Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum It-triqat twal immensi ta' tarmac li ma jispiċċa qatt, li jwasslu għall- futur, fil-pjanuri vasti tal-Istati Uniti, xi raġel jew tnejn b'wiċċ mimli leħja fi trakk, rota, mutur jew karozza antika, l-Pulizija lebsin ġakketta sewda għassa għal dawk li jsuqu b'mod esaġerat flimkien ma' dawk li jitolbu xi rikba, bl-istazzjonijiet tal-petrol jew xi ristorant/kafeterija fil- qalba tad-deżert u bid-dwal fis- subborgi ta xi belt imbegħda. Dawn huma l-immaġini realistiċi li taw ħajja lill-films imsejħa "road movies", speċjalment dawk tas-snin sittin u sebgħin. Dawn il-produzzjonijiet għall- apert jinqdew bl-idea li jużaw il-vjaġġ bħala raġuni valida kif tirrakkonta storja. Kważi kull film narrattiv jew mhux jista' jiġi nterpretat bħala vjaġġ u l-frażi "road movie", użata għall-ewwel darba lejn l-aħħar tas-snin sittin mhijiex xi waħda nnovattiva jew oriġinali. Xogħlijiet ta' dan il-ġeneru bdew jidhru anki fl-epoka klassika tal-films, imma din it-termini ġiet iċċirkolata biex tiddeskrivi grupp ta' films ġodda Amerikani tal-aħħar tas- snin sittin u tal-bidu tad-diċennju tas-sebgħinijiet – l-epoka vera tar-"road movies", li verament fihom l-andament u l-azzjoni jseħħu matul it-triq. Wara s-snin ġenwini ta' dan il-ġeneru, dawn il-produzzjonijiet svijaw f 'direzzjonijiet varji u differenti. Il-vjaġġ ta' matul it-triq huwa ġeneru essenzjali uniku taċ-ċinema Amerikan li jiddrammatizza affaxxinazzjoni maċ-ċaqlieq minn post għall-ieħor, twil kemm hu twil. Din it-tema ta' esplorazzjoni tfakkar mill-ġdid u anki tbiddel il-vjaġġ litterarju narrattiv klassiku li taħtu tieħu ispirazzjoni mill- "Odissea" u anki "e Iliad" (żewġ poemi storiċi u twal tal-mitoloġija Griega) ta" Homer li għex fit-8 seklu Qabel Kristu, mill-ġiri tal- profeti Bibbliċi u mill-vjaġġi epiċi ta' Miguel de Cervantes (1547- 1616), speċjalment mix-xogħol rinomat tiegħu Don Quixote. Influwenzi litterari aktar moderni u diretti ġew mill-awtur John Steinbeck u Jack Kerouac. Dawn ix-xogħlijiet juru karattri f 'ċaqlieq kontinwu minn post għall-ieħor li jaqsmu fruntieri ġeografiċi, imma wkoll ġieli jikkalpestaw etiċi morali. It-terminu "road movie" huwa wieħed li jinkorpora diversi stili u direzzjonijiet minn films sostanzjali ta' Hollywood sa oħrajn indipendenti ta' baġits żgħir, dawk esperimentali, dokumentatji, oħrajn ta' xeħta gay jew femminili u dawk normali li nsibuhom jintwerew fis-swali tat- talkies. Il-preferenza qegħda bejn karozzi u muturi fiċ-ċentru tal- azzjioni, għalkemm issib vjaġġi bil-ferrovija, bix-xarabank u ġieli wkoll bil-mixi. Il-karattri hawn jistgħu jieħdu l-vjaġġ bil-lajma jew jgħaddu sparati bil-karozza/mutur bil-Pulizija isegwuhom. Ir-"road movie" jikklassifika f 'kull ġeneru ta' film, bħal xi kummiedja, xi dramm jew wieħed romantiku jew tal-biża' u anki dwar qattiela gwappi (serial killers). Fatturi spissi ta' dawn il-produzzjonijiet jinkludu muntaġġ dinamiku li jnissel f 'dak li jkun sens ta' ewforja li tara għaddej quddiemek b'ħeffa sfrenata l-pajsaġġ mimli veduti sbieħ mit-twieqi kollha tal-vettura, speċjalment mill-"windscreen" flimkien mal-mużika "rock" jew "country" jakkumpanjawk. Ta' min isemmi li kien waqt id- Dipressjoni Amerikana li ċerti films klassiċi żviluppaw elementi tar-"road movie" modern. Fost dawn insibu films bikrin tal- gangsters b'sekwenzi drammatiċi ta' sewqan esaġerat biex jaħarbu mill-liġi, oħrajn dwar il-"hobos", dawk li jirkbu fuq xi ferrovija baxx baxx biex ma jħallsux, ġeneralment ma jkollhomx flus, u jekk jinqabdu aktarx li jintefgħu 'l barra b'sabta, fosthom Wild Boys Of e Road (1933), u oħrajn notevoli bħal I Am A Fugitive From A Chain Gang (1932), e Grapes Of Wrath (1940) u kummiedji sfrenati bħal It Happened One Night (1934) li jispiċċa bħala xogħol romantiku, kif ukoll Twentieth Century (1934) u l-klassiku Sullivan's Travels (1942). Carmel Bonnici "Road movies" - fenominu ċinematografiku Amerikan! SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mit-Tramuntana għall- Majjistral lokalment forza 3 L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 2 jew 3 għall-ewwel li jsir forza 3 għal 4. 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Fuq: Easyrider Lemin: Thelma and Louise

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023