Illum previous editions

ILLUM 17 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Din il-ġimgħa, se nagħti xi nformazzjoni dwar il-films tat- tfajjel Bomba: Bomba the Jungle Boy (1949) 70 min. Direttur Ford Beebe. Jaħdmu: Johnny Sheffield, Peggy Ann Garner, Smoki Whitfield, Onslow Stevens. L-ewwel film f 'din is-serje jurina lill-wieħed fotografu, Harland u lil bintu, Patricia jiltaqgħu mat-tifel selvaġġ tal-ġungla. Meta Patricia tintilef, Bomba jmur ifittixha u fil-vjaġġ joħduha ma' annimali selvaġġi feroċi, nirien kbar u flaġell ta' ġurati. Bomba On Panther Island (1949) 76 min. Direttur Ford Beebe. Jidhru Johnny Sheffield, Allene Roberts, Lita Baron, Smoki Whitfield. Bomba jikkumbatti ma' pantera sewda u ma' xi nies superstizzjużi tal- post f 'dan ix-xogħol maħdum ta' kaaf. e Lost Volcano (1950) 67 min. Direttur Ford Beebe. Atturi Johnny Sheffield, Donald Woods, Marjorie Lord, John Ridgeby. Din id-darba it-tifel tal-ġungla, Bomba jiġġieled ma' gwidi Afrikani b'rgħiba għal teżor moħbi. e Hidden City (a.k.a. Bomba And e Hidden City) (1950) 71 min. Direttur Ford Beebe. Jaħdmu Johnny Sheffield, Sue England, Paul Guilfoyle, Smoki Whitfield. Bomba, t-tfajjel li jgħix fil-bosk jgħin lil waħda orfni (England) li fir-realta' hi prinċipessa, terġa' tikseb lura t-tron tat-tribu tagħha li ġie misruq mill-kattiv u malinn Hassan. Bomba And e Elephant Stampede (a.k.a. e Elephant Stampede) (1951) 71 min. Direttur Ford Beebe. L-atturi huma Johnny Sheffield, Donna Martell, Edith Evanson, Martin Wilkins. L-eroj żagħżugħ tal- ġungla din id-darba jikkumbatti ċorma ħallelin li qegħdin joqtlu lill-iljunfanti biex jakkwistaw l-avorju. Wieħed mill-aħjar ta' din is-serje u anki favur l-ambjent. African Treasure (1952) 72 min. Direttur Ford Beebe. Jidhru Johnny Sheffield, Laurette Luez, Lyle Talbot, Robert "Smoki" Whitfield. Bomba jeħodha kontra xi kuntrabandisti tad- djamanti li qed jippożaw ta' ġeoloġisti. Avventuri fil-ġungla skond il-formola ta' din is-serje. Bomba And e Jungle Girl (1952) 70 min. Direttur Ford Beebe. Il-kast jinkludi Johnny Sheffield, Karen Sharpe, Walter Sande. L-eroj tagħna jiltaqa' mat- tifla tal-ġungla (Sharpe) u ma' Kimba, x-xadina tal-post fuq vjaġġ biex jitkixxef min huma l-veru ġenituri tiegħu. Safari Drums (1953) 71 min. Direttur Ford Beebe. L-atturi prinċipali huma Johnny Sheffield, Douglas Kennedy, Barbara Bestar, Smoki Whitfield. Din id- darba Bomba jlaqqa' l-annimali ħbieb tiegħu biex jaqbad gwida qattiel. Xogħol ta' baġit verament żgħir li ma fih xejn oriġinali. e Golden Idol (1954) 71 min. Direttur Ford Beebe. Jidhru Johnny Sheffield, Anne Kimbell, Paul Guilfoyle, Smoki Whitfield. Bis-saħħa ta' xi tnabar (taparsi jitkellmu), Bomba jirnexxilu jiskopri statwa tad-deheb tat- tribu Watusi li tiswa ħafna flus misruqa mill-ħażin kap tal-Arab, Ali Ben Mamoud. Killer Leopard (1954) 70min. Diretturi Ford Beebe u Edward Morley Jr. L-atturi huma Johnny Sheffield, Beverly Garland, Barry Bernard, Smoki Whitfield. Bomba jiggwida attriċi ġdida ta' Hollywood qalb is-siġar folti tal-ġungla biex tfittex lil żewġha mitluf. Sorpriżament, film b'żewġ diretturi. Lord Of e Jungle (1955) 69 min. Direttur Ford Beebe. Il- kast jinkludi Johnny Sheffield, Wayne Morris, Nancy Hale, Paul Picerni, Smoki Whitfield. Din id- darba x-xogħol ta' Bomba jkun li jneħħi ljunfant feroċi biex isalva lill-merħla milli jinqatlu. L-aħħar produzzjoni minn din is-serje mhux tant sodisfaċenti. Wara dawn il-films, Johnny Sheffield irtira. Hu twieled fil- 11 ta' April 1931 bl-isem ta' John Matthew Sheffield Cassan f 'Pasadena, California u miet fil- 15 ta' Ottubru 2010 f 'Chula Vista, California fil-għomor ta' 79 sena. Iżżewweġ fil-1959 lil Patricia u kellhom 3 ibniet. Carmel Bonnici Bomba: The Jungle Boy SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mit-Tramuntana għall- Majjistral lokalment forza 3 L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 2 jew 3 għall-ewwel li jsir forza 3 għal 4. 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 September 2023