Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447
aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum Theddidiet għar-reputazzjoni tal-futbol lokali fil-Kottonera Il-futbol Malti għadda minn diversi episodji li taw daqqa ta' ħarta lir-reputazzjoni tiegħu. Dawn jinkludu minn pagi dovuti mhux imħallsin sa episodji ta' korruzzjoni, minn qiegħ il-ġerarkija tal-kampjonati lokali sal-livell internazzjonali. Attwalment, huwa evidenti li l-futbol fil-Kottonera qed jippreżenta sogru li jkollna episodju simili. SHABAN BEN TAHER Sa it żmien ilu, Daniel Orsini kien qed iservi bħala l-President tal-klabb ta' Vittoriosa. Dan minkejja li kien qed jaffaċċja akkużi serji quddiem il-Qorti, peress li l-MFA trid tirrispetta l-prinċipju li wieħed huwa meqjus innoċenti sakemm ikun misjub ħati mill-Qrati. Kull staġun, kull klabb tal- futbol jibda jitfa' r-ritratti fuq il-paġni ta' Facebook tagħhom sabiex iħabbru l-akkwisti l-ġodda. Tipikament, dawn jinkludu il- plejer akkumpanjat mill-kowċ jew minn membru tal-Kumitat. Però, dan mhux il-każ għal Vittoriosa Stars FC. Meta Vittoriosa iħabbru addizzjoni ġdida fl-iskwadra, qed jitla' ritratt tal-plejer akkumpanjat minn raġel li la huwa kowċ u l-anqas membru tal-Kumitat. Dan il-persuna huwa Daniel Orsini. Dawn l-akkużi fil-konfront ta' Orsini, li jmorru lura għall-2016, jinkludu l-użu ta' ismijiet u kwalifiki foloz, l-użu ta' dokumenti foloz, kif ukoll li għamel qligħ minn dawn l-atti. Huwa nstab ħati fi Frar tal-2023, fejn ġie kkundannat għal tmintax- il xahar priġunerija sospiżi għal erba' snin. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti għamlet referenza għall-fedina penali t'Orsini, li ddeskriviet bħala "waħda kkulurita ħafna qisha librett", b'21 kundanna reġistrata fiha. Lura fl-2001, l-Imħallef Patrick Vella kkundanna lil Orsini, fost grupp ta' persuni, għal sitt snin ħabs fuq akkużi relatati ma' bejgħ u importazzjoni ta' droga, liema reat seħħ fis-sena 2000. Fl-2016, cittadin talab lill- Qorti sabiex tordna lil Orsini jneħħi minn passaġġ rurali klieb "feroċi" li allegatament kien irabbi għall-ġlied. Meta l-Illum avviċinat lill- MFA dwar jekk applikazzjoni t'Orsini qattx kienet irriutata mill-Assoċjazzjoni, din stqarret li Orsini ilu sospiż mill-Bord Eżekuttiv minn Frar ta' 2023. Dan minħabba kundanna kriminali li nqatgħet kontrih, Sabiex wieħed jiġi sospiż mill- MFA, dan jiġi skrutinizzat mill- Kumitat tal-Etika u l-Konformità tal-istess MFA. Xogħol dan il- Kumitat huwa li, meta jkun hemm riskju lejn ir-reputazzjoni tal- MFA u l-futbol Malti, dan jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Kien l-istess bord li sena ilu ddeċieda kontra li l-President ta' Hamrun Spartans Joseph Portelli ma jitħallhiex jipparteċipa fil- Kampjonat Premier. Wara ikun il-Bord Eżekuttiv li, skont xi tkun ir- rakkommandazzjoni tal-Kumitat, jiddeċiedi fuq kif għandhom jipproċedu. Fil-każ t'Orsini, kemm il-Kumitat kif ukoll il-Bord qabel li dan għandu jkun sospiż mill-futbol Malta, minħabba l-periklu lejn ir-reputazzjoni tal- futbol Malti li dan jirrappreżenta. Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM staqsa lill-MFA jekk tafx bis-sitwazzjoni preżenti; bl-involviment li Orsini għad għandu ma Vittoriosa FC, kif ukoll mal-futbol Malti. Ir-relazzjoni bejn Orsini u l-klabb tant hi viċin, li ristorant li għandu Orsini bl-isem ta' D'Orsini għandu l-istess indirizz tal-klabb, jiġifieri Triq Desain, Il- Birgu. Bażikament, Orsini huwa l-operatur tal-każin tal-klabb. Tant hu hekk, li l-faċċata tar-ristorant għandha tabella mdaqqsa bil- kliem 'Vittoriosa Stars FC'. Fuq il-karti, dan m'għadux uffiċċjalment il-President tal- Klabb. Anzi, meta wieħed jiċċekkja fis-sistema tal-MFA sabiex jiċċekkja min hu reġistrat bħala membru tal-Kumitat, ma hemm l-ebda sottomissjoni. Minkejja dan, huwa evidenti li, de facto, l-irwol ta' President qed jaqdih Daniel Orsini. L-MFA irrikonoxxiet l-assoċjazzjoni li Orsini għad għandu mal-klabb, u ma eskludietx li jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-klabb talli qed jonqos milli jimxi mad- deċiżjoni tal-bord. Naqqset milli tispeċifika dawn il-passi eżatt x'inhuma. Tipikament, dawn ivarjaw minn twissijiet u multi, għal penalità ta' punti jew is- sospenzjoni tal-individwu u l-klabb mill-kampjonati lokali. Dan isegwi hekk kif it ġimgħat ilu tħabbar Stephen Vaughan minn St. George's FC bħala l-President il-ġdid tal-klabb, individwu ieħor b'passat ikkulurit, li jinkludi kundanni marbutin m'akkużi fosthom theddid lejn kundistabbli tal-Pulizija, kif ukoll li sellef il-karozza tiegħu lis-sieħeb t'oħtu sabiex jaħrab miż-żona wara li kien involut fil-qtil ta' kundistabbli ieħor. Vaughan diġa kien involut fil-futbol Malti fil-passat, wara esperjenza bħala President ta' Floriana FC wasslet sabiex il- partijiet jispiċċaw f 'battalja legali rigward obligazzjonijiet li Vaughan kien daħal fihom u qatt m'onora. Dawn allegatament kienu jammontaw għal €70, 000, pero sar ehim bejn il-partijiet barra mill-Qorti. Meta wieħed jiċċekkja fis- sistema tal-MFA rigward il- membri tal-Kumitat tal-klabb Bormliż, Vaughan ukoll għadu ma ġiex sottomess bħala membru tal-Kumitat. Li huwa ċar huwa li numru ta' persuni li l-MFA stess ma tixtieqx parteċipi fil-futbol Malti xorta waħda qed isibu mezzi kif jidħlu. Jekk mhux mill-bieb, mit-tieqa. Hemm bżonn li l-MFA tieħu azzjoni malajr, sabiex jiġi evitat kull potenzjal ta' episodju ieħor li kapaċi jħammar wiċċ il-futbol Malti. Daniel Orsini jippreżenta plejer ġdid ta' Vittoriosa Stars FC