Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
10 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. IAN VASSALLO X'ħajjrek tidħol għall- politika u xi tfisser il-politika għalik? Il-Politika hija servizz għan- nies. Isservi u mhux tisserva. Jien dan bdejtu 10 snin ilu fil- Kunsill Lokali Rabat u llum nagħmlu mill-Parlament. Meta kont fil-Kunsill jien ndunajt li stajt nagħmel differenza, u bil- ħila tiegħi stajt ngħin in-nies u dan tagħni l-motivazzjoni biex nidħol fil-Parlament. Huwa ta' sodisfazzjon li wara tiltaqa' man-nies ta' kuljum f 'postijiet diversi, fid-djar, pjazzez, kliniċi u postijiet oħra, tisma' dak li jkunu għaddejin minnhu, dak li jaffetwahom ta' kuljum u tkun tista' titkellem fuqu u tagħmel differenza għall-aħjar għal ħajjet in-nies. In-nies taffetwahom affarijiet lokali, bħal bankina mkissra, li ma nġabarx l-iskart, l-bozza ma tixgħelx u kif ukoll affarijiet nazzjonali bħal li ma jsibux mediċini, listi ta' stennija fl- isptarijiet, it-traffiku, il-bini eċċessiv, l-overpopulation u li wieħed qas biss fadallu ċans u spazju fejn jista' jgawdi l-ħin ta' mistrieħ tiegħu mal-familja. Jinkwetah ukoll il-fatt li ma jafx x'se jigri mil-futur tiegħu u aktar u aktar ta' uliedu. Dan jinkludi l-kwalità tal-ħajja meta jkunu ħa jaħdmu u iex se jkunu meta jkunu anzjani. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Il-politika tagħmilha l-ħin kollu u kullimkien. Fil-ħajja kemm jekk tkun fil-politika kif ukoll jekk le, huwa importanti li żżomm bilanc bejn dak li tagħmel ta' kuljum bħax-xogħol u kif ukoll dak li jtik pjacir u ħin ta' mistrieħ. Iridu naraw li nżommu dan il- bilanċ biex ngħixu ħajja aħjar u aktar sana. Irridu nżommu dan il-bilanċ ukoll biex nieħdu ħsieb saħħitna kemm fiżika u dik mentali. Is-sigriet tiegħi huwa li nagħmel pjan b'ġimgħa b'ġimgħa ta' dak koll li hu mistenni minni u ndaħħal it ħin għal mal- familja u ħbieb ta' kuljum u nalloka aktar ħin għal dak li nħobb, fosthom s-safar, l-kultura speċjalment il-kunċerti mużikali u t-teatru, il-baħar, is-sajd u li ngawdi l-ambjent fi tmiem il- ġimgħa. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Is-setturi l-aktar għal qalbi huma is-saħħa, il-kura tal- anzjani, il-kultura, l-aspett soċjali u l-volontarjat. Nixtieq inkompli nibni fuq dak li bdejt billi nsaħħaħ ix-xogħol tiegħi fis-settur tas-saħħa għal ġid tal-ħaddiema, professjonisti u l-pazjent. Fil-parlament l-iktar suġġett għal qalbi huwa s-saħħa. Bħalissa qed naħdem bla waqfien fuq il-kura primarja u s-saħħa mentali f 'pajjiżna. Fis-settur tas-saħħa mentali nemmen li għanda emerġenza nazzjonali. Sfortunatament qed nisimgħu b'diversi mwiet ikkawżati min diversi persuni, kbar u żgħar li jsibu ruhhom f 'distress. Irridu naraw li l-Gvern ma jkunx biss tal-kliem imma jwettaq il-bidla strutturali u terapewtika fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali immedjatament. Ma irridx nibqa' nisma' b'ħajjiet mitlufa jew nies li spiċċaw fuq kura jew f 'istituzzjonijiet li setgħet ġiet evitatata. Is-settur tal-kura primarja huwa wieħed importanti ferm għaliex huwa l-bażi tas-saħħa f 'pajjizna. Irridu naraw li jiffunzjonaw kif inhu mistenni biex b'hekk innaqqsu l-piż fuq l-isptarijiet u l-pazjenti jkollom kura eqreb lejn darhom speċjalment l-anzjani. Settur ieħor għal qalbi li