Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Furur mis-segwaċi tal-futbol minħabba xiri ta' plejers barranin SHABAN BEN TAHER L-aħbar li Sirens FC akkwistaw plejers barranin qajmet furur mis-segwaċi tal-futbol fuq il- midja soċjali, b'ħafna jilmentaw kif dawn it-tip ta' trasferimenti qed joħonqu l-opportunitajiet għal plejers Maltin sabiex jiksbu l-esperjenza fil-quċċata tal-futbol Malti. Qamet ukoll mistoqsija oħra; għalfejn klabb jiddeċiedi li jneħħi tmien plejers minn skwadra li għadha kemm rebħitu kampjonat? X'sens tagħmel li titlef is-servizz ta' massa ta' plejers li huma ta' valur għoli għall-klabb? Raġuni waħda hija s-somom ta' flus li potenzjalment tħallsu direttament minn Sirens FC sabiex jakkwistaw dawn il- plejers. Però mhux biss, hemm diversi raġunijiet oħra finanzjarji li minnhom jistgħu jibbenefikaw Madeama FC. Dawn normalment ikunu marbutin ma' trasferimenti futuri tal-plejers. Meta dawn il- plejers jilgħabu f 'Malta, huma jkunu daħlu sieq fil-futbol Ewropew. B'hekk, minħabba l-prossimità, hemm aktar ċans li jiġu nnotati minn klabbs kbar li lesti li jħallsu somom akbar għalihom, minħabba l-kobor u r-riżorsi finanzjarji ta' dawn il- klabbs. Meta wieħed jikkonkludi dawn it-tip ta' trasferimenti, jista' jdaħħal klawsoli fil-kuntratt fejn ikunu entitolati għal perċentwal mis-somma tat-trasferiment li jsegwi. Dan ifisser li, jekk jeżistu dawn it-tip ta' klawsoli fit-trasferimenti bejn Madeama FC u Sirens FC, Madeama jkunu entitolati għal perċentwal fl-eventwalità li dan il-plejer jinbigħ lil klabb ieħor. Apparti dawn, regola tal- FIFA li it nies jafu biha huwa l-mekkaniżmu tas-solidarjetà. Din inħalqet wara li nqata' l-każ ta' Botman lura fl-1995. L-eżitu ta' dan il-każ kien li plejer jista' jiċċaqlaq għal klabb ieħor fi tmiem il-kuntratt tiegħu, wara li din jiskadi. B'hekk, il-klabbs tilfu l-inċentiv li jħarrġu l-plejers minn età żgħira, għalhiex dawn setgħu jitilqu mingħajr ma qatt il-klabb jara ritorn fuq l-investiment. B'hekk, il-FIFA daħlet dan il-mekkaniżmu, fost oħrajn, sabiex tikkumpensa. Meta plejer jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor għal-somma, il-klabbs kollha li kienu ta' kontribut lejn l-iżvilupp tiegħu huma entitolati għal porzjoni mis-somma totali. Dan il-porzjon jammonta għal 5% tal- istess somma, liema somma tkun maqsuma bejn il-klabbs kollha li ħarrġu l-plejer bejn l-etajiet ta' 12 u 23 sena. Din tinqasam skont kemm il-sena tħarreġ magħhom, b'rati aktar għoljin għas-snin ta' wara għeluq is-16-il sena. Importanti li wieħed jinnota li din ma tapplikax biss għall- ewwel trasferiment tal-plejer wara li jitlaq, bħal kif inhu l-każ fi klawżoli li jitniżżlu f 'kuntratt ta' trasferiment. Dawn huma somom li klabb jibqa' jirċievi għal kull somma li titħallas għall- plejer sabiex jiċċaqlaq minn pajjiż għal pajjiż tul it-totalità tal-karriera tiegħu. Eżempju lokali ta' klabb li gawda minn dawn ir-regolamenti huma Floriana FC. Uħud li ilhom isegwu l-futbol lokali żgur mhux forsi jiakru lill-plejer Igor Coronado, li lagħab mal- klabb bejn is-sena 2012 u s-sena 2016, tul liem perjodu lagħab 63 logħba fejn skurja 32 gowl. Coronado, li twieled fl-1992, kien imħarreġ minn Floriana FC bejn l-etajiet ta' 20 u 23 sena. Kawża ta' dan, Floriana FC ħadu numru ta' pagamenti mit- trasferimenti ta' dan il-plejer. Fl-2018, huwa ġie trasferit minn Palermo fl-Italja għal ma' Sharjah FC fl-Emirati Għarab Magħquda, għal €6 miljun. Fl-2021, huwa ġie trasferit għal ma' Al-Ittihad fl-Arabja Sawdija, għal madwar €10 miljun. Minn dawn, Floriana għamlu profitti konsiderevoli. Jista' jagħti l-każ li t-tim mill- Għana qed jittama li l-plejers li ġew trasferiti ma' Sirens ikollhom trajettorja simili fil- karriera, u b'hekk ikunu jistgħu jigwadanjaw minn dawn ir- regolamenti. Apparti minn hekk, Sirens FC ukoll kapaċi jgawdu magħhom, hekk kif sitta mill- plejers għad m'għalqux it-23 sena, u b'hekk Sirens se jkunu qed jirċievu porzjoni mis- somom kollha futuri minn pajjiż għal ieħor ta' dawn il-plejers. Meta mistoqsija dwar jekk din kinitx konsiderazzjoni, Sirens FC ma xtaqux jikkummentaw. L-ILLUM tkellmet ma' sors mill-MFA dwar jekk dan ir- regolament għandux ikun parti ċentrali mill-mudell ekonomiku tal-klabbs Maltin. Huwa saħaq li, "il-Maltin għandna l-nirrikonoxxu ċ-ċokon tagħna. Madankollu, għandna napprezzaw ukoll li l-futbol Malti jagħti aċċess għall-bqijja tal-Ewropa. Ċertu klabbs Maltin ilhom snin b'dan il-mudell ekonomiku, u aktar klabbs għandhom jikkunsidraw dan." Huwa spjega kif anke timijiet akbar minn dawk Maltin jagħmlu dan. Fosthom issib ġganti bħal Ajax Amsterdam, li jagħmlu parti kbira mill-bejgħ ta' plejers li jkunu żviluppaw huma stess. Swieqi United ilhom snin jimxu fuq dan il-mudell. L-ILLUM tkellmet ma' Timothy Gingell, membru tal-Kumitat tal-klabb. Dan spjega kif il-klabb għandu ehim ma' klabb Niġerjan, fejn ta' kull sena jmorru jaraw l-aktar plejers promittenti, normalment bejn 18 u 21 sena, li jkun hemm magħhom. Minn dawn, dawk li jogħġbu lil Swieqi United jiġu ffirmati. Skont Gingell, Swieqi ma jħallsux flus għal dawn il-plejers. TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Ħarsa lejn għalfejn jista' jkun li tim li rebaħ il-Kampjonat tal-Gana biegħ disa' plejers lil Sirens FC, u kif Malta nistgħu nitgħallmu minnhom. Timmy Gingell minn Swieqi FC jispjega kif ilhom snin iħaddmu dan il-mudell. "il-Maltin għandna nirrikonoxxu ċ-ċokon tagħna, u aktar klabbs għandhom jikkunsidraw dan il-mudell." - sors mill-MFA Plejers ġodda ta' Sirens FC jaslu Malta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023