Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
04 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Il-Parlamentari l-ġodda. ABIGAIL CAMILLERI X'ħajrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik? Naħseb li l-politika tkun ġo fik. Minn età żgħira minn dejjem kienet tinterassani u kont insegwi ħafna dak li jkun għaddej fuq it-televiżjoni u maż-żmien anke fuq il-midja soċjali. Ta' 18-il sena, niakar li kont l-Università, qbadt tal- linja, mort iċ-Ċentru Laburista l-Ħamrun u nktibt fil-fergħa taż-Żgħażagħ Laburisti u minn hemm bdiet il-mixja politika tiegħi f 'partit li dejjem offra opportunitajiet ta' taħriġ u t a g ħ l i m f l - isfera politika. Fil-fatt, minn hemm dħalt bħala Uffiċjal Żgħażagħ fil-Kumitat tan- Nadur, bdejt ninvolvi ruħi fl-elezzjonijiet u kkontestajt ukoll għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali, kont Chair għal Għawdex fi ħdan il-fergħa tan-Nisa Laburisti, attendejt għall-korsijiet offruti mill- IDEAT, kif ukoll attendejt għall- programm LEAD. Dan tal- aħħar tani l-ispinta neċessarja biex nikkontesta għall-elezzjoni ġenerali u llum ninsab l-unika Deputat mara Għawdxija fil- Parlament. Il-politika għalija tfisser ħafna u fiha sinnifikat importanti. Trabbejt f 'familja umli, bint il-ħaddiem fejn kelli nxammar il-kmiem biex i n k o m p l i n i s t u d j a u nilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħi. Ta' sittax-il sena kelli tarbija li rabbejt b'għożża kbira filwaqt li komplejt nistudja. Il-bidliet li ġabu mexxejja Laburisti fil- qasam soċjali għenu biex minn hu bħali jsib l-appoġġ kollu meħtieg biex jilħaq il-potenzjal tiegħu. Għalhekk nemmen li l-politika hija l-istrument ideali sabiex wieħed jibdel il-ħajjiet u jagħti dinjità speċjalment liż- żgħir u lill-batut. L-esperjenzi ta' ħajti għallmuni ngħożż aktar il-valuri soċjal-demokratiċi tat-tolleranza, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. U għalhekk dejjem kelli għall-qalbi l-politika u nixtieq inkompli nkun ta' servizz għall-poplu li sellifni dan is-siġġu. F'xogħolok fil-Parlament, liema suġġetti huma l-aktar għall-qalbek u tixtieq tagħti aktar? L-edukazzjoni hija għal qalbi ħafna. Għamilt 14-il sena għalliema tat-Taljan u llum il-ġurnata naħdem ukoll bħala Assistent Kap ġewwa skola f 'Għawdex. Nemmen li l-edukazzjoni flimkien max- xogħol huma ċ-ċavetta sabiex wieħed ikun jistà jitla' s-sellum soċjali, joħroġ mill-faqar u jkollu kwalità tà ħajja aħjar. U dan nistà ngħidu għax esperjenzajtu jiena stess. Nemmen li fl-edukazzjoni sar ħafna, però għad fadal ħafna xi jsir għaliex huwa settur li fih qatt ma tistà tieqaf tbiddel sabiex l-istudenti tagħna jieħdu t-tagħlim meħtieġ li jkun qed jimxi pari passu maż-żminijiet. Irridu nkomplu naħdmu sabiex noffru opportunitajiet ugwali għal kulħadd fejn l-edukazzjoni tkun qed toffri l-għodod kollha neċessarji sabiex kull student ikun jistà javanza u jwettaq il-ħolm tiegħu. Suġġett ieħor għall- qalbi ħafna huma l-persuni b'diżabilità. Sar ħafna xogħol, però nemmen, li b'mod speċjali fil-gżira ta' Għawdex, għad fadal izjed xi jsir biex dawn il-persuni jingħataw is-servizzi meħtieġa li diga` huma offruti ġewwa Malta. Barra minn dan, għandna nibqgħu naħdmu biex inkomplu noffru lilhom aktar opportunitajiet biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jsiru aktar indipendenti. Fl-aħħar u mhux l-inqas Għawdex jinteressani fl-inter kollu tiegħu, il-gżira