Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

MATTHEW FARRUGIA Radju Ħaj huwa l-isem ta' proġett li nibed bħala idea ta' tlett iħbieb: Elton Grech, George Sapiano u David Grech Urpani, liema proġett beda lura fl-2016, u llum il-ġurnata kiber għal wieħed uniku fix-xena tad-divertiment Maltija. Bejniethom, dawn it-tlett iħbieb jagħmlu episodji ta' 'podcasts' b'differenza, hekk kif permezz ta' interventi bil-mużika u siltiet ta' awdjo, dawn l-episodji jixbħu aktar programmi tar-radju uniċi u divertenti. Maż-żmien, hekk kif dan il-proġett beda jikber fil-popolarità, il-grupp daħlu fix-xena tad-divertiment permezz ta' daqq f 'avvenimenti mużikali, fosthom il-festival lokali 'Rock the South'. Elton, George u David tkellmu ma' din il-gazzetta biex jispjegaw aktar dwar Radju Ħaj, minn fejn beda, 'il fejn sejjer, u dak li jispirahom biex ikunu sors ta' divertiment għas-segwaċi tagħhom. "Bdejna fl-2016 imma l-idea kienet ilha f 'moħħna" Meta beda jispjega l-oriġini ta' dan il-grupp, Elton stqarr li fl-2016, u hu George kienu fil-grupp mużikali Lucy's Last, u f 'dak iż-żmien, wara li jipprattikaw, kienu jpoġġu bil-qiegħda u jgħidu kelma jew tnejn, sakemm xi ħadd minnhom qal, "imissna nirrekordjaw lilna nfusna u naraw x'jiġri." Fil-fatt, huwa kompla jispjega li l-ewwel darba li pruvaw din l-idea kienu rabtu l-mikrofoni ma' lasti ta' xkupi, u li l-konverżazzjoni ta' bejniethom dejjem kienet waħda naturali u mexxejja. L-episodji ta' Radju Ħaj, anke llum il-ġurnata jistgħu jiġu deskritti bħala konverżazzjoni bejn il-ħbieb, fejn jiddiskutu kollox minn ġrajjiet kurrenti u politika, u jgħidu stejjer divertenti minn tagħhom. Minkejja dan, il-mużika u l-muntaġġ jagħtu xeħta oriġinali għal dawn l-episodji, fejn f 'episodji minnhom, jiġu inklużi wkoll persuni oħra li jkunu parti mid-diskussjoni. Elton spjega li maż-żmien, bdew isibu opportunitajiet li jdoqqu f 'avvenimenti lokali, fejn minkejja li din kienet xi ħaġa ġdida għalihom, xorta waħda daħlu għaliha, u llum il-ġurnata huma magħrufin għall-esperjenza u l-atmosfera unika li joħolqu. Peró, stqarr li jagħmlu x'jagħmlu, kull proġett li jkollhom jidħlu għalih b'mod kalm, u jiffukaw fuq li jieħdu gost huma u l-udjenza. Min-naħa tiegħu, George huwa aktar tekniku f 'dak li għandu x'jaqsam mal-awdjo. Spjega kif l-episodji ta' Radju Ħaj jieħdu ħafna ħin biex jingħaqdu, hekk kif f 'episodji ta' diversi minuti, jiddaħħlu numru ta' diski u anke siltiet minn stejjer tal-aħbarjiet fost oħrajn. George jispjega li permezz ta' dan ix-xogħol, Radju Ħaj m'huwiex sempliċiment episodju ta' nies jitkellmu bejniethom, iżda ssir esperjenza ġdida. Fil-fatt, Elton jinnota li l-isem Radju Ħaj ġej mill-fatt li filwaqt li ħafna stazzjonijiet tar-radju huma aktar serji u jiddiskutu l-aħbarjiet b'ċertu mod, Radju Ħaj huwa leħen vivaċi u spirituż. "Il-ħajja sabiħa tant, għalhekk dan ir-radju huwa Ħaj." opinjoni 08 analiżi kultura IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum Fix-xena tad-divertiment u l-mużika lokali, ftit li xejn issib esperjenza simili minn dik li joffru Radju Ħaj, tlett iħbieb li joffru prodott uniku ta' divertiment, kummentarju fuq temi kurrenti u mużika liemabħala Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Radju Ħaj: Proġett ta' divertiment uniku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023