Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447
10 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. JUSTIN SCHEMBRI X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik? Il-politika hija mezz li permezz tiegħu l-poplu jista' jitkellem, u jkun mismugħ. Dejjem emmint li l-politika għandha tattira nies li ġejjin minn familji medji u li jirrappreżentaw kwalunkwe professjoni. Mela, la darba jiena ġej mill-klassi l-medja nista' niem l-isfidi ta' kuljum li jesperjenzaw il-maġġoranza tal-familji, għaliex l-isfidi ewlenin q i e g ħ e d nesperjenzahom jien ukoll. Li jien għalliem, ma kienet qatt faċli biex insib ruħi fil-politika u eventwalment Membru Parlamentari, klassi li ġeneralment tattira professjonisti legali, imma emmint li l-edukazzjoni f 'Malta mhix rappreżentata biżżejjed minn min jgħixha kuljum. Għalhekk deherli li sehmi fil-Partit Nazzjonalista, il- Partit li minn dejjem fittex li jkun innovattiv fil-qasam tal- edukazzjoni, jista' jkun utilizzat aktar, jekk kemm-il darba nkun fuq quddiem nett bħala Kandidat u mbagħad Deputat. Ridt, u għadni rrid, inkun politiku li jkun wieħed m i n - n i e s t a t - t r i q bħalhom, u bla pretensjonijiet sabiex fija n-nies issib il-persuna li tista' tidentifika ruħha magħha. Ridt u għadni rrid edukazzjoni li tilħaq lil kuħadd, u li tagħti l-ħiliet bażiċi lil kull tifel u tifla sabiex kulħadd ikun jista' jirnexxi bil-fatti u mhux bir-retorika. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Qatt m'għamilt u mhu se nagħmel ebda distinzjoni bejn il-ħajja personali u l-ħajja politika għaliex inħoss li jien dejjem u kullimkien il-politiku u l-Membru Parlamentari. Inħoss li jien dejjem għad-dispożizzjoni tal-kostitwenti tiegħi, u nqis bi privileġġ kull darba li kostitwent jagħmel jew tagħmel kuntatt miegħi. Infittex li nqatta' ħin mal-familja tiegħi u nieħu gost meta jkolli dawk qribi miegħi f 'avvenimenti u attivitajiet politiċi għaliex jien ma nistax ninfatam mill-politika la darba kbirt fiha u saret parti minn dak li jien illum. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar? Fil-Parlament, bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Edukazzjoni, għandi obbligu nitkellem dwar il-qasam edukattiv. Huwa settur għal qalbi u ma nqisux bħala settur politiku għaliex jaffettwa lil kulħadd, illum u għada. Għalhekk, il-maġġoranza tal-ħidma tiegħi bħala Membru Parlamentari hija ddedikata lill-edukazzjoni, madankollu naħdem qatigħ, ġeneralment fis- skiet, għad-distrett li nirrappreżenta. Jidhrili li n-nies għandhom dritt jgħixu f 'ambjent xieraq, aċċessibbli u nadif. Madankollu, ninsab dejjem minn ta' q u d d i e m b i e x niġ ġ iele d k o n t r a k u l l theddida li tista' theżżeż it- tradizzjoni, il-kultura, l-istorja u l-valuri tal-lokalitajiet li nirrappreżenta. Bħala l-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall- Edukazzjoni, x'inhi r-reazzjoni tiegħek għall-aħbarjiet marbuta mar-riżultati inkwetanti fejn kwart tal-istudenti li poġġew għall-O-level tal-Malti u l-Matematika m'għaddewx? Taħseb li hemm bżonn ta' bidliet estensivi fis-sistema edukattiva? L-aktar ħaġa li tolqotni, u taħsadni hija li din is-sena, f 'dawn it-tliet suġġetti rispettivi, żdied b'mod sostanzjali l-ammont ta' gradi 'U' miksuba. Din, skont il- kriterji tal-MATSEC, tqis li l-karta ma kinitx