Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 jirrappreżenta verament lill-pubbliku' Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) stqarr li "sondaġġ huwa biss sondaġġ, jagħti indikazzjoni ta' kif qed iħossu l-poplu fil-mument meta jsir. Avolja dejjem nagħtu kashom, finalment ma jkun ifisser xejn. Però juri biċ-ċar tendenza li f 'dawn l-aħħar sondaġġi ta' kwalunkwe gazzetta, il-PL qed inaqqas drastikament fl- appoġġ, bid-distakk dejjem jonqos. "Juri biċ-ċar li n-nies qed jiddejqu bil-Labour fil- Gvern. Dan ifisser li aktar minn qatt qabel, il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli joffri tama u alternattiva b'saħħitha lill-poplu Malti u Għawdxi kollhu." Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MZPN) Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) Georvin Bugeja innota li "ir-riżultat tas-sondaġġ tal- MaltaToday kien differenti minn dak ippubblikat mit- Times of Malta, fejn għalkemm il-PL tilef il-voti, xorta waħda għadu jgawdi vantaġġ ta' 18,000 vot. Personalment, minix ċert għalfejn hemm daqshekk diskrepanza f 'żewġ sondaġġi maħdumin fl-istess perjodu." Huwa żied li "fiż-żewġ sondaġġi, Robert Abela għadu jgawdi vantaġġ fuq Bernard Grech, tant li s-sondaġġ tal-MaltaToday stess juri li l-popolarità ta' Abela żdiedet tant li qiegħed igawdi vantaġġ ta 12.4% fuq Grech. Grech naqqas milli jżid il-popolarità tiegħu, anke f 'mumenti kontroversjali fejn messu kellu pożizzjoni aktar b'saħħitha bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni. Madakollu, is-sondaġġ huwa riflessjoni tal- ħsieb tal-elettorat fil-mument, u naħseb li hija essenzjali li l-PL jipproċedi b'umiltà u riflessjoni." Meta mistoqsi għalfejn in- numru ta' nies li qalu li mhux se jivvotaw hu daqshekk għoli, Bugeja stqarr li "Hija essenzjali li l-PL jiem dan il-messaġġ u jieħu miżuri sabiex ikun eqreb tal-elettorat. Hemm bżonn li jkompli jikkomunika b'mod apert il-viżjoni tiegħu, partikolarment maż-żgħażagħ. Dan għalhiex huma għandhom l-ideat u l-viżjoni għall-futur tal-pajjiż, u kapaċi jmexxuh lejn aktar progress u properità. Il-PL inħoloq sabiex jissalvagwardja l-interess tal-ħaddiem u jiġġieled għal riformi soċjali u ekonomiċi, kif se jkompli jagħmel, għalhiex l-ebda partit konservattiv ma jista' jġib dawn it-tip ta' bidliet." Bugeja qal li minflok ma jikkummenta fuq sitwazzjonijiet ipotetiċi, jipreferi li jara aktar dibattiti fuq is-sistema elettorali inġenerali. Partikolarment, għamel referenza għal jekk għandhiex nipprovaw sistemi elettorali ġodda, kif ukoll jekk Membri Parlamentari għandhomx ikunu full-time, kif se natrattaw nies minn sfondi differenti u kif nistgħu nimmodernizzaw is-sistema Parlamentari sabiex tirrifletti it- teknoloġija u l-bżonnijiet soċjali tal-lum. Bugeja temm billi qal li "is- sena l-oħra, il-poplu avda lil Robert Abela u l-PL fil-Gvern għal terminu ieħor sabiex iwassal għal futur u kwalità ta' ħajja aħjar. F'sena, diġà rajna ħafna wegħdiet elettorali jitwettqu. Irridu nibqgħu iffokati fuq li nwettqu li wiegħdna, li nżommu subghajna fuq il-polz tal-pubbliku u li dejjem nisimgħu l-kritika sabiex l-istrateġiji u l-azzjonijiet tagħna dejjem ikunu jaqblu ma' dak li hu mistenni. 'Robert Abela għadu jgawdi vantaġġ fuq Bernard Grech' hemm bżonn li dawn jingħataw aktar esposizzjoni. Il-gender quota ukoll qed tagħmilha aktar diffiċli sabiex dawn jiġu eletti. Barra minn hekk, hawn nuqqas ta' ħsieb kritiku fis-soċjetà, għalkemm din hija sitwazzjoni li tidher li qiegħda tinbidel. Georvin Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023