Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b'esperjenza multisensorja fl-MFCC f'Ottubru li ġej Dwar #kotbakitbauaktar - Inlaqqgħukom mal-maskots tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) preżenta b'eċitament il-poster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal- 2023, li jesebixxi l-ispirtu multisenorjali tal-edizzjoni ta' din is-sena, fiċ-ċelebrazzjoni tal-kelma miktub. Dan l-vjaġġ qed ikun deskritt bħala wieħed 'l hinn minn #kotbakitbauaktar! Il-Festival se jkun mifrux fuq ħamest ijiem, u se jittella' bejn it-18 u l-20 t'Ottubru, fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f 'Ta' Qali. Għal darb'oħra l-Festival, se jkun il-punt ta' referenza ewlenija għall-kittieba, il-pubblikaturi, it- tradutturi, u l-illustraturi Maltin iżda, aktar minn hekk, għall- pubbliku ġenerali li għandu l-kotba u l-qari għal qalbu. Din iċ-ċelebrazzjoni unika se tkun qed iddomm mal-50 esebitur armati fuq 8,000 metru kwadru ta' spazju, li jinkludu pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba u NGOs. L-ispazju jinkludi wkoll inħawi apposta għall- attivitajiet, fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta' kotba u diskussjonijiet, u fl-istess ħin joffri biżżejjed spazju għal aċċessibiltà u parkeġġ bla inkwiet. Dan l-avveniment annwali kulħadd ikun fuq ix-xwiek sabiex jasal, mill-individwi sal-familji, u jitħejja dejjem mill-KNK bil- ħsieb ewlieni li titkattar l-industrija tal-kotba lokali u biex ebda qarrej ma jitħalla barra minnha. Il-poster, li huwa illustrat minn Moira Scicluna Zahra u ddisinjat minn Sarah Cachia Falzon, jippersonalizza b'mod lewwieni u viżiv il-miri mpoġġija għal dan l-avveniment. Il-maskots - li diġà laqqajniekom magħhom fil-mezzi soċjali tagħna - jinkludu lil Ray il-Qarrej, sajjied immaġinarju dejjem bi ktieb f 'idejh, lil Filip il-Kittieb, awtur mistur li jħobb jara l-kelma mibdula f 'teatru, lil Ċiċi l-Ispettatriċi, qattusa kurjuża li tagħżel x'ħin tara xow letterarju, u lil Mia s-Semmiegħa, ħabbieba tal-mużika li taqbad tiżfen mal- istejjer. Qarrejja tal- esperjenza, u dawk li l-kotba jikluhom, se jkunu ttrasportati minn dawn il-karattri sabiex jesploraw il- kapaċitajiet kreattivi li ssorr fiha l-letteratura, bis-saħħa ta' attivitajiet li fihom midja differenti. Hawnhekk qed nitkellmu dwar esebizzjonijiet, kunċerti, sessjonijiet ta' qari u eżekuzzjonijiet poetiċi - dawn kollha se ssibhom fil-Festival. Paripassu mal-ħsieb tal-KNK li jwassal il-letteratura b'mod diversifikat u fl-istess ħin iqawwi l-komunità kreattiva lokali, dawn l-erba' karattri se jkunu qed jidhru f 'animazzjoni mill- isbaħ maħluqa minn Kyle Xuereb Cunningham, filmat li kien ikkummissjonat mill-KNK wara sejħa miuħa, u għażla li saret b'kollaborazzjoni mal-Malta Community of Illustrators. U wara din l-introduzzjoni kemxejn entużjasta dwar il- maskots tagħba, il-KNK qed jistieden lill-pubbliku jibqa' jsegwi l-aġġornamenti tiegħu hekk kif il-Festival kulma jmur joqrob. Tant hu hekk, li daqt iħabbru l-programm tal- attivitajiet fit-12 ta' Settembru. Żomm ruħek aġġornat billi ssegwi s-sit tal-KNK u l-paġni tal-FB tiegħu u tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023