Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
TKOMPLI MINN PAĠNA 1 "Kien il-Partit Laburista li ħoloq din is-sistema, sabiex jirbaħ il-voti permezz ta' frodi, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali," insista l-Kap tal-Oppożizzjoni. Saħaq li l-poplu ħaqqu elezzjoni ġusta. "Robert Abela lest li jagħmel minn kollox sabiex jibqa' fil-poter, anke li jagħti benefiċċji għall-gwadan ta' voti. Din hija mafia, klikka ta' kriminali li m'humiex lesti jirritornaw fl-Oppożizzjoni," kompla jgħid, filwaqt li appella lil Abela sabiex jerfa r-responsabbiltà. Żied ukoll li l-Gvern tilef kull kontroll fuq kull settur tal-pajjiż, fosthom dawk tas-saħħa u tal- iskart. Grech enfasizza li l-ġbir tal- iskart huwa "servizz bażiku ieħor fejn il-Gvern falla. Falla lill- Maltin u Għawdxin, lit-turisti, u lil kull min jinvesti fis-settur tat-turiżmu." Skont Grech, il-Partit Nazzjonalista huwa ffokat fuq in-nies, u l-bżonnijiet tagħhom, filwaqt li Abela jimportah biss minnu nniffsu. Segwentament, il-Gvern ħabbar il-ħatra ta' Bord indipendenti sabiex jeżamina l-allegat abbuż. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali David Agius stqarr li għalkemm dan kien neċċessarju, il-PN huwa xettiku fuq għalfejn il-Gvern stenna s'issa. "Jekk il-Gvern kien jaf b'dan l-iskandlu għal aktar minn sentejn, għalfejn il-Borg ġie maħtur issa? Il-ħatra saret għax issa l-każ qed jiġi skrutinizzat mill-pubbliku, u mhux għax ġenwinament jemmen fil-bżonn ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni minn Bord imparzjali." Agius temm billi żied li "l-Partit Nazzjonalista jemmen li dan il-Bord għandu jwieġeb lill-Parlament, u mhux lill- Gvern. Barra minn hekk, għandu jipproponi emendi legali sabiex dawk li verament għandhom bżonn il-benefiċċji, ma jispiċċawx jistaqsu għall- flus." 06 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Maratona ta' laqgħat biex ikun jaf x'qed jaħsbu n-nies TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Wara l-U turn tiegħu u d-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ inkjesta, Abela għamel maratona ta' laqgħat biex jiltaqa man-nies. Fil-laqgħat li kellu, ħafna drabi ta' aktar minn nofs siegħa, wera għadab għal min prova minn ġewwa l-partit jagħmillu bsaten fir-roti. Minn naħa kien ukoll miftuħ għal suġġerimenti dwar xi possibbiltà ta' ċaqliqa fil- membri tal-kabinett. Abela huwa konxju li m'għandux il-kabinett li kellu Joseph Muscat li serva ta' Prim Ministru sa Jannar 2020 u li kellu jirriżenja minn Prim Ministru wara li ġew żvelati l-konnessjonijiet li kellu Yorgen Fenech mal-kap tas-Segretarjat tiegħu Keith Schembri. Taħt Muscat, minkejja l-allegazzjonijiet u spekulazzjonijiet fuq bosta Ministri, il-kabinett kien mimli żwiemel b'enerġja kbira. Ħafna minnhom jew irriżenjaw jew ġew skartati mill-amministrazzjoni Abela. Illum Abela huwa affaċċjat b'sitwazzjoni fejn il-Ministri huma beżgħana li jieħdu azzjoni għax jemmnu li m'għandhomx il-poter li jaġixxu. Oħrajn m'għandhomx il-kompetenza meħtieġa. Hemm min jgħid li Abela huwa 'control freak' u jrid jikkontrolla kollox. Il-vera żwiemel fil-kabinett jibqgħu Clyde Caruana, Ian Borg u Chris Fearne. Fearne huwa ffukat fuq li jsir Kummissarju flok Helena Dalli, Ian Borg kuntent bix-xogħol tal-affarijiet barranin u Caruana f 'sitwazzjoni fejn ma jafx joqgħod lura meta jiġi mistoqsi x'jaħseb fuq il- Gvern tiegħu. Abela jaf li għandu problemi