Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dwar dan, l-ILLUM staqsiet lill-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem Joseph Farrugia, li huwa wkoll lettur fi ħdan l-Università ta' Malta, u b'hekk huwa espost għall-għarfien tal-Maltin li jkunu qed jistudjaw, kif ukoll dawk li diġà qiegħdin fid- dinja tax-xogħol. Farrugia stqarr ma' din il-gazzetta kif huwa jemmen li l-aċċessibilità ta' informazzjoni vasta wasslet għall-punt fejn wieħed ma jidħolx fid-dettall fil-qari u r-riċerka tiegħu. "Illum il-qari naqas," stqarr Farrugia, filwaqt li nnota li minkejja l-informazzjoni li ma tispiċċa qatt li wieħed jista' jsib fuq l-internet, huma ħafna li jippruvaw iqassru, u b'hekk ma jkunux vera qed jitgħallmu. Dawn it-tweġibiet u n-nuqqas ta' qari, jispjega Farrugia huma sintomi ta' problema akbar f 'pajjiżna li tinvolvi t-traskuraġni tal-akbar u l-unika riżorsa li għandha Malta; ir-riżors uman. "Waħda mir- raġunijiet għalfejn qed niddependu ħafna fuq il-ħaddiema barranin hija l-fatt li qed nitraskuraw ir-riżors uman," stqarr Farrugia. Huwa nnota kif għal snin sħaħ, is-settur pubbliku kien l-akbar sors ta' impjieg għall-poplu Malti, u b'hekk sal-lum il-ġurnata, eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin għadhom impjegati f 'dan is-settur. Farrugia stqarr li "ħafna nies jaħdmu fis- settur pubbliku imma m'humiex utilizzati b'mod produttiv," iżda s-settur pubbliku minnu nnifsu m'huwiex ir-raġuni prinċipali wara l-problemi marbuta mar-riżors uman. Dan hekk kif innota wkoll li kemm fis-settur pubbliku, u anke dak privat hemm numru kbir ta' ħaddiema li huma kwalifikati li għandhom xogħol li ma jħallasx biżżejjed għall-abbilitajiet tagħhom, jew ikunu kwalifikati ż-żejjed, u għalhekk ma jkunux qed jieħdu l-vantaġġ kollu tal-abbilitajiet tagħhom. Raġuni oħra għandha x'taqsam mal-proċess edukattiv, u kif skont Farrugia, is-sistema edukattiva mhix tipproduċi l-ammont ta' ħaddiema neċessarju biex ilaħħqu mad-domanda ta' ħaddiema eżistenti. H a w n s a r e t referenza g ħ a l l - aħbar riċenti inkwetanti li għandha x'taqsam mar- riżultati ta' studenti li poġġew għall- eżamijiet tal-O-levels din is-sena, fejn kwart minnhom m'għaddewx mill-Malti u l-Matematika, jew lanqas biss tfaċċaw għall-eżami. Apparti dawn is-suġġetti, din is- sena ġew osservati wkoll rata ta' aktar minn 20% ta' studenti li ma jgħaddux minn dawn l-eżamiijet kruċjali għall-edukazzjoni u l-karrieri tagħhom. Meta mistoqsi dwar dawn ir- riżultati, Joseph Farrugia tkellem b'mod iddettaljat dwar is-sistema edukattiva ta' pajjiżna u kif din inbidlet tul iż-żmien. Fosthom, huwa tkellem dwar l-introduzzjoni tal-MCAST u kif il-uħ ta' din l-istituzzjoni kien pass importanti għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal- istudenti Maltin, tant li skontu, "illum il-ġurnata ħadd ma jiddubita l-validità tal-MCAST." Dan hekk kif Farrugia spjega li qabel l-introduzzjoni ta' din l-istituzzjoni edukattiva, kien ikun hemm studenti li jkomplu jistudjaw fl-Università ta' Malta, iżda l-bqija tal-istudenti ma kinux ikomplu jistudjaw. B'hekk din l-istituzzjoni serviet għal triq tan-nofs, fejn min ma kienx jixtieq ikompli l-proċess edukattiv fl-Università, seta' jagħżel li jistudja u jitħarreġ f 'suġġetti oħra, u b'hekk xorta waħda jtejjeb l-abbilitajiet tiegħu. Apparti dan, Farrugia stqarr ukoll kif illum il-ġurnata, linja vokazzjonali m'għadhiex titqies bħala waħda inferjuri għal-linja akkademika. Minkejja dan, huwa nnota li dan m'huwiex biżżejjed, hekk kif anke jekk qed jiżdiedu l-istudenti u n-nies li jigradwaw mill-Università, is-sistema edukattiva mhix toħloq ħaddiema li huma lesti għad-dinja tax-xogħol. Farrugia nnota wkoll xejra ġdida li qed tiġi nnutata fost l-istudenti. "Hemm din il-ġirja biex għal kull suġġett nagħmlu degrees, anke fl- MCAST, u allura ħafna nies qed jevitaw il-linja vokazzjonali wkoll," jispjega Farrugia, hekk kif innota 'In-nuqqas ta' qari hija wkoll sors Filmati mill-programm televiżiv Wonderball ta' Maltin li kellhom tweġibiet medjokri għall-mistoqsijiet tal-preżentatur ġabu magħhom bosta reazzjonijiet, fejn apparti daħqa jew tnejn, bosta kienu dawk li staqsew dwar il-livell ta' għarfien ġenerali fost il-poplu Malti. L-ILLUM staqsiet lill- President tal-MEA Joseph Farrugia dwar dan, u x'ifisser għall-ħaddiema ta' għada F'kummenti lil din il-gazzetta, il-President tal-MEA, Joe Farrugia stqarr li s-sistema edukattiva preżenti u n-nuqqas ta' qari qed iwasslu għal tnaqqis fil-kwalità tal- ħaddiema f 'pajjiżna Joe Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023