Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum SHABAN BEN TAHER l-ILLUM tkellmet mad- Dipartiment tas-Cyber Crime tal-Pulizija sabiex tiem eżatt kif jinsterqu l-profili, għalfejn, x'wieħed jista' jagħmel sabiex jipproteġi ruħu aħjar, kif ukoll x'diffikultajiet isibu l-Pulizija fl-investigazzjonijiet ta' każijiet bħal dawn. Il-Pulizija naqqset milli tirrispondi kemm hu t-total ta' każijiet bħal dawn, kif ukoll kemm mill-investigazzjonijiet relatati dawn ma' dawn it-tip ta' reati irnexxielha ssolvi Fost l-aktar minn dawn ta' profil għoli li seħħew tul l-aħħar xhur insibu il-paġna ta' Facebook tal-aħbarijiet Talk.mt, kif ukoll il-paġna ta' Facebook tal-Kummissjoni Maltija tal- Films. Din tal-aħħar ġibdet l-attenzjoni ta' bosta, hekk kif ħafna nnotaw kif ir-ritratt tal- profil inbidel f 'dak ta' tfajla żgħażugħa fl-10 ta' Lulja. Sa kważi xahrejn wara, dan għadu ma nbidilx, indikazzjoni li l-Kummissjoni għadha ma kisbitx lura l-aċċess. Però, l-aktar ironiku żgur mhux forsi jibqa' s-serq tal- profil tas-supretendent tad-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet dwar Reati F i n a n z j a r j i (FCID) tal- P u l i z i j a , S a n d r o Camilleri, hekk kif il-profil misruq tiegħu intuża sabiex jipprova jħeġġeġ lil persuni terzi sabiex jagħtu flushom lil min seraq il-profil, bil-lixka li dan ikun "investiment". Kelliem għall-Pulizija spjega kif hemm diversi modi ta' kif wieħed jista' jispiċċa vittma ta' serq ta' profil. L-aktar komuni minn dawn huwa meta profil awtentiku jkun misruq, imbagħad jintuża sabiex jikkomunika ma' terzi, filwaqt li jagħmilha tabirruħu li huwa filfatt sid il-profil, sabiex jikkonviċihom jagħmlu azzjoni li tagħti lill-impersonatur aċċess għall-profil tagħhom. Din hija effettiva minħabba li l-impersonatur ikun qed juża profil ta' persuna li l-vittma jkun javda, simili ta' x'ġara fil-każ ta' Camilleri. Tip ieħor komuni huwa meta jintbagħat messaġġ permezz tal- midja soċjali, tipikament b'xi tip ta' storja fittizzja b'ħolqa annessa magħha, li meta wieħed jagħfas fuqha tagħti aċċess għall-profil lil persuni terzi, spjegaw il-Pulizija. Meta wieħed jinsteraqlu l-profil, il-vittma huwa mħeġġeġ sabiex jipprova jerġa jirkuprah billi jsegwi l-proċeduri dedikati ta' dik il-pjattaforma, li normalment issir billi tintbagħtlu ittra elettronika fuq l-indirizz elettroniku li jkollu marbut mal- profil. Jista' wkoll jitlob għajnuna minn nies impjegati mill- pjattaforma stess, li xogħolhom huwa li jgħinu l-klijenti f 'dawn iċ-ċirkostanzi. Meta informazzjoni dwar dawn it-tip ta' każijiet tgħaddi lill-Pulizija, huwa jagħmlu sforz sabiex jipprovaw jestabilixxu l-identità ta' dak jew dawk li jkunu involuti fir-reat. Madankollu, din mhix ħaġa faċli għalihom, għax isibu numru ta' diffikultajiet. L-ewwelnett, ħafna drabi dawn ma j k u n u x nies li qiegħdin f 'Malta, iżda jkunu minn pajjiżi barranin. Barra minn hekk, il-kriminali dejjem qed jagħmluha aktar diffiċli sabiex il-Pulizija ssib traċċi tagħhom. Dan għax qed jużaw dawk li jissejħu virtual private networks, jew VPNs, li huma programmi ta' servizz li l-funzjoni tagħhom hi li jżidu is-sigurtà u l-anonimità fuq l-internet. Dan isir billi jinħeba l-indirizz tal-IP (IP address) tal- individwu, numru uniku għal kull min jaċċessa l-internet, li normalment jintuża biex tiġi stabbilita l-identità ta' min iwettaq dawn ir-reati. Barra minn hekk, ġieli l-kriminal jagħmel użu minn internet pubbliku, u b'hekk ikun anqas u anqas traċċabbli. M i l l - i n v e s t i g a z z j o n i j i e t tal-Pulizija, jidher li dawn ikunu qed jipprovaw jisiqu informazzjoni u data minħabba li dawn jistgħu jissarfu fi flus. Dan għalhiex jistgħu jintużaw għal rikatt, impersonazzjoni, kif ukoll jinbiegħu lil kriminali fuq id-dark web, sezzjoni tal- internet aċċessibbli biss permezz ta' programmi speċjali fejn l-operaturi tas-siti u dawk li jżuruhom ikunu kompletament anonimi u ma jkunux identifikabbli. Il-Pulizija temmew b'appell sabiex wieħed jaħseb sew qabel jagħfas fuq ħoloq, u fejn ikollu dubju jinjorahom. Sabiex ikun aktar protett, wieħed għandu jassigura l-profili u l-mezzi tagħhom b'passwords kumplessi. Barra minn hekk, qatt m'għandhom jiġu diskussi passwords, dettalji tal-bank, jew kull tip ta' data s e n s i t t i v a , fuq it-telefon jew f 'ittra elettronika. Is-serq tal-uċuħ fuq l-internet Il-Pulizija titkellem fuq is-serq ta' profili elettroniċi u tappella għal aktar kawtela meta wieħed jirċievi ħoloq suspettużi Il-profil ta' Facebook tal-Kummissjoni Maltija tal-Films Bord fuq l-allegat abbuż fl- iskema ta' diżabbilta' severa Il-Gvern ilbieraħ ħatar Bord indipendenti ta' tliet persuni, sabiex jiġi investigat l-allegat abbuż mill- iskema ta' diżabbiltà severa, li għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet fuq kif dan il-proċess jista' jitjieb. Fi stqarrija maħruġa s-Sibt 9 ta' Settembru, il-Gvern stqarr li għalkemm hemm fis-seħħ sistemi robusti kontra l-abbuż fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ħass il-bżonn li l-proċess tal- evalwazzjoni jiġi msaħħaħ. Il-Bord, maħtur mill-Ministru għall- Politika Soċjali Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu', se jkun immexxi mill-eks Imħallef Emeritus Antonio Mizzi, u jinkludi wkoll lil Anthony Scicluna u Raymond Muscat. L-eks Membru Parlamentari Laburist Silvio Grixti kien implikat f 'numru ta' każijiet fuq medda ta' snin, li jirregwardaw l-akwiżizzjoni bi frodi ta' benefiċċji marbuta mad-diżabbiltà, lil mijiet t'individwi li ma kienux entitolati għalihom verament. Allegatament, Grixti provda dokumenti mediċi foloz lil nies, spiss residenti f 'irħula fejn il-Partit Laburista għandu vantaġġ bħal Ħaż- Żabbar, iż-Żejtun u Raħal Ġdid, sabiex jgħinhom jiġu approvati għal benefiċċji minħabba diżabbiltajiet severi li fil-fatt ma kellhomx. Il-Gvern wiegħed ukoll li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord se jkunu ppubblikati. Silvio Grixti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023