Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

SHABAN BEN TAHER Il-Pyrostars huwa wieħed mill- ispettakli ewlenin li jsir f 'Malta, fejn tidħol il-piroteknika mużikali. Dan l-ispettakklu jittella' darba dis-sena, fl-ewwel Sibt ta' Lulju, mill- Għaqda Mużikali Sant'Andrija f 'Ħal Luqa. L-ILLUM tkellmet ma' Andrei Zammit, dilettant ta' 45 sena, li ilu jaħdem in-nar ma' din l-għaqda għal dawn l-aħħar 13-il sena. Hu spjega kif l-ewwel edizzjoni ta' Pyrostars saret lura fis-sena 2014, b'dik ta' din is-sena tkun id-disa' edizzjoni tal-ispettaklu. L-idea nibdet fejn f 'irħula oħra bdew isiru dawn l-ispettakli ta' nar tradizzjonali sinkronizzat mal-mużika. "Dan kien kunċett ġdid għal Malta. Konna mdorrijin b'murtali tradizzjonali, nar tal- art mekkaniżżat. Barra, bdiet din l-idea fejn ikollok nar sinkronizzat mal-mużika, li ġiet addottat f 'ċertu rħula Maltin. Minn hawnhekk, bosta rħula oħra tħajjru u bdew itellgħu spettakli simili," kompla jispjega. "Bdejna b'affarijiet żgħar u komplejna nkabbru." Żied ukoll kif hemm differenza artistika fuq kif jinħadem. F'dak tradizzjonali, wieħed għandu kanvas vojt fejn jista' jpitter l-arti tiegħu; il-kuluri, il-ħsejjes, id- dimensjoni – ħafna elementi li jibnu l-idea tal-artist. Minn naħa l-oħra, fejn jidħol in-nar sinkronizzat, tkun il-mużika li tifrixlek il-kanvas, fejn l-artist irid joħloq nar li bih jiżżewwqu l-elementi tal-mużika stess, skont ir-ritmu. Għal Zammit, il-mużika klassika hija l-aktar addattata għal dawn it-tip ta' spettakli. Madankollu, xorta waħda jiprovaw jinkorporaw tipi ta' mużika differenti, sabiex jappellaw lil kulħadd. Fis-sena 2017, sar wieħed mill-aktar spettakli ambizzjużi li għamel il-grupp. Dan meta l-ispettaklu inkluda struttura ta' 38 metru, b'ċirklu b'dijametru opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum L-ILLUM titkellem ma' persuna minn għaqda tan-nar li torganizza wieħed mill-iprem spettakli piromużikali annwali f'Malta, li jispjega x'inhi l- piroteknika mużikali, il-proċess wara l-kwinti, u l-imħabba lejn in-nar Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Pyrostars: kanzunetti b'kalejdoskopju Ritratt meħud waqt Pyrostars Revolutions tal-2017

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023