Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħaq li grupp tal-"Mafia" fi ħdan il-Partit Laburista ħareġ bil-pjan tal-abbuż tal-benefiċċji ta' diżabbiltà sabiex jigwadanja l-voti, it qabel l-elezzjoni ġenerali, li kienu qed jipprovaw kull ma setgħu sabiex jibqgħu fil-poter. Waqt intervista fuq NetFM, qal li "dan l-iskandlu qed jikber bis-sigħat", u li "l-Prim Ministru Robert Abela qed jaffaċċja kriżi." Jinkiser ir-rekord ta' Sebastian Vettel fil-Formula 1 www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • NRU 881 MAKE THE MOST OF YOUR ME-TIME. WE WILL TAKE CARE OF THE REST. List your property with us and enjoy a stress-free letting experience. We will also cover your registration fee! T&C's Apply PAĠNA16 Abela jaħsibha jekk jagħmilx reshuffle Hemm stennija kbira hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela wera li qed jikkunsidra jagħmel bidliet fil-kabinett qabel il-ftuħ tal-Parlament. Nies qrib tiegħu qalu lill-gazzetta Illum li jrid jagħmel hekk biex jibgħat messaġġ li l-Gvern qed jisma' l-karba tan- nies. Abela kien baqa' xxukkjat bir-reazzjoni kbira kontra l-Gvern wara l-każ ta' Jean Paul Sofia, żagħżugħ li miet meta ġġarrfet fabbrika li kienet qed tinbena ġewwa Kordin. Abela kien ixxukkjat bir-reazzjoni tan-nies kontrih u wisq aktar in-nuqqas ta' appoġġ għad-deċiżjoni tiegħu li ma jgħajjatx inkjesta indipendenti apparti inkjesta maġisterjali. PAĠNA 6 Diriġent ewlieni Laburista jisħaq għal aktar awtonomija għall-Kunsilli Lokali MATTHEW FARRUGIA Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u membru ta' l-eżekuttiv Laburista, Mario Fava stqarr ma' din il-gazzetta li l-Kunsilli Lokali għandhom ikollhom aktar awtonomija f 'numru ta' oqsma differenti. Dan intqal fid-dawl ta' kritika minn diversi sindki u kunsilliera ta' kull lewn politiku, li qed jistqarru li l-Kunsilli Lokali m'għadx għandhom il-poteri li kellhom, u għalhekk hemm it li jistgħu jagħmlu dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-lokalitajiet tagħhom. U dan wara l-kriżijiet kbar li qed jaffaċċjaw bosta kunsilli. F'kummenti mal-ILLUM, Fava, li huwa wkoll kunsillier Laburista fi ħdan il-Kunsill Lokali tal- Fgura, tkellem dwar numru ta' kwistjonijiet kurrenti li jinvolvu l-Kunsilli Lokali, fosthom l-iskart u l-ġbir tiegħu. Hawn, Fava stqarr li d-deċiżjoni li l-iskeda ta' ġbir ta' skart ma tibqax f 'idejn il-Kunsilli Lokali kienet deċiżjoni diskussa anke mal-Kummissjoni Ewropea, u stqarr li l-Kunsilli Lokali xorta waħda għandhom sehem attiv f 'ċertu aspetti minn din ir- responsabbilità. Min-naħa l-oħra, huwa stqarr li rigward l-awtonomija tal-Kunsilli Lokali, "għadna lura," fejn fost l-oħrajn semma l-awtonomija finanzjarja u dik amministrattiva bħala punti li jistgħu jittejjbu. Fava ħa l-eżempju riċenti ta' l-aħbar li l-Kunsilli Lokali issa se jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar appartamenti li jkunu mikrija għal żmien qasir, biex jekk ikun hemm xi problemi b'rabta ma' skart li ma jkunx inħareġ kif suppost, il-Kunsill ikun jista' jieħu passi kontra dawk risponsabbli. Din ilha tintalab għal żmien twil mill-Kunsilli Lokali, fosthom mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, li kien tkellem ma' din il-gazzetta proprju fuq il-ħtieġa ta' din l-informazzjoni. "Mafia fil-Partit Laburista" – Grech Diriġent ewlieni Laburista jisħaq għal aktar awtonomija fil-Kunsilli Lokali PAĠNA 6 PAĠNA 6 Jinħatar Bord sabiex jeżamina l-allegat abbuż fl-iskemi tad-diżabiltà PAĠNA 3 L-eks Imħallef Antonio Mizzi