Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124
04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall- proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Prijorità 1. PO 1 - Ewropa aktar kompetittiva u intelliġenti billi tippromwovi t- trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva u l-konnettività reġjonali tal-ICT RSO 1.3 - It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal- impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti produttivi (ERDF) Din is-sejħa tipprevedi proposti għall-proġetti mmirati lejn it-twaqqif ta' faċilitajiet industrijali, inkluż l-iżvilupp ta' Business Incubation Centre, u hija mmirata lejn Ministeri, entitajiet tas- Settur Pubbliku u Dipartimenti tal-Gvern. Is-sejħa se tagħlaq fit-2 ta' Frar 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d- dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. TKOMPLI MINN PAGNA 1 Engerer diġa wera ma' l-iktar persuni viċin tiegħu li mhux daqstant interessat li jerġa jikkontesta għall-Parlament Ewropew, u kien qed jara liema pożizzjoni prestiġġjuża jista jakkwista wara l-elezzjonijiet tal- Parlament ewropew. Minn naħa tal-PL kien hemm espressjoni ta' rabja għall- pożizzjoni li kien ħa Engerer u diġa kien qed jingħad li it li xejn kellu ċans fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Imma l-ikbar problema li hemm f 'din l-istorja mhux Engerer iżda l-fatt li Engerer huwa miżżewweġ lill-Randolph Debattista li mhux biss huwa deputat Parlamentari Laburista lokali iżda kif ukoll il- kap eżekuttiv tal-PL. Pożizzjoni importanti u kruċjali fil-Partit. U diriġenti tal-Partit Laburista qed jinstemgħu inkwetati li azzjoni iebsa ma' Engerer jista jkollha reperkussjonijiet fuq Debattista u fuq fl-aħħar mill- aħħar fuq il-Partit. Min hu Cyrus Engerer? L-ewwel involviment ta' Engerer fil-politika Maltija kien relatat mal-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Konvint li s-sħubija kienet se żżid l-opportunitajiet ta' Malta għat- tkabbir, huwa ngħaqad mal- Moviment IVA Malta fl-Ewropa u għamel kampanja favur is- sħubija ta' Malta fl-UE waqt ir-referendum ta' sħubija mal- Unjoni Ewropea fl-2003. Fl-istess sena, imqanqal mill-pożizzjoni pożittiva tal- partit dwar is-sħubija fl-UE, Engerer ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista. Fl-elezzjonijiet amministrattivi f 'Malta tal-2009, Engerer ġie elett fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, it-tielet fost għaxar kandidati. Fl-2010 Engerer inħatar viċi sindku ta' Tas-Sliema. Engerer spiss ikkritika l-pożizzjonijiet konservattivi tal- PN, speċjalment fuq kwistjonijiet relatati mad-drittijiet ċivili u l-libertajiet. Waqt l-aħħar Kunsill Ġenerali tal-PN, Engerer ta x'jiem li l-PN kien maqtugħ mir-realtajiet tas-soċjetà. Waqt il-kampanja ta' referendum għall-introduzzjoni tad-divorzju f 'Malta fl-2011, Engerer ingħaqad mal-Moviment Iva Għad-Divorzju. Dak iż-żmien, Gonzi vvota kontra d-divorzju. Dan wassal biex Engerer jirriżenja mill-PN fil-15 ta' Lulju 2011 u jingħaqad mal-PL mmexxi minn Joseph Muscat, li personalment kien għamel kampanja favur l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-divorzju u libertajiet ċivili oħra. Fi ħdan il-PL, Engerer mexxa l-ġlieda għad-drittijiet ċivili. L-involviment tiegħu kienu partikolarment prominenti fil- kampanja tal-PL tal-2013 għall- Elezzjonijiet Ġenerali. Wara l-ħatra tagħha bħala Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli ħatret lil Engerer bħala Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv għad-drittijiet LGBT, bil-kompitu inizjali jkun li jipprovdi lill-Gvern b'abbozz ta' liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili kif ukoll att dwar l-identità tal- ġeneru. Engerer ingħaqad mal-kabinett tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE tal-2017 u l-Finanzjament tal-UE, Ian Borg. F'Ottubru tal-2014, Engerer inħatar mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat bħala l-"mibgħut speċjali" tiegħu għall- Unjoni Ewropea, Rappreżentant Permanenti uffiċjali ta' Malta għall-UE fejn kien fl-uffiċċju ta' Dar Malta fi Brussell. Huwa żamm ir-rwol sal-2019. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014, huwa kkontesta bħala kandidat tal- PL. Kien f 'dan iż-żmien meta nstab ħati mill-Qorti tal-Appell Kriminali wara li l-Qorti qalet li hemm raġunijiet biżżejjed li juru li Engerer kien l-awtur u l-moħħ ta' tixrid ta' ritratti fuq l-internet għad-dannu tal-eks sieħeb tiegħu, li hu l-vittma f 'dan il-kaz. Sussegwentament huwa kien irtira l-kandidatura tiegħu għall- Membru Parlamentari Ewropew, iżda wara r-riżenja ta' Miriam Dalli f '2020, Engerer kien akkwista 2,200 vot minn Dalli fl- elezzjoni tal-2019 u ġie elett bħala s-sitt MEP ta' Malta. Bħala MEP, Engerer kien parteċipant attiv fix-xena politika Ewropea u kkontribwixxa permezz tal-parteċipazzjoni f 'diversi kumitati u inizjattivi Parlamentari. Ix-xogħol tiegħu kien jiffoka fuq diversi kwistjonijiet inkluż, d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, u t-tħassib ambjentali. Cyrus Engerer huwa partikolarment magħruf għall-promozzjoni tiegħu dwar id-drittijiet LGBTQ+, li fl-aħħar mill-aħħar wasslet għar-rikonoxximent legali taż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess fil-pajjiż fl-2017. L-isforzi tiegħu f 'dan ir-rigward kienu strumentali biex ttrasforma lil Malta f 'pinniera għad-drittijiet LGBTQ+ fl-Ewropa. Engerer ifittex post prestiġġjuż għal wara l-Parlament