Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti b'kalejdoskopju ta' kuluri ta' 21 metru mqabbad miegħu, li serva bħala parti mill- pjattaforma minn fuq liema saret il-ħarqa ta' dik is-sena. Wara li tintgħażel il-mużika, isir site plan, li jiddettalja l-post minn fejn se jsir il-ħruq. Wara, jintuża soware speċjali, li bih tkun tista' tiddisinnja x-xow. Dakinhar tal-ħruq, kollox jitpoġġa skont kif ikun iddiżinjat bil-kompjeter, u dan jinħaraq permezz ta' sistema kompjuteriżżata. "Spettaklu bħal dan jirrikjedi ħafna ħin, prattikament is-sena kollha," stqarr Zammit. "Il-festa tagħna tiġi f 'Lulju. Aħna nimxu bix-xhur. Pereżempju, nimmiraw li sa Novembru jkun lest ix- xogħol tal-porvli. Sa Frar, ikunu lesti l-beraq. Trid tippjana skont iż-żmien, anke sabiex inti dejjem tnaqqas ir-riskju ta' inċidenti. Il-proċess huwa simili ta' dak ta' fabbrika, fejn hemm diversi stadji biex wieħed jasal mill- prekursuri għall-prodott finali." Stqarr ukoll li biex ittella' spettaklu ta' dan ix-xorti hemm bżonn ammont sostanzjali ta' fondi. "L-akbar sors ta' dħul huwa l-bejgħ ta' dawn l-ispettakli lil lokalitajiet oħra. Din il- ġimgħa stess kellna spettaklu ieħor ġewwa x-Xagħra Għawdex. Għalina hija responsabbiltà kbira, għalhiex dawn in-nies jinvestu ammont ta' flus fik, u jkun hemm kemm ir-reputazzjoni tal-kamra tan-nar tagħna, kif ukoll dik tal-lokalità li tospitana, li rridu nissalvagwardjaw." Tenna li, "Wieħed ma jistax jippreżenta prodott inferjuri. L-ewwel nett, inti trid tkun kburi biex xogħol tiegħek, u allura ma tippermettix lilek innifsek li ma tkunx viċin il-perfezzjoni kemm tista' f 'dak li tagħmel. It-tieni, f 'Malta hawn numru sostanzjali ta' kmamar tan-nar. Jekk il-prodott tiegħek ma jkunx fost l-aqwa, se ssibha diffiċli sabiex issib min lest li jħallas sabiex tmur tagħmel spettaklu fil-lokalità tiegħu. Minbarra l-prodott, is-servizz ovjament irid ikun ta' kwalità ukoll." Kieku mhux għad-dħul minn dawn l-ispettakli, ikollhom jiddependu aktar fuq donazzjonijiet mingħand in-nies, li għalkemm ikun hemm min lest biex jgħin sabiex iżomm it- tradizzjonijiet ta' pajjiżna ħajjin, m'huhiex mod sostennibbli ta' kif dan isir. Il-finanzi huma waħda mill- akbar diffikultajiet li jaffaċċjaw id-dilettanti tan-nar. Skont Zammit, "il-prekursuri għolew bejn 35 u 40% tul dawn l-aħħar xhur. Fost diversi fatturi, il- gwerra fl-Ukranja kellha impatt żgur." Hemm ukoll responsabbiltà kbira. "Il-persuna li jkun qed imexxi l-kamra tan-nar mhux biss irid jassigura li jkollhom il- permessi kollha neċċessarji, iżda huwa responsabbli wkoll għas- sigurtà ta' kull min ikun preżenti għall-ispettaklu." Stqarr li ġieli jkun hemm affarijiet li jmorru ħażin. "Pereżempju din is-sena, minħabba li kien hemm kemmxejn riħ, qabdu xi nirien f 'għelieqi fil-madwar. Dawn huwa affarijiet li jiġru, u għalkemm tieħu prekawzjonijiet, ma tistax tipprevenihom dejjem. Madankollu, importanti li inti tibqa' attent. Meta jinqala' xi ħaġa hekk, l-ispettaklu jieqaf għal it sakemm tissolva l-problema, u jitkompla wara." Dan apparti r-responsabbiltà ta' sena sħiħa taħdem f 'fabbrika fejn inti litteralment qed taħdmu b'splussiv. Pereżempju, sabiex innaqqsu r-riskji abbinati mad- delizzju, il-uwils u l-ossidanti, żewġ tipi ta' prekursuri li huma perikolużi meta jitħalltu flimkien, jinżammu f 'postijiet differenti fil-kamra tan-nar, sabiex ma jkunx hemm kontaminazzjoni." "Hemm element ukoll ta' maniġjar ta' persuni; għax inti tkun qed tmexxi tim ta' ħaddiema," spjega Zammit. Staqsejna lil Zammit x'jimmotivah jibqa' jaħdem in- nar, meta wieħed iqis il-perikli u d-diffikultajiet li jaffaċċjaw id- dilettanti. "Irid ikollok passjoni għalih," irrisponda. "Il-passjoni tiġi mill-fatt li meta tikber ġo każin, jew ġo ċertu kultura, mingħajr ma trid ikollok rabta. Aħna, bħala poplu Mediterran, kulħadd irid iħossu bħala parti minn xi ħaġa. Din narawha fil- politika u narawha fil-futbol." "Aħna, li trabbejna f 'ċertu rħula u f 'ċertu kultura, tħoss din ir-rabta mingħajr ma trid, li tkun trid tkun parti minn dak il-każin u tkun parteċipi fl-attivitajiet tiegħu. L-istess jiġi meta xi ħadd imur lejn l-armar u lejn il-banda. Fortunatament, din hija ħaġa li għada ħajja mhux ħażin f 'Malta." Provajna nitkixxfu it ukoll x'hemm fil-futur għal din il- kamra tan-nar. B'daħka, Zammit qal li l-pjan b'mod ġenerali huwa li jkomplu jagħmlu dawn it-tip ta' spettakli, filwaqt li jkomplu jesperimentaw b'ideat ġodda sabiex dejjem ikomplu jżidu mal-kwalità għolja li diġa qed joffru. Madankollu, il-ħolma personali tiegħu hija li jidħlu f 'kompetizzjoni barra minn xtutna, sabiex ikollhom l-unur jirrappreżentaw lill-pajjiż, kif ukoll iċ-ċans li forsi jiksbu wkoll unuri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023