Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Bader Zina fuq il-kunflitt bejn Iżra el u l-Ħamas www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • NRU 888 DAK LI MA QALULEKX CLINT AZZOPARDI FLORES tal-awtur Darren Agius JISTA' JINXTARA LLUM ILĦADD 22 TA' OTTUBRU WAQT ILFESTA NAZZJONALI TALKTIEB FLMFCC, TA' QALI, ONLINE MILPAĠNA TALFACEBOOK TIEGĦI JEW CEMPLU 99318688 P U B L I C A T I O N S A N D M O R E PAĠNA 5 Trikki trakki bejn il-Partit Laburista u Cyrus Engerer Il-karriera politika ta' Cyrus Engerer, id-Deputat Laburista elett fil-Parlament Ewropew, għaddejja minn daqsxejn maltemp hekk kif l-affarijiet ma jidhrux tant sbieħ bejn il-Partit Laburista u d-deputat progressiv. Engerer, li ilu jitkellem anke fil-miuħ fuq il-korruzzjoni u l-affarijiet li kienu qed idejquh, għażel li jitkellem ċar dwar kif jaħsibha. Imma l-aktar mossa li dejqet bil-kbir lill-PL kien is- sehem tiegħu f 'seminar dwar is-saltna tad-dritt organizzat mill-grupp Repubblika mmexxi minn Robert Aquilina. Il-grupp Repubblika huwa kritiku aħrax tal-PL u tal-Prim Ministru Robert Abela. Ġranet qabel, anke fuq il- programm Xtra, Engerer tkellem fil-mifuħ dwar il-korruzzjoni u b'mod dirett attakka l-Gvern tiegħu stess. L-eks kunsillier Nazzjonalista li kien telaq mill- PN u ssieħeb mal-PL kien il- mimmi ta' għajnejn l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u kien ikkunsidrat bħala referenza progressiva fil-PL. PAĠNA 4 Wara s-sondaġġ tal-MaltaToday u tal-Independent li kienu qed juru vantaġġ żgħir lill-PN u numru mdaqqas ta' votanti Laburisti li mhux ser jivvutaw, it- Torċa ser tippubblika sondaġġ li juri li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada, il-Partit Laburista jirbaħha b'distakk ta' 8.4% fuq il- Partit Nazzjonalista. Dan xorta waħda jirrappreżenta tnaqqis kbir mid-distakk fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Analisti qalu lil din il- gazzetta li s-sondaġġ tat-Torċa mhux differenti tant mis-sondaġġ tal-MaltaToday u xorta hija inkwetanti tara eluf ta' Laburisti ma jridux jivvutaw. Rigward in-numru ta' votanti li se jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, l-istħarrig tal-MaltaToday u dak ta' Marmarà jaqblu. L-istatistiku Vince Marmarà, li għamel dan is-sondaġġ u li huwa wkoll membru tal-Partit Laburista, jikteb fir-rapport: "Bit- turnout kif qiegħed bħalissa, meta għadna iktar minn tliet snin bogħod minn elezzjoni ġenerali, dan ikun differenza ta' 20,478 vot għall-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista." Marmarà jikteb imma mhux bi prominenza li ma' 69% biss ta' Laburisti qed jgħidu li ser jivvutaw, anzi l-MaltaToday qalet li 71% tal-Laburisti ser jivvutaw biss. Marmarà jkompli: "Id-distakk bejn il-mexxejja poltiċi mbagħad ilaħħaq it-18.2% hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela qed igawdi fiduċja qawwija u ferm ogħla minn dik fuq Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni." Il-MaltaToday jikkonferma dan fis-sondaġġ b'distakk ta' 19.8%. Ikompli fir-rapport tiegħu: "Meta r-riżultat ta' dan l-isħarriġ jitqabbel mar-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali tas-sena li għaddiet, wieħed jinnota tnaqqis ta' 3.6% għall-Partit Laburista, żieda ta' 1.4% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta' 2.1% għall- partiti oħrajn." L-istħarriġ ta' Marmarà, li huwa statistiku u riċerkatur, sar bejn it-13 u l-20 t'Ottubru, it ġranet wara s-sondaġġ tal-MaltaToday. U wara li l-Partit Laburista wera ma' Marmara li kien konċernat bil- kbir bis-sondaġġi taż-żewġ gazzetti indipendenti bl-Ingliż li wara kollox qed juru l-istess eżitu. It-Torċa bi stħarriġ li juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta' 8.4% Fiduċja: Is-sondaġġ tat-Torċa juri li il-Prim Ministru Robert Abela (lemin) għandu distakk ta' 18.2% fuq Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni (xellug). Xejn differenti mis-sondaġġ tal-MaltaToday. Cyrus Engerer (xellug) mal-Prim Ministru Robert Abela Alex Borg, id-deputat Għawdxi Nazzjonalista li tela' sparat fl-aħħar elezzjoni, kien qed jiltaqa' informalment ma' deputati Nazzjonalisti biex ikellimhom fuq x'jaħsbu jekk għandux ikun Viċi Kap tal-PN. Tant dar nies li fl-aħħar Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, iddeċieda biex jibgħat għalih u jkellmu. Borg qed jinnega li għandu interess biex ikun Viċi Kap minflok Alex Periċi Calascione. Borg qed jissemma u qed jingħata appoġġ minn nies li jridu lil Roberta Metsola bis-saħħa bħala kap ġdid. Iżda nies ġol-PN qed jgħidu li Borg huwa nej u superfiċjali fl- argumenti politiċi u għad fadallu biex ikun eleġibbli għal post bħal dan. Borg jistad għall-post ta' Viċi Kap

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023