Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
10 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum opinjoni Owen Bonnici H eritage Malta se tibqa' tiakar dan is-sajf bħala wieħed li kompla jsaħħaħ ix-xejriet pożit- tivi li l-aġenzija esperjenzat fl-ew- wel sitt xhur tal-2023 u li qabb- duha rankatura mimlija ħeġġa u enerġija għall-bqija tas-sena. Iċ-ċifri pożittivi dwar il- konkorrenza tal-viżitaturi f 'siti u mużewijiet ta' Heritage Malta fl- ewwel nofs tal-2023 kienu jixhdu l-irkupru tal-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali mill-effetti tal- pandemija tal-Covid-19. Ċifri li wrew kif minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena daħlu 631,406 viżitaturi bi ħlas fis-siti u fil-mużewijiet ta' Heritage Malta. Dan ifisser żieda ta' 16,366 persuna fuq iċ-ċifra reġistrata fl-ewwel sitt xhur tas- sena 2019 – is-sena ta' qabel bdiet il-pandemija – li kienet 615,040. L-istess ċifri wrew ukoll li meta mqabbel mal-2019, kien hemm żieda fin-nefqa tal-viżitaturi, ras għal ras, inkluż fil-ħwienet li hemm fis-siti u fil-mużewijiet ta' Heritage Malta. Filwaqt li fl-ewwel sitt xhur tal-2019 in-nefqa medja ta' kull persuna kienet ta' €4.41, in-nefqa medja żdiedet għal €5.51 fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena. Id-dħul totali mill-biljetti u mix- xiri mill-ħwienet kien jammonta għal €3,443,275.05 fl-ewwel nofs tal-2019, liema ċifra żdiedet għal €3,504,741.71 minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena. Dan ifisser żieda ta' €61,466.66. Villa Portelli Din ix-xejra ottimista kompliet issostni ruħha bl-aħbar, fl-ewwel ġimgħa ta' Awwissu, li Villa Portelli ġiet fdata mill-Gvern f 'idejn Heritage Malta, wara li l-Kabinett approva t-trasferiment tat-titlu tagħha mill-Awtorità tal-Artijiet għal għand l-aġenzija nazzjonali għall-ħarsien u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali. Villa Portelli, li tinsab il-Kalkara, aktarx inbniet fi żmien il-ħakma Franċiża (1798 -1800) u kienet il- proprjetà ta' Agostino Portelli li fi żmien l-Ingliżi bena reputazzjoni bħala negozjant, kien membru fl- ewwel Kunsill tal-Gvern, u kien l-ewwel President u membru fundatur tal-Kamra tal-Kummerċ. Portelli kien ukoll jifforma parti mill-bord tad-diretturi tal-Bank Anglo-Maltese. Villa Portelli kienet isservih bħala post ta' mistrieħ matul is-sajf. Aktar tard, meta l-Kalkara kibret u l-komunità navali kienet fl-aqwa tagħha, Villa Portelli ġiet akkwistata mill-Ammiraljat. Matul is-snin serviet bħala r-residenza kemm tal-Malta Flag Officer kif ukoll tal-Kap Kmandant tal-flotta Ingliża fil-Mediterran. L-aħħar resident tagħha kien Rear Admiral O.N.A. Cecil, li għex f 'Villa Portelli sal-1979, is-sena li fiha l-qawwiet Ingliżi telqu minn Malta, u l-proprjetà mbagħad għaddiet f 'idejn il-Gvern Malti. Heritage Malta issa se terġa' tagħti l-ħajja lil Villa Portelli, billi tirrestawra l-binja u tagħmilha aċċessibbli għall-pubbliku. Permezz tar-realtà virtwali u teknoloġija immersiva oħra, il- villa se tkun attrezzata b'mod li toffri esperjenza multisensorjali li tinkludi tagħrif dwar l-effetti tat- tibdil fil-klima fuq il-wirt kulturali, it-tradizzjoni tal-bini tad-dgħajjes, aċċessibilità virtwali għas-siti ta' taħt il-baħar, u informazzjoni dwar il-Kalkara u r-residenza storika tal- Ammirall. Se jsir