Illum previous editions

ILLUM 17 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum 'Hemm bżonn aktar trasparenza mill-Gvern' – Joseph Farrugia B'rabta mad-dikjarazzjonijiet tal-Ministru Caruana, l-ILLUM tkellmet ma' Joseph Farrugia, li laqa' l-impenn sabiex il-Gvern xorta waħda jibqa' jinjetta l-flus fl-ekonomija. "Budget espansiv f 'dawn iċ-ċirkostanzi hija xi ħaġa tajba," stqarr Farrugia filwaqt li enfasizza li dan ma jfissirx li l-Gvern għandu jonfoq bl-addoċċ. Huwa nnota kif, "Huwa essenzjali li l-Gvern jara fejn jista' jnaqqas l-ispiża wkoll," b'mod speċjali meta wieħed jara n-numru ta' skandli li kellu l-Gvern b'rabta mal-infiq tiegħu. Farrugia semma l-iskandlu tal- frodi tal-benefiċċji soċjali bħala wieħed mill-abbużi, kif ukoll l-iskandlu tal-konċessjoni tal- isptarijiet, li raw miljuni kbar ta' flus tal-poplu moħlija li setgħu jintużaw minflok jiġu moħlija. Farrugia spjega wkoll li l-Gvern għandu jnaqqas in-nefqa tiegħu permezz ta' skemi aktar immirati lejn dawk li verament għandhom bżonnhom. "Ma tagħmilx sens li tqassam ċekk ta' €100 lil kulħadd," qal Farrugia. Huwa nnota li minflok ma l-Gvern jibgħat iċ- ċekkijiet lil kulħadd, anke dawk li għandhom dħul tajjeb, ikun aktar għaqli li jintbagħtu ċekkijiet lil dawk in-nies li għandhom bżonnu l-aktar. Id-Direttur Ġenerali tal-MEA saħaq ukoll fuq l-importanza tat-trasparenza min-naħa tal- Gvern b'rabta man-nefqa tiegħu. "Għalfejn biex inkunu nafu ċerti spejjeż għandna bżonn nagħmlu talba għal 'Freedom of Information'?" Dan l-appell għat-trasparenza mill-Gvern ġie fl-istess ġimgħa fejn il-Kummissarju għall-Films, Johann Grech irrikorra għall- Qorti Ċivili biex jiċħad talba ta' 'Freedom of Information' b'rabta man-nefqa tal-Kummissjoni tal- Films biex l-attur David Walliams jipparteċipa fil-Malta Film Awards tas-sena l-oħra. Sal-lum il-ġurnata, il-pubbliku għadu ma jafx kif intnefqu l-€1.3 miljun għal dan l-avveniment. Joseph Farrugia kompla jgħid lil din il-gazzetta li min-naħa tagħha, l-MEA kellha numru ta' proposti għall-Budget 2024, fejn waħda minnhom kienet sabiex tassigura riżorsa umana li ma tiddependix fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema. Dan jista' jsir, skont l-MEA anke permezz ta' inċentivi għall-pensjonanti biex ikomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar. Farrugia aċċenna li dan ma jfissirx li togħla l-età tal-irtirar jew li kull pensjonant ikollu joħroġ jaħdem, iżda li pensjonanti li jixtiequ jkomplu jaħdmu jkunu jistgħu jagħmlu dan b'mod aktar faċli. Mod ieħor li l-MEA qed tipproponi sabiex tnaqqas id- dipendenza fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema hija permezz tat- tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-Gvern. L-ammont esaġerat ta' persuni li jaħdmu mal-Gvern, u saħansitra jitħallsu pagi tajbin għal it xogħol, kien innutat ukoll mill- Isqof Għawdxi it ġimgħat ilu. L-Isqof Anton Teuma tkellem fuq ħaddiema f 'Għawdex li jitħallsu għal xogħol li ma jagħmlux, hekk kif imorru għax-xogħol mal- Gvern għal it sigħat, iżda jitilqu biex jagħmlu xogħol ieħor. Tkompli minn paġna 1 Joseph Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 September 2023