jallaċċa mas-settur tas-saħħa huwa dak tal-anzjani. Filwaqt li llum hawn diversi professjonisti ħaddiema li jagħmlu xogħlom b'tant posittività u mħabba, u diversi servizzi, għad hawn bżonn ta' aktar modernizzar u investiment. Ta' kuljum fix- xogħol tiegħi niltaqa' ma anzjani u nies li jinkwetaw li mhux se jlehhqu kemm finanzjarment jew minħabba burokrazija biex jingħataw servizzi u għajnuniet. Bħala ħaddiem tas-saħħa, x'taħseb li huma l-isfidi li jaffaċċjaw dan is-settur f 'pajjiżna? • Nuqqas ta' professjonisti; • Nuqqas ta' spazju fejn tingħata kura; • Nuqqas ta' investiment fi proġetti ġodda u manutenzjoni ta' bini/makkinarju li diġà qed jintuża; • Nuqqas ta' mediċini; • Nuqqas ta' finanzi għal ċerti kura; • Nuqqas ta' investiment fir-riżorsa umana; • Nuqqas ta' inizjattivi ġodda; • Żieda fil-poplazzjoni li qed twassal għal piż żejjed fuq is-settur mediku u l-listi ta' stennija. Fid-dawl ta' dawn l-isfidi, xi proposti jew inizjattivi hemm bżonn li jittieħdu biex jibdew jiġu affaċċjati dawn l-isfidi? Irridu nibdew billi dak li ilu mwiegħed snin sħaħ jitwettaq, bħal modernizzar tal-makkinarju li bih nagħtu kura, manutenzjoni tal-apparat u li nġeddu għall-kura ta' żminijietna. Irrid nassigura li jigi mġedded il-folmularju, il-lista tal- mediċini b'dawk ġodda u mhux nibqgħu nagħtu trattament antiki à skapitu tal-pazjent. Nafu li jeżistu ħafna trattamenti ġodda li jnaqqsu l-effetti sekondarji u kumplikazzjonijiet lil pazjent, minbarra li jikkontrollalu l-kundizzjoni aħjar. Irridu nibdew progetti li ilhom mwegħda f 'diversi baġits fosthom; sptar ġdid għas-saħħa mentali, mother and baby hospital, outpatients ġdid u emerġenza għall-pazjenti li qed jingħataw kura għall-kanċer fl-isptar tal-onkoloġija. Dawn ilhom jiġu mwegħda sena wara sena u ma sar xejn. Irrid nara li pazjenti li tiġi fuqhom kull tip ta' kumplikazzjoni medika jew mard tingħatalhom kura xierqa, kemm jista' jkun f 'darhom u ma jkollom għalxiex jbiegħu ġidhom jew imorru jittalbu għall-kura taghhom. Filwaqt li jeżistu diversi servizzi, li qed jaħdmu b'mod tajjeb fid-djar tal-pazjent u l-anzjan, minn diversi ħaddiema dedikati, irrid nara li l-anzjani jkunu aktar komdi f 'darhom permezz ta' aktar riżorsa umana, għajnuna finanzjara biex ilaħħqu ma' ħajjithom u s-servizzi li jkollhom bzonn Tappella sabiex aktar professjonisti mediċi jidħlu fil- politika? Iva, dan nagħmlu b'responsabilità. Tidħolx għal politika jekk trid toqgħod bilqeda ma tagħmel xejn jew biex issir sinjur. Idħol għall-politika jekk bħali lest li tissagrifika minn ħinek, minn ħajtek, biex tagħti u tkun ta' servizz. Fil-ħajja politika m'hemmx ġranet, ħin jew attivitajiet, iżda kuntatt kontinwu u dejjem titgħallem. Nistieden aktar professjonisti biex jingħaqdu magħna l-politiċi ħalli flimkien, b'mentalità li rridu naħdmu u nagħmlu l-ġid, nkunu nistgħu verament flimkien noffru Malta aħjar. Kulħadd huwa kapaċi biex jagħti l-esperjenza u t-tagħlim fis-settur tiegħu biex ikollna servizz aħjar. Ian Vassallo, magħruf bħala il-Ħaġi, podolgu u issa membru Parlamentari. Għalkemm wiċċ ġdid fil-Kamra tar-Rappreżentanti żgur li mhux wiċċ ġdid fir-Rabat hekk kif serva għal numru ta' snin bħala kunsillier fil-lokalità, li tagħmel parti mill-lokalità li eliġġietu. Għaliex daħal għall-politika u xi sfidi jrid jegħleb?