Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA FUQ IL-LEĠIŻLAZZJONI DWAR IL-GROOMING TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI, IL-PET SITTING, IL-PET BOARDING U T-TNISSIL TAL-KLIEB, HIJA MIFTUĦA. Id- Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali li jinsab fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali jixtieq jistiednek tissottometti billi taghti l-kontribut tiegħek fuq din l-leġiżlazzjoni. Id-dokument ta' informazzjoni fuq din il-leġiżlazzjoni jinsab fuq is-sit onlajn publicconsultation.gov.mt jew fuq dan il-kodiċi QR t'hawn taħt: Il-kontribuzzjoni tiegħek fuq din il-leġiżlazzjoni tista' tiġi sottomessa onlajn fuq publicconsultation.gov.mt jew inkella billi tibgħat email fuq ahwdconsultations.mafa@gov.mt sa mhux iktar tard mis-6 ta' Novembru 2023 (nofsinhar). Spezzjonijiet għal għarrieda minn Transport Malta jwasslu għall-arresti LUIGI SGHENDO Transport Malta għaddejja bil-ħidma ta' infurzar b'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet tal-infurzar oħrajn sabiex tkompli tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa. Aktar kmieni din il-ġimgħa saru numru ta' spezzjonijiet fosthom fis-Central link u fil-Marsa Ħamrun Bypass fejn inqabdu numru ta' sewwieqa li ma kinux konformi mal-liġi fosthom xufier li ġie arrestat. Fost diversi spezzjonijiet li saru, kmieni l-Erbgħa filgħodu saret roadside inspection fis-Central link Ħ'Attard. Grazzi għall-Vehicle Inspectorate Unit, numru ta' vetturi, (b'mod partikolari vetturi kummerċjali) ġew spezzjonati għal għarrieda. Għaxar vetturi ġew spezzjonati, sebgħa minnhom intiżnu, u tmien vetturi kienu mħarrka minħabba li ma kinux konformi mal-liġi: persuna nstabet mingħajr liċenzja valida tas-sewqan għall-kategorija ta' vettura li kienet qed issuq; żewġ vetturi twaqqfu wara li ma kinux konformi mal-liġijiet ta' manutenzjoni; vettura nstabet li kellha n-numru tar-reġistrazzjoni fi stat ħażin; żewġ vetturi nstabu li ma kellhomx id-dawl fi stat tajjeb; vettura oħra mingħajr fire extinguisher u vettura li kienet mgħobbija żżejjed. L-ebda vettura ma ġiet ikkonfiskata. Sadanittant, TM kompliet bil- ħidma tagħha l-Erbgħa filgħaxija hekk kif saret spezzjoni fil- Marsa Ħamrun Bypass. Madwar disgħin vettura ġew spezzjonati u konsegwentament inħarġu numru ta' ċitazzjonijiet kif ukoll arrest. Fost in-nuqqasijiet osservati kien hemm vetturi li ma kellhomx pjanċi u liċenzji invalidi. Barra minn hekk, diversi vetturi kellhom ħsarat estensivi u għalhekk ma kinux siguri biex jinstaqu. Dan wassal għall-irmonk ta' seba' karozzi, filwaqt li ġew ikkonfiskati tliet karozzi talli ma kellhomx ir- reġistrazzjoni Maltija. Saru wkoll testijiet tal-breathalyser u ġew arrestati tliet individwi li nstabu li kienu qed joqogħdu b'mod irregolari f 'Malta. Xufier ieħor ġie arrestat wara li prova jaħrab l-ispezzjonijiet u ndunaw li lanqas kellu liċenzja mħallsa u polza tal- assikurazzjoni. Kelliem minn Transport Malta qal li dawn l-ispezzjonijiet isiru bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tas- sewwieqa u spjega kif l-infurzar żdied hekk kif matul is-sajf pajjiżna ospita diversi attivitajiet tal-massa, attivitajiet li jirrikjedu pjanar minħabba l-ammont għoli ta' vetturi li jkunu qed jaslu fl-istess destinazzjoni. Fil-fatt matul ix-xahar ta' Awwissu biss, TM ħarġet 1,729 kontravenzjoni. Dawn l-1,729 kontravenzjoni, jinkludu 278 multa amministrattiva u 1,451 każ li ġew riferuti lit-Tribunali Lokali. Meta mistoqsi hekk jemminx li hemm biżżejjed infurzar, huwa saħaq li "qatt mhu biżżejjed fejn jidħol l-infurzar, iżda minkejja dan, Transport Malta tagħmel li tista' sabiex tassigura s-saħħa u sigurtà ta' dawk kolla li jużaw it-toroq." Transport Malta kompliet twettaq numru ta' spezzjonijiet għal għarrieda li wasslu għal numru ta' kontravenzjonijiet u arrest fost l-oħrajn. Kelliem għal TM saħaq li l-infurzar żdied matul is-sajf hekk kif saru numru ta' attivitajiet tal- massa li jirrikjedu pjanar u infurzar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023