Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall- proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 3. PO 4 - Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad- Drittijiet Soċjali RSO4.5 – L-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas- sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fuq il-familja u l-komunità (FEŻR) Din is-sejħa se tiffoka speċifikament fuq l-investiment f'faċilitajiet ta' rikreazzjoni speċjalizzati għal persuni b'diżabbiltà jew morda u l-familji tagħhom u se tkun immirata biss għall- Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u Organizzazzjonijiet Volontarji fis-settur tas-saħħa u/jew tad-diżabilità. Is-sejħa se tagħlaq fit-2 ta ' Frar 2024, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d- dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 31 ta' Ottubru 2023 fl-16:00, fl- uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Għal aktar dettalji żur is- sit elettroniku inidikat hawn fuq li jinkludi wkoll id-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sejħa. CLAIRVOYANT Mr TOURE Medium and Psychic of Great Competence. Will solve your problems even in hopeless cases with efficient and speedy results. Specialist in occult work. Will quickly reunite you with your loved one and solve every difficulty finding the person of your life. Helps you fully master the man or woman you love. Provide protection against bewitchment and enchantment. Only by appointment. Payment after results and according to your means. TEL: +356 77 48 45 11 LUIGI SGHENDO "Lanqas naf jekk oħti hijiex ħajja". Kien permezz ta' dan il-kliem li Bader spjega s-sitwazzjoni prekarja li hemm fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari Gaża. Huwa spjega kif diversi familji jinsabu f 'xifer il-mewt, mhux biss minħabba t-theddida li tisplodi bomba fuq rashom iżda wkoll li jmutu bil-ġuħ. Barra minn hekk semma kif il-komunikazzjoni nqatgħet kompletament minħabba l-azzjonijiet tal-Militari Iżraeljana. Bħalissa s-sitwazzjoni tinsab prekarja hekk kif l-Iżrael wettqet numru ta' bombardamenti, fosthom fi sptar kif ukoll waqqfet l-aċċess tal-Palestinjani għall-ikel, ilma u riżorsi bażiċi oħra. L-iżrael wissiet lill- Palestinjani biex jemigraw lejn in-Nofinshar tal-Istrixxa ta' Gaża, iżda diversi Palestinjani jinsabu maqbuda minħabba li l-fruntiera lejn pajjiżi ġirien jinsabu magħluqin u m'għandhomx riżorsi (bħall- fuel) biex jivvjaġġaw. Staqsejtu għala l-Ħamas wettqet dawk l-attakki kontra l-Iżrael (minkejja li kulħadd jaf li m'hemmx tweġiba faċli). Huwa fakkarna fl-istorja li sa mill-1948 il-Palestinjani ilhom isofru inġustizzji, inġustizzji li għadhom isiru sal-lum il- ġurnata. Bl-istess mod, wieħed ma jistax jipponta subgħajh biss lejn il-Palestina hekk kif l-Iżrael inċita r-rispons tal-Ħamas. Kien għalhekk li staqsejnieh jekk huwiex ġust li wieħed jiġġustifika 'għajn b'għajn, sinna b'sinna'. Huwa wieġeb u qal li tant kemm huwa kumpless, minħabba l-weġgħat kbar li sofrew il-Palestinjani, li fil-verità qas huwa possibbli. Huwa fakkarna fir-rivoluzzjoni Franċiża, kif inhu mifhum, il- poplu fqir Franċiż xeba' mill- oppressjoni u l-ġuħ li kien qed isofri. Dan kollu biex numru żgħir ta' persuni jixxalaw. Tant kemm kienet kbira t-tbatija li l-Franċiżi waslu fi stat fejn l-unika soluzzjoni kienet ir- rivoluzzjoni, ispirata minn esperjenzi koroh fosthom ta' tkażbir inġust u persuni li nqatlu intortament. Huwa kompla jgħid li l-azzjonijiet tal-Ħamas kienu rrakkontati minn midja Iżraeljana, l-istess midja Iżraeljana li skont Bader lesta li ddawwar storja fejn il- ħażin jidher biss minn naħa Palestinjana. Fuq dan is-suġġett Bader spjega kif jinsab iffrustrat bil-mod kif Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, ħalliet irjus kbar jinfluwenzawha kif iridu. Huwa saħaq li Metsola għandha "d-demm f 'idejha", u appellalha bis-saħħa biex, flimkien ma' membri kbar oħra fl-Unjoni Ewropea, jifhmu aħjar il- perspettiva Palestinjana. Huwa kompla jgħid kif in-Nazzjonijiet Uniti wkoll naqsu milli jilħqu ftehim favur waqfa fil-gwerra sabiex tingħata għajnuna umanitarja u jieqaf l-isparar miż-żewġ naħat. Madankollu fit-tieni riżoluzzjoni proposta mill-Brażil, u li kienet tinkludi kemm kundanna għall-Ħamas, kif ukoll talba għall-waqfien mill-ġlied biex titwassal l-għajnuna umanitarja, Malta vvutat favur. Ir-riżoluzzjoni xorta waħda m'għaddietx għaliex l-Istati Uniti użat il-veto tagħha. Rigward l-istat Malti, Bader qal li jemmen li huwa medjatur tajjeb. Fil-fatt pajjiżna kien saħansitra laqa' lill-Eks President Amerikan George H.W. Bush u s-Segretarju Ġenerali tal-Eks Stat Sovjetiku Mikhail Gorbachev waqt il- Malta Summit fl-1989. Għalhekk jemmen li l-Istat Malti għandu l-potenzjal li jixpruna l-paċi internazzjonali. Finalment hu qal li l-futur huwa wieħed mudlam. Kull ġurnata li tgħaddi, l-identità Palestinjana qed tinqered bl- imwiet tal-eluf ta' Palestinjani u t-tkissir tal-infrastruttura. Huwa stqarr li minkejja d-dlam li jiddomina l-futur ta' dan l-avveniment, xorta tibqa' niċċa ta' dawl, li jġib miegħu t-tama ta' futur aħjar u mistħoqq għall- Palestinjani. "Qas naf jekk oħti hijiex ħajja" – Bader Zina Igħid li l-azzjonijiet tal-Ħamas kienu rrakkontati minn midja Iżraeljana, l-istess midja Iżraeljana li skont Bader lesta li ddawwar storja fejn il- ħażin jidher biss minn naħa Palestinjana Fl-isfond ta' tensjonijiet għolja li għaddejjin, il-gazzetta Luigi Sghendo ma' Bader Zina, Palestinjan Malti, dwar l-avvenimenti li seħħew fil-Lvant Nofsani

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023