Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 kultura IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti uniku li ma jiddejjaqx jesprimi ruħu Il-politika u ġrajjiet kurrenti diskussi b'mod ġdid Is-segwaċi ta' Radju Ħaj huma konxji bin-natura politika tad- diskussjoni fl-episodji, u anke fl-avvenimenti fejn idoqqu, fejn il-grupp ma joqodux lura milli jgħidu dak li jħossu fuq temi kurrenti u anke personalitajiet kontroversjali; b'mod speċjali politiċi li jkunu daħlu f 'xi kontroversja. Skont Elton, huwa impossibbli li wieħed ma jitkellimx fuq dawn l-affarjiet anke jekk huwa ġej mid-dinja artistika, hekk kif fl-aħħar mill-aħħar, il-ħajja tagħhom hija affettwata minn dak li jiġri madwarhom. "Aħna nitkellmu fuq dak li naraw," jgħid Elton, filwaqt li nnota li d-diskussjonijiet f 'Malta huma verament partikulari fin-natura tagħhom. "Sfortunatament f 'dan il-pajjiż waqt diskussjoni wieħed jikklassifika n-nies skont it-twemmin tiegħu. Dak aħmar, l-ieħor blu, u d-diskussjoni tkun bagħtuta." Stqarr li fl-isfond ta' dan kollu, Radju Ħaj jipprova jkollu diskussjoni kif suppost, anke jekk tkun waħda ta' bejn il-ħbieb. Fil-fatt, huma jwasslu l-messaġġ u l-opinjoni tagħhom anke bl-ispettakli li jagħtu fl- avvenimenti, li jkunu miżgħuda bis-satira u referenzi għal suġġetti li ġieli jkunu meqjusa "taboo." Huma nnutaw kif il-kritika li jkollhom ħafna drabi tkun ġejja meta jmissu ma' dawn it-tip ta' suġġetti, iżda minkejja dan, huma xorta waħda jħossu li għandhom jitkellmu fuq dak li jixtiequ, hekk kif fl-aħħar mill- aħħar, l-avvenimenti li jtellgħu dejjem imorru tajjeb mal-udjenza tagħhom. Waqt l-intervista ma' din il- gazzetta, huma kellhom ħafna xi jgħidu dwar kif f 'pajjiżna, il-kultura li tikkritika hija 'il bogħod mill-ideali, u anke dwar kif illum il-ġurnata, ħafna mill-affarjiet li wieħed jagħmel huwa għad-dehra. "Anke l-pajjiż jinħass li qed jitmexxa minn fuq Facebook," stqarr Elton, hekk kif iddeskriva l-kultura ta' kif wieħed jamministra, bħala waħda fejn, "anke l-Ministri saru influencers." Għalhekk, komplew jgħidu, meta tgħix f 'dan l-ambjent fejn huja kważi impossibbli jkollok dibattitu effettiv u produttiv, "minflok tħares madwarek u tiddispra b'din is-sitwazzjoni, aħna ndaħħlu dan f 'diska." Minkejja li skont Elton, "huwa diffiċli li niddeskrivu eżatt taħt liem kategoriji jaqa' Radju Ħaj," is-sens ta' kummentarju fuq ġrajjiet kurrenti b'mod vivaċi huwa fiċ-ċentru ta' dak li jagħti lil Radju Ħaj l-identità tiegħu. X'imiss għal Radju Ħaj? Minkejja li Elton, George u Daniel ilkoll għandhom il-ħajja tagħhom u Radju Ħaj huwa passatemp, xorta waħda hemm pjanijiet kbar għal dan il-proġett. Fil-fatt, George stqarr ma' din il-gazzetta li dalwaqt se jkunu qed ivaraw sit elettroniku bl-isem ta' radjuhaj.com. Min-naħa tiegħu, Elton stqarr li d-data għal dan is-sit għadha mhux ikkonfermata. "Minn dan l-aspett aħna qisna l-kuntratturi Maltin fis-sens li d-data stipulata biex inlestu dak li għandna nlestu rari jkun hemm, u meta jkun hemm, probabbli ma nżommux magħha."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023