Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum soluzzjoni għad-djun tal-klabbs tal-futbol li jissieħbu permezz tal-istess sistema li hemm fis-seħħ bħalissa, jiġifieri billi jħallsu l-miżata annwali. L-intenzjoni hija li dawn il-membri jeleġġu numru ta' membri fil- Kumitat tal-klabb. Dawn il-membri, huma dawk li jkollhom il-mansjoni li jieħdu ħsieb il-propjetà intellettwali tal-klabb, li tinkludi fost oħrajn logos, kits, innijiet u dawn ix-xorta t'affarijiet. Min-naħa l-oħra, Tip A se tkun komposta minn karatteristiċi pjuttost ġodda għall-futbol Malti. Din se tkun komposta minn persuna jew kumpanija li se japplikaw l-istess regoli għaliha bħallikieku kienet kumpanija kummerċjali. Meta din issir membru tat-Tip A, hi tkun qed tassorbi fiha d-djun tal-klabb, u tkun hi li tkun tista' tiġi mfittxija minn min ikun dovut dan il-ħlas. Minn hawn jiġu eletti bejn erba' u disa' membri fil-Kumitat. Min-naħa l-oħra, it-tip l-ieħor se tkun komposta minn karatteristiċi pjuttost ġodda għall-futbol Malti. Din se tkun komposta minn persuna jew kumpanija li se japplikaw l-istess regoli għaliha bħallikieku kienet kumpanija kummerċjali. Din il-klassi ta' sħubija ser ikollha l-maġġoranza ta' rappreżentanza fil-kumitat tat- tmexxija, iżda b'hekk għall-ewwel darba wieħed jista' jibda jitkellem dwar investiment kummerċjali fi klabbs b'għanijiet sportivi. Wieħed jistaqsi x'vantaġġ se jakkwista wieħed li jagħżel li jkun membru t-tieni tip ta' sħubija. Filwaqt li l-propjetaijiet jibqgħu tal-klabb, din it-tip ta' sħubija ser tagħti l-għodod neċessarji sabiex isir l-investimenti kummerċjali neċessarji, u dana mhux għad-detriment tal-parti sportiva, li ser tibqa' fiċ-ċentru tal- ħidma tal-klabb. Fl-isfond ta' dan, dan it-tip ta' membru ser ikun aktar motivat sabiex jagħmel investimenti fl-infrastruttura tal-klabb, li għalih jiġġenera profitt akbar, filwaqt li l-klabb igawdi minn faċilitajiet aqwa milli kellu qabel. Eżempju ta' dan it-tip ta' proġetti huwa l-proġett li hemm pjanat fil- binjiet ta' Santa Lucia FC. Skont permess li ddaħħal quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar ftit snin ilu, il-kompless kurrenti għandu jiġi żviluppat fi grawnd ġdid, parkeġġ taħt l-art, skola tal-futbol, dormitorji, kif ukoll pixxina fuq ġewwa.