Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

Ix-xufier Max Verstappen kompla jnaqqax ismu fl- istorja hekk kif kiser ir-rekord ta' rebħiet konsekkuttivi ta' disa' rebħiet konsekuttivi li kien stabbilit minn Sebastian Vettel lura fl-2013. Dan wara li temm it-tellieqa ta' nhar il-Ħadd 3 ta' Settembru fl- ewwel post, wara battalja maż- żewġ Ferraris ġewwa Monza. B'hekk, in-numru ta' rebħiet konsekuttivi tal-Olandiż tela' għal 10, filwaqt li r-rebħiet konsekuttivi tat-tim Red Bull tela' għal 15. "Ma kontx nemmen li hi possibbli," qal Verstappen fi tmiem it-tellieqa. Verstappen beda t-tellieqa fit-tieni post, bejn iż-żewġ xufiera ta' Ferrari Carlos Sainz u Charles Leclerc. Kien fil-15- il dawra fejn Verstappen ħa vantaġġ minn żball ta' Sainz, hekk kif dan qabżu minn barra tal-Curva Grande, u żamm din il-pożizzjoni tul il-bqijja tat- tellieqa kollha. Fit-tieni post temm it-tellieqa ix-xufier l-ieħor ta' Red Bull Sergio Perez, li beda t-tellieqa fil-ħames post. B'hekk, din kienet is-sitt tellieqa tal-istaġun fejn iż-żewġ xufiera ta' Red Bull spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post. Fit-tielet u r-raba' post ġew iż-żewġ xufiera ta' Ferrari, Carlos Sainz u Charles Leclerc rispettivament, wara li dawn ħakkew ir-roti flimkien lejn l-aħħar terz tat-tellieqa. F i l - ħames u s-sitt post k l a s s i f i k a w i x - x u f i e r a ta' Mercedes G e o r g e R u s s e l l u Lewis f ' H a m i l t o n , m i n k e j j a li t-tnejn i n g ħ a t a w p e n a l i t a j i e t ta' ħames sekondi. Dan minħabba li Russell kiseb vantaġġ billi ħareġ mit-trakka, u Hamilton kellu t-tort f 'ħabta minuri ma' Oscar Piastri ta' McLaren. Alex Albon ta' Williams kompla fuq il-wirja eċċezzjonali li kellu fil-kwalifikazzjoni, li ratu jibda t-tellieqa fir-raba' post. Minkejja li tilef numru ta' postijiet, xorta waħda kiseb il- punti hekk kif spiċċa fis-seba' post. Lando Norris ta' McLaren, Fernando Alonso ta' Aston Martin u Valtteri Bottas ta' Alfa Romeo temmew il-lista ta' xufiera li kisbu l-punti. Liam Lawson kompla jimpressjona hekk kif irnexxielu jikseb it-12-il post, f 'dik li kienet it-tieni tellieqa tiegħu fil- Formula 1. Yuki Tsunoda kellu jirtira qabel il-bidu tal-ewwel dawra, hekk kif kien irrappurtat li għandu problemi fil-magna tal-karozza tiegħu, li kkawżat dewmien ta' madwar 20 minuta għall-bidu tal- avveniment. Esteban Ocon ukoll irtira lejn l-aħħar, hekk kif ilmenta dwar problemi tekniċi li waqqfuh milli jispiċċa t-tellieqa. 16 rokna sportiva Jinkiser ir-rekord ta' Sebastian Vettel fil-Formula 1; Atleta Malti jikser rekord darbtejn IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Inaqqxu isimhom fl-istorja Verstappen b'10 rebħiet konsekuttivi Atleti żgħażagħ mill- klabb Pembroke Athleta impressjonaw immens f 'waħda mill-iprem kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa, il- European Kids Athletics Games. Dan hekk kif kisbu tmien midalji: tlieta tad- deheb, tlieta tal-fidda u tnejn tal-bronż. L-atleta ta' 13-il sena Jacques Borg kellu prestazzjonijiet mill- aqwa hekk kif rebaħ tliet midalji individwali. Dawn kienu jinkludu midalja tad-deheb fil-150 metru, fejn lesta l-ġirja f 'ħin fenomenali ta' 17.84 sekondi, b'liema ħin naqqax ismu fir-rekords tal-kategorija ta' taħt l-14-il sena. Ta' min isemmi li kien diġa kiser ir- rekord hu stess, fil-ġirjiet ta' kwalifikazzjoni għall-finali. Hu kiseb ukoll il-fidda kemm fil-long jump kif ukoll fis-60 metru. Nick Bonett, t'14-il sena, kiseb il-fidda fit-300 metru, b'ħin ta' 37.08 sekondi, li kien l-aqwa ħin personali għalih. L-aħwa Kristina Azzopardi u Jamie Azzopardi, ta' 13 u 11- il sena rispettivament, kisbu l-bronż fil-kategoriji rispettivi tagħhom fis-60 metru. Iż-żewġ midalji tad-deheb l-oħra ġew fil-kategoriji tal-4x60 metru relay. Tim kompost minn Noah Mulholland, Carl Grech, Jake Borg Pullicino u Jacques Borg rebaħ il-kategorija tas- subien b'ħin ta; 30.79 sekondi. Dan filwaqt li tim compost minn Ella Borg Degiorgio, Elya Azzopardi, Emma Vassallo u Kristina Azzopardi rebħu l-kategorija tagħhom b'ħin ta' 31.71 sekondi. Id-delegazzjoni, li kellha waħda mill-iprem prestazzjonijiet minn tim ta' Atleti Maltin fl-istorja, kienet immexxija mill-kowċis Angie Spiteri u Luca Falzon, flimkien mal-Uffiċċjal tal-Klabb Alan Muscat. Tmien midalji għal atleti Maltin waqt kompetizzjoni Ewropea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023