ukoll xogħol ta' tisbiħ fil- ġonna li jdawru l-villa biex dawn jibdew jitgawdew mill-komunità Kalkariża u l-pubbliku ġenerali. Il- ġonna, mifruxin fuq erba' tomniet, se jservu bħala spazju għal rilassament u edukazzjoni u fihom se jitħawlu pjanti indiġeni. Uħud mill-kmamar tal-villa se jinbidlu f 'uffiċini u spazji li se jintużaw mit-taqsimiet tal- edukazzjoni u ta' taħt il-baħar ta' Heritage Malta, kif ukoll mill- Kunsill Lokali tal-Kalkara. Meta l-proġett jitlesta, il- pubbliku se jkun jista' jgawdi l-villa b'mod li qatt ma kien possibbli qabel. Kif qal il-Prim Ministru Robert Abela meta żar Villa Portelli biex jara fiex waslu x-xogħlijiet, id-deċiżjoni li din il-villa tgħaddi f 'idejn Heritage Malta kienet importanti biex il-patrimonju ta' pajjiżna mhux biss jitħares iżda jitgawda mill-familji u joffri esperjenza edukattiva f 'ambjent sabiħ. L-ewwel Park Arkeoloġiku f 'Baħar Fond fid-dinja Dan is-sajf ġab miegħu wkoll l-aħbar sabiħa li lil hinn mix-Xlendi, Għawdex, ġie inawgurat l-ewwel Park Arkeoloġiku f 'Baħar Fond fid-dinja. Il-park, sponsorjat mill- Fondazzjoni tal-Ajruport ta' Malta, huwa l-frott ta' sforz kollaborattiv bejn it-Taqsima tal-Wirt Kulturali ta' Taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, l-Università ta' Malta, u l-Kunsill Lokali tal-Munxar. Dikjarat bħala Żona Arkeoloġika fil-Baħar fl-2020, dan il-park uniku jkopri medda rettangolari ta' siwi arkeoloġiku sinjifikanti, b'daqs ta' 67,000m². Jinsab bejn wieħed u ieħor 540 metru fil-Lbiċ ta' Ras il-Bajda u tat-torri storiku li kien jgħasses il-kosta fuq ix-xaqliba tax- Xlendi. Oġġetti tal-fuħħar li nstabu f 'bastiment Puniku li għereq fil-post fejn issa hemm il-park qed jiġu sebiti f 'dan it-torri li għadu kemm ġie restawrat. Il-fond tal-baħar fejn hemm il- park ivarja bejn 105 metri u 115-il metru. Hawnhekk qiegħ il-baħar hu karaterizzat minn ramel fin u sikek tal-qroll estinti. Madwar is-sikek wieħed jista' jara ġemgħat ta' oġġetti arkeoloġiċi, l-aktar anfori. Aktarx li hemm aktar fdalijiet arkeoloġiċi midfunin fir-ramel, meta wieħed iqis is-sediment li jinġarr kontinwament mill-wied tax-Xlendi kif ukoll il-preżenza ta' oġġetti midfunin parzjalment. Il-pubbliku ġenerali jista' jdur dawra mal-park virtwalment billi jidħol fis-sit www.underwatermalta. org, jew permezz tal-esperjenza Dive Into History 360 offruta minn Heritage Malta. Il-wirja fiżika fit- Torri tax-Xlendi tgħin ukoll biex wieħed jiem aħjar x'hemm fil- park. Kif qal fl-inawgurazzjoni tal-park il-Professur Timmy Gambin, li jmexxi t-Taqsima tal-Wirt Kulturali ta' Taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, fix-Xlendi ilha tintuża teknoloġija innovattiva ta' taħt il- baħar sa minn tmiem is-snin 50 tas-seklu l-ieħor. Dan il-park uniku hu xhieda tal-valur tal-fdalijiet arkeoloġiċi lil hinn mill-kosta tax- Xlendi, filwaqt li jagħmel il-wirt kulturali u l-prodott turistiku ta' Għawdex aktar għani. Permezz ta' sforzi kollaborattivi oħra fil-ġejjieni, u grazzi għall-appoġġ ġeneruż tal- Fondazzjoni tal-Ajruport ta' Malta, Għawdex se jkompli jiżviluppa bħala ċentru ta' eċċellenza fl-oqsma tal-arkeoloġija ta' taħt il-baħar u l-maniġġar tal-wirt kulturali. Is-sajf ikompli jsaħħaħ ix-xejriet pożittivi li rat Heritage Malta fl-ewwel nofs tas-sena Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali