Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, L-OROSKOPJU MWASSAL MILL-ASTROLOĠISTA PAULJON Bidu ta' tmien Żodjaku dak ta' Scorpio IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum Il-kalendarju żodjaku 2023-24 ser ikun qed iwassalna lejn tmien żodjaku dak ta' Scorpio fejn kull bidu ta' kull żodjaku inkunu nesperjenzaw ċertu ċaqliq kif ukoll ċertu tibdil b'mod speċjali issa li resqin lejn l-aħħar erba' żodjaki dawk ta' Sagittarius, Capricorn , Aquarius u Pisces. Żgur f 'dawn l-aħħar żodjaki rridu naraw li l-miri ppjanijiet jew proġetti li ppjanajna nilħquhom kollha. Għalkemm ħafna jaħsbu li l-kalendarju żodjaku jibda miż-żodjaku ta' Aquarius peress li dan ikun fix-xahar ta' Jannar dan mhux il-fatt għax bejn il-kalendarju żodjaku għal kalendarju tax-xhur hemm differenza kbira u tajjeb li int tagħraf li l-bidu ta' kull kalendarju żodjaku jibda miż- żodjaku Aries fil-21ta' Marzu u jintemm maż- żodjaku ta' Pisces. It-Tnejn 23 ta' Ottubru b'hekk ser inkunu qed nesperjenzaw il-bidu ta' dan it-tmien żodjaku ta' Scorpio , żodjaku meqjus minn ħafna bħala żodjaku li trid tagħraf taddatta lilek aktar , trid tkun iffokat ferm aktar , trid tagħraf togħod attent min ċertu żbalji, għax żbalji waqt dan it-tmien żodjaku jafu joħolqu ċertu konsegwenzi li ma tantx ikunu faċli tirkupra minnhom. Għalhekk huwa meħtieġ li int tkun iffokat aktar mis-soltu kemm f 'dak li int tixtieq twettaq kif ukoll għal dak li jkun hemm riesaq lejk. Scorpio jippreżenta is-simbolu tal-iskorpjun fejn ( hawnhekk hemm dik l-espressjon fejn jekk l-iskorpjuni ma jaslux b'rashom kapaċi jaslu b'denbhom ! ) waqt li wkoll hemm il-frażi ta' ras iebsa f 'dan iż-żodjaku kif ukoll ma tantx jaħlu ħin meta jkun hemm ħtieġa ta' xi deċiżjoni jew direzzjoni għax iż-żodjaku ta' Scorpio jkun irid iwettaq immedjatament id-deċiżjonjiet meħtieġa li jkunu qed iduru miegħu. Dan iż-żodjaku ta' Scorpio jagħmel parti mill- element tal-ilma fejn flimkien ma' żewġ żodjaki ta' Pisces u dak ta' Cancer jifforma trio ferm pożittiv , trio li kapaċi joħloq tbissima , kapaċi joffru ideat ferm interessanti , kif ukoll prospetti dwar tkabbir fil-karriera jew proġetti iżda fuq kollox huma persuni li kapaċi joffrulek kumpanija rispettata u wisq aktar li tagħmlek tħossok aktar sigur f 'dak kollu li ikun qed iseħħ fil-ħajja ta' madwarek. NOTA Importanti : għal dan it-tmien żodjaku ta' Scorpio hi li għal dawn l-aħħar erba' snin hemm il-fenomenu idur mal-astroloġisti li l-kalendarju żodjaku jista' jinbidel, li minn tnax-il żodjaku isir tlettax-il żodjaku. Jekk iseħħ dan, dejjem tintuża il-kelma JEKK ! il-kalendarju żodjaku jibdel kompletament il-format tiegħu minn dak kif inhuwa ffurmat fil-preżent. Sfortunatament iż-żodjaku ta' Scorpio l-aktar li ser ikun milqut minn din is-sitwazzjoni! Dan għaliex minn żodjaku kif inhu normali dak ta' erba' ġimgħat kif inhuwa ffurmat fil-preżent dan jista' jinbidel u żodjaku ta' Scorpio ikun imqassam fuq perjodu ta' għaxart ijiem biss ! Dan sabiex jidħol iż-żodjaku ġdid 'OPHIUCHUS' li l-probbabiltà hi li jidħol bejn it-tletin ta' Novembru u t-tmintax ta' Diċembru ! Ovvjament dan ser iġib bosta tibdil anke lil uħud miż-żodjaki l-oħra però l-aktar li ser ikun effetwat huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Dwar dan is-suġġett żgur li se nkun qed inwassal aktar informazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin ! Dan dejjem jekk ikun hemm qbil bejn l-astroloġisti kollha li dan sa issa ma jidhirx għax waqtli l-astrolġisti tal- Amerika u l-Asja jaqblu dawk tal-kontinent tal- Ewropa ma jaqblux għalhekk inkompli nara kif din is- sitwazzjoni tkompli tiżviluppa fix-xhur li ġejjin. Dwar il-Qmura , nies famuzi li jiċċelebraw żmienhom waqt dan it-tmien żodjaku ta' Scorpio u aktar informazzjoni kombinata ma' dan iż- żodjaku inkun qed inwassalha fil-fażi ta' dawn l-erba' ġimgħat li ġejjin. Għal aktar informazzjoni bażika tista' ssibha fl- aħħar pubblikazzjoni tiegħi, "L-Oroskopju minn PaulJon" jew żur il-paġna PaulJon13 jew ibgħat SMS fuq 79495804/99013600 jew tista' wkoll iż- żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023