Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

SHABAN BEN TAHER Il-band Lighthouse hija ffurmata minn ħames żgħażagħ; Jodie tkanta, Shaun u Mattei bħala kitarristi, b'Aless fuq id-drums u Ben idoqq il-bass. L-ILLUM tintervista lil dawn iż-żgħażagħ dwar il-vjaġġ mużikali tagħhom, fost oħrajn. L-idea ġiet ikkonċeputa meta Shaun u Mattei iffurmaw grupp fil-ħames sena tas-sekondarja sabiex idoqqu fiċ-ċeremonja tal- gradwazzjoni. Imbagħad, meta daħlu flimkien fil-Junior College, iddeċiedew li joħduha "aktar bis- serjetà" u ffurmawha biċċa biċċa. Għalkemm tul is-snin kien hemm diversi tibdil fil-membri l-oħra tal-band, kull min ilu mill-bidu jsegwihom jista' jixhed it-talent u l-passjoni, li fl-aħħar snin dejjem kienet kostanti. 'Il-kanzunetti li ndoqqu mhux kumplessi' Huma stqarru li, "waqt li konna qed infajjru l-ismijiet għall- band, xi ħadd semma' l-kelma Lighthouse u għoġbitna. Illum il-ġurnata għal qalbna ħafna." Shaun jgħid li lilu partikolarment jogħġbu minħabba l-estetika, peress li biex iżommu mat-tema jużaw ħafna bozzoz sofor. L-istil tagħhom huwa primarjament dak tar-rock, però l-influwenzi ta' kull individwu jsawwruh b'elementi minn ġeneri oħrajn, l-aktar dawk tal-blues u tal-pop. U huwa preċiżament dan li jiddistingwixxi lil Lighthouse minn bands oħrajn, il-ħoss oriġinali tagħhom. Wieħed m'hemmx bżonn li jkun intiż fir-rock sabiex japprezza l-mużika tagħhom, għax idoqqu kanzunetti li huma tal-widna. Fi kliemhom, "il-kanzunetti li ndoqqu mhumiex kumplessi li jaljenaw lil min mhuhiex mużiċist. Invarjaw bejn kanzunetti oriġinali u covers, allura jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd." 'Inqisu lilna nfusna bħala 'your friendly neighbourhood rock band' Daqqew għall-ewwel darba Għajn Tuffieħa, fuq il-bajja. Dan kien avveniment organizzat minn organizzazzjoni tal-istudenti tal- Università. Jirreferu għaliha bħala "taħwida sħiħa. Kellna kitarri deħlin ġol-PA system diretti u l-mikrofoni tal-kant deħlin fl- amplifiers tal-kitarri." Minkejja dan, ħassuhom li marru tajjeb. Għalkemm illum iħarsu lura u jiakru f 'kemm kienu lura dak iż-żmien, għalihom kien lejl memorabbli; bidu ta' xi ħaġa ferm sabiħa. Illum il-ġurnata, ir-reputazzjoni tagħhom kibret biżżejjed illi ġieli jkunu avviċinati sabiex idoqqu f 'ċertu avvenimenti. Però, ġieli jagħti l-kas li jkunu jixtiequ jdoqq f 'post partikolari, u b'hekk ikunu huma li javviċinaw lil tal-post. Li tkun f 'band ma tfissirx li tkun biss mużiċist, iżda hemm aspetti amministrattivi u loġistiċi li wieħed irid jaħdem fuqhom ukoll. 'Aħna kollha naħdmu full-time' Il-mużiċisti tal-band kollha għandhom impenji oħrajn, allavorja xorta jsibu ħin għall- passjoni tagħhom. "Li għandna tajjeb hi li l-ħinijiet tax-xogħol tagħna kważi l-istess, allura nsibuha aktar faċli biex niltaqaw għall-prattika, allavorja kulħadd għandu l-impenji tiegħu, apparti x-xogħol u l-band. Nipprovaw li niltaqgħu tal-anqas darba f 'ġimgħa." 'L-akbar diffikultà hija li tibqa' dejjem motivat meta l-affarijiet ma jkunux kollha ward u żgħar' Tul is-snin, il-band ħadithom f 'ħafna postijiet differenti. Mill- iċken kantunieri ġewwa barijiet il-Mellieħa, sal-palk prinċipali ta' Beerfest. Minn spazzju fejn jipprattikaw li jiddiskrivu bħala "gabuba żewġ sulari taħt l-art" sa "garaxx lussu" fejn qed jipprattikaw bħalissa. Għalkemm affaċċjaw diversi ostakkli, tlajja' u nżul, dejjem ħarsu l-quddiem u qatt ma qatgħu qalbhom. "Intoppi dejjem sibna. Però l-ħbiberija ta' bejnietna dejjem żammitna għaddejjin. Fl-aħħar mill-aħħar, aħna qed niltaqgħu darba f 'ġimgħa bħala ħbieb biex indoqqu flimkien." 'L-għan dejjem baqa' l-istess, li nieħdu gost indoqqu l-mużika tagħna flimkien' Għalihom, l-għan aħħari huwa li n-nies imorru jarawhom bl- iskop li jisimgħu lilhom. Jixtiequ li n-nies li jisimgħuhom ikunu marru għax ikunu semgħu li se jdoqqu Lighthouse, mhux ghax inzertaw kienu fil-post fejn kienu skedati li jdoqqu. "Ladarba n-nies jibdew jitgħallmu l-kanzunetti tagħna u jkantawhom lura lilna, ngħidu qed nagħmlu xi ħaġa tajba." 'Ladarba tkun qiegħed iddoqq u tisma' l-mużika, l-ispirazzjoni ssib lilek' Lura fl-2022, ħarġu l-ewwel EP tagħhom bl-isem ta' 'Backseat Affairs', li fih jinkludi ħames kanzunetti oriġinali. Madanakollu, kontinwament jiktbu kanzunetti ġodda u wieħed għandu jistenna li jipproduċu album fil-futur. L-ispirazzjoni tiġihom "minn kullimkien; mis-sitwazzjonijiet li nkunu għaddejjin minnhom, tajbin jew ħżiena. Jew inkella int u ddoqq issib ruħek tikteb xi riff tajba u tkun trid tagħmilha diska." Ġeneralment, l-ewwel jiktbu l-mużika, imbagħad il-lirika tinkiteb wara. Però ġieli kien il-każ fejn il-mużika ġiet miktuba sabiex tmur mal-lirika. Hekk kif Lighthouse għadhom kemm daqqew f 'wieħed mill-akbar avvenimenti tagħhom s'issa, fuq il-palk prinċipali tal-edizzjoni tal-2023 ta' Beerfest, staqsejnihom xi jmiss. Huma rrispondew li l-pjan huwa li "se nkunu it kwieti. Se nintefaw naħdmu fuq naqa materjal oriġinali." It-tir huwa li l-band tkompli tespandi r-repertwarju ta' kanzunetti oriġinali, u tkabbar is-sapport tal-udjenza numeruża li diġa għandha. B'hekk, ikun possibbli li jkunu jistgħu itellgħu spettakkli mużikali komposti kważi esklussivament minn materjal li jkunu kitbu huma stess. opinjoni 16 analiżi kultura IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Minn "gabuba żewġ sulari taħt l-art" għall-palk priċipali ta' Beerfest Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Minn wara l-kwinti: Lighthouse Lighthouse fuq il-palk prinċipali ta' Beerfest 2023'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023