partiti żgħar u kandidati indipendenti ikunu żvantaġġjati fit-tip ta' pjattaforma li jingħataw. Skont il-Kunsill, Andre Callus SHABAN BEN TAHER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023