ċertifikabbli. Fil-fatt, jekk fl-2022 fl- Ingliż kien hemm 11%, fil-Malti kien hemm 18% u fil-Matematika kien hemm 20%, din is-sena fl-2023, kien hemm 13% fl-Ingliż, 23% fil-Malti u 23% fil- Matematika. Għalhekk, b'mod konsistenti, kien hemm ammont akbar ta' studenti li wara 11-il sena ta' tagħlim obbligatorju biex jinkiseb livell 3 tal-MQF (Malta Qualifications Framework) li ma kinux ċertfikabbli. Inkwetanti daqstant ieħor huwa li dawn il-persentaġġi tal-grad 'U', meta tgħaqqadhom mal-gradi 6- 7, li mhumiex gradi ikkonsidrati bħala 'pass', jikkonfermaw xenraju deludenti ferm. Jekk fl-2022 kellna 21% fl-Ingliż li allura kisbu jew 'U' jew 6-7, din is-sena kellna 23%. Jekk fil-Malti kellna 29% fl-2022, din is-sena rajna 30%, u jekk fil- Matematika kellna 37% tal-istudenti sena ilu, din is-sena kienu 41% li ġew iċċertiati b'6- 7 jew inkella baqgħu bla grad, jiġifieri 'U'. Mingħajr dubju, is-sistema edukattiva tagħna mhix tipprepara lit-tfal tagħna biex jiksbu l-bażiku, u mingħajr ma ninsew li hawn ħafna tfal u żgħażagħ li mhumiex inklinati għall- akkademja, irridu nirrealizzaw li l-eżamijiet tal-applikat (is-SEAC) xorta mhux jattiraw studenti. Allura għandna studenti li jinsabu mitlufa f 'sistema li mhix addattata biżżejjed, la għal min hu inklinat għall-akkademja u lanqas għal min hu inklinat għall-applikat. Irridu naħsbu kif nistgħu noħolqu sistema li tattira aktar lill-istudenti, inżidu s-sapport lill-edukaturi, kif ukoll inżidu aktar servizzi għal min għandu d-diffikultajiet fit-tagħlim u naraw li dawn ikunu qed jiffunzjonaw kif mistenni u kif hemm bżonn. Irridu wkoll naraw kif nistgħu nissapportjaw aktar lill-ġenituri sabiex ikunu ta' spalla għal uliedhom fil- perkors edukattiv billi nintroduċu skemi aktar family-friendly biex ninkoraġġixxuhom ikunu aktar preżenti fil-ħajja edukattiva tat- tfal tagħna. Fl-iskola biss ma nistgħux insolvu d- diffikultajiet li għandna llum. Bħala eks Kunsillier ta' Birkirkara, waħda mil- lokalitajiet li raw mill-viċin l-impatt tal-iżvilupp u ż-żieda fil-popolazzjoni, xi problemi rajt b'għajnejk jinħolqu tul dawn l-aħħar snin f 'din il-lokalità, u x'jista' jsir biex dawn l-impatti jiġu indirizzati? Matul dawn l-aħħar snin l-isfidi fil-lokalitajiet qed jinbidlu fi problemi serji. Għandna żieda sostanzjali ta' bini, tniġġis, storbju, nies, karozzi, ħmieġ u żdingar u li lkoll qed jaffettwaw b'mod negattiv l-għajxien tar-resident. Irridu naraw li jkollna Gvernijiet Lokali li jaħdmu u li jiffunzjonaw u għalhekk irridu nagħtuhom l-awtonomija imma rridu nżommuhom ukoll akkontabbli għad-deċiżjonijiet li jieħdu. Jien ninsab kommess li nkompli niddefendi lil Birkirkara, tant li matul dawn l-aħħar snin iġġilidt u rbaħt kontra l-proposta li jinbena pont fil-Wied ta' Birkirkara, iġġilidt u rbaħt kontra applikazzjonijiet li jagħti d-dritta tal-imwejjed u s-siġġijiet fuq bankini fiż-żona UCA, u qiegħed niġġieled u konvint li se nirbaħ flimkien mal-Karkariżi kontra l-proposta li f 'Birkirkara tinbena lukanda tħares fuq il-Bażilika. Għalliem u eks-kunsillier ta' Birkirkara, issa Membru Parlamentari, jiddiskuti mal-ILLUM dwar il-prossimità bejn il-ħajja pubblika u dik personali, is-sitwazzjoni kurrenti tas-sistema edukattiva f'Malta, kif ukoll il-problemi li qed taffaċċja Birkirkara kawża tal-iżvilupp u ż-żieda fil- popolazzjoni