li ngħix fiha u li tant nħobb. Kemm ilni Membru Parlamentari sirt napprezza ħafna aktar lil din il-gżira u lill-poplu li jgħix fiha. In-nies jgħallmuk u juruk lil Għawdex minn perspettivi differenti u għalhekk tibda tiem id-diversi realtajiet li jeżistu. Determinata li nkompli nwassal il-vuċi tal-Għawdxin fl- ogħla istitutzzjoni tà dan il-pajjiż u li nibqà naħdem b'enerġija viċin in-nies. Rigward il-kritika li qed issir dwar il-bini eċċessiv f 'Għawdex li qed ibiddel il-karatteristiċi ta' din il-gżira, x'taħseb li hija s-soluzzjoni għall-bilanċ biex tiġi ssalvagwardjata l-gżira Għawdxija? Fid-diskorsi u aġġornamenti li għamilt f 'din l-ewwel sena tiegħi bħala Membru Parlamentari dejjem sħaqt dwar is-sentiment ta' bosta Għawdxin u t-tħassib tagħhom li Għawdex qed jinbidel u li ħafna rħula qed jitilfu s-seħer tagħhom. Ħadd ma jistà jreġġa' l-arloġġ lura, però, issa rridu nħarsu 'il quddiem. Ilqajt bi pjaċir dak li ħabbar il-Prim Ministru din il- ġimgħa, id-dokument approvat mill-kabinett intitolat 'Gozo Regional Development Strategy' - dokument imfassal mad- diversi stakeholders u NGO's li jinsabu ġewwa din il-gżira li qed jipproponi strateġija għall- żvilupp tabilħaqq sostenibbli għal Għawdex għall-għaxar snin li ġejjin. Ħadt pjaċir ukoll li Ħondoq baqa' mhux mittiefes u l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ukoll id-dokument li jitkellem dwar bidla fil-pjan lokali li ser jinfetaħ għall- konsultazzjoni biex din il-bajja tibqà tal-pubbliku. Kull żvilupp li jsir ġewwa Għawdex għandu jkun sostenibbli, jigifieri jridu jiġu mharsa l-karatteristiċi uniċi ta' din il-gżira. Dan għandna ninsistu fuqu mhux biss ħalli nħarsu l-industrija tant importanti tat-turiżmu, imma għaliex b'hekk biss ikollna garanzija ta' kwalità ta' ħajja għolja għal min jgħix ġewwa Għawdex. Temmen li l-Għawdxin għad għandhom il-problema ta' nuqqas ta' xogħol f 'Għawdex stess, b'mod speċjali għall- ħaddiema bħall-għalliema? Għawdex għandu l-problema tal-insularità doppja. Nemmen li f 'Għawdex nistgħu noffru aktar opportunitajiet f 'setturi ġodda billi nġibu aktar investiment dirett ġewwa din il-gżira. Dwar l-għalliema jibqà l-fatt li għalliem jibqà jaħdem sal-età tal-irtirar, in-numru ta' skejjel f 'Għawdex huwa limitat, b'mod speċjali dak sekondarju, u għalhekk huwa diffiċli ħafna li kull għalliem Għawdxi jaħdem f 'Għawdex. Għalhekk huwa importanti li nsaħħu l-konnettività bejn iż- żewġ gżejjer biex kull ħaddiem Għawdxi jkun jistà jivvjaġġa b'aktar kumdità. Nemmen ukoll li l-Gvern irid ikompli bil-ħidma sabiex nattiraw investiment f 'oqsma ġodda li joħloq impjiegi ta' kwalità f 'Għawdex stess. Qed nirreferi għas-setturi tat- teknoloġija tal-informazzjoni, żvilupp ta' software u fintech. Tappella lil aktar nisa u Għawdxin jagħżlu karriera fil- politika? Iva u nixtieq inkun ta' ispirazzjoni għal bosta. Il- ħajja politika mhix faċli u hija mpenjattiva ħafna. Nemmen li biex il-politika tkun aktar attraenti għaż-żgħażagħ tagħna u anke għan-nisa wasal iż-żmien li jsiru ċertu bidliet. Nemmen li l-Membri Parlamentari għandhom jiġu full-time b'salarji aħjar. Abigail Camilleri hija l-unika deputata mara Għawdxija fil-Parlament bħalissa. Hija eks-għalliema u għandha lill-gżira ta' tliet għoljiet għal qalbha, u mal-ILLUM tkellmet fost l-oħrajn dwar x'qiegħed isir fid-dawl tal-fatt li din il-gżira hija fiċ-ċans li titlef il-karatteristiċi uniċi tagħha