kbar fil-qasam tat-toroq, fil- kwistjoni tal-enerġija u skart, u kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet diffiċli. Jaf ukoll li m'hemmx l-istoffa ta' nies li kien hemm qabel. Min-naħa l-oħra jaf li mhux billi taqbad u tbiddel il-Ministri. Għax ma' kull bidla jkun hemm riperkussjonijiet elettorali. Jaf li dan hu żmien delikat, fejn l-avversarji politiċi tiegħu jridu jakkwistaw suċċessi fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Iżda jidher li Abela deteriminat li jibgħat il-messaġġ li kapaċi jiddeċiedi u fuq kollox kapaċi jaffaċċja d-deċiżjonijiet il-kbar. Clyde Caruana, Chris Fearne u Ian Borg ikkunsidrati bħala l-aħjar membri fil-kabinett ta' Abela Il-PN jgħid li Abela għandu jġorr ir-responsabbiltà TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Fava stqarr li bħala eżempju, il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu inkarigati mill- amministrazzjoni tal-Bereġ tas-Saħħa. Fuq dan il-punt, Fava nnota li l-Gvern għandu jaħseb fit-tul u b'koordinament bejn l-aġenziji relattivi u anke "sinerġija bejn il-Ministeri." Min-naħa l-oħra, l-ILLUM tkellmet ukoll dwar in- nuqqas ta' awtonomija għall- Kunsilli Lokali ma' Dr Mario omas Vassallo, lettur fi ħdan l-Università ta' Malta fejn jgħallem il-politika fost suġġetti oħra. Vassallo stqarr li huwa għandu twemmin b'saħħtu li l-Kunsilli Lokali huma "it-tarka tal- identità tal-lokalitajiet tagħna." Fost il-benefiċċji li l-Kunsilli Lokali joffru, innota kif hemm il-fatt li dawn huma ferm aktar viċin u aċċessibbli għan-nies, filwaqt li jimu l-ħtiġijiet tal- lokalità tagħhom ferm aħjar minn entitajiet governattivi ċentrali. Minkejja dan, Vassallo stqarr li 30 sena ilu meta twieldu l-Kunsilli Lokali, dawn twieldu u dejjem għexu ħajjithom "b'idejhom marbutin," iżda skontu, "mill-2013 'il quddiem komplew jittieħdu l-poteri tagħhom." Fil-fatt, innota li fl-aħħar Strateġija Nazzjonali għall- Gvernijiet Lokali li ġiet ippubblikata f 'Mejju li għadda mill-Gvern, il-kliem awtonomija, deċentralizzazzjoni u sussidjarjetà ma jissemmewx darba f 'dokument ta' erbgħin paġna. Hawn Vassallo semma numru ta' effetti negattivi ta' dan it- tnaqqis fl-awtonomija tal- Kunsilli Lokali. L-ewwel effett li l-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jaraw quddiem għajnejhom inqas minn sena oħra, hija d-diżinteress fl-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali, li flimkien mad-diżinteress mill-elettorat li kienet evidenti fl-aħħar elezzjoni ġenerali, tista' twassal għal ħafna inqas nies joħorġu jivvutaw. Dan id-diżinteress, skont Vassallo huwa loġiku, hekk kif meta wieħed jara li l-Kunsilli Lokali ma jistgħux jgħinu lir-residenti minħabba li m'għandhomx awtonomija fuq ċertu oqsma, wieħed ma jarax il-punt li joħroġ u jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu fil- lokalità. Min-naħa l-oħra, Vassallo stqarr li dan it-tnaqqis fil-votanti jista' jwassal għal nixfa fil-kandidati ta' kwalità għal dawn l-elezzjonijiet, u b'hekk il-partiti jkollhom uġigħ ta' ras meta ma jsibux nies biex joħorġu għal dawn l-elezzjonijiet. Fl-aħħar mill-aħħar, Vassallo sttqarr li mingħajr il-Kunsilli Lokali, il-kultura ta' kull lokalità tkun mhedda u tista' tiġi meqruda, u bl-istess mod ikunu f 'riskju li jinqerdu l-identitajiet tal-bliet u rħula Maltin u Għawdxin. "It-tmiem tal-Kunsilli Lokali hija tmiem għall-identità tal-bliet u rħula" - Mario Thomas Vassallo