Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum opinjoni K ien jismu Kardinal Sin. Matul it-tmien snin il-missjoni fil-Filippini ltqajt miegħu kemm-il darba. Taħsbu Ċiniż. Iktar milli Kardinal, niakru bħala bniedem sensittiv, ċajtier. Għal kull problema jew diffikultà li tgħidlu kien jgħidlek ċajta, jagħtik tiekol, joffrilek kamra bl-arja kondizzjonata u jġiegħlek tħossok li l- "palazz" fejn kien jgħix huwa tiegħek, tmur meta tmur Manila, il-kapitali tal-Filippini. Kien hu li beda "e People Power Revolution" (22-25 ta' Frar 1986). Id-demostrazzjonijiet organizzati mill-Knisja u s-soċjetà ċivili kontra Marcos (1965–1986) wasslu għal bidliet radikali. Marcos kellu jaħrab wara l-qtil ta' Ninoy Aquino (Awwissu 21, 1983), il-Kap tal- Oppożizzjoni, li kien għadu kif irritorna mill-eżilju impost. Uħud mis-suldati li qatluh kienu minn Mary Immaculate Parish, Moonwalk, Talon, Las Pinas, periferija ta' Manila fejn kont l-ewwel kappillan. Xi suldati parroċċani rrakkontawli kif ħadmu biex hekk kif Aquino jasal l-ajruport - imdawwar bil-ġurnalisti internazzjonali bħala protezzjoni - xorta waħda organizzaw l-assassinju tiegħu eżatt kif feġġ fil-bieb tal- ajruplan. Qatlu tnejn min-nies, lil Galman, ħabsi li poġġew fuq it-tarmak tal-ajruport u fl-istess ħin suldati oħra sparaw fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni hekk kif feġġ fil-bieb tal-ajruplan. Ħadd mill-ġurnalisti li kienu fuq l-ajruplan ma ndunaw x'qed jiġri! Il-pjan inkixef u Marcos u l-mara tiegħu Imelda, bl-eluf ta' żraben magħrufa li kellha, kellhom jaħarbu mill-Filippini bl-għajnuna tal-Amerikani li ndunaw li m'għandhomx bżonnu iktar. Spiċċa fl-eżilju fil-Hawaii. L-ironija tal-ħajja hi li wara d-dittatur Marcos, illum għandna lil ibnu President tal- Filippini! L-Amerikani żammew l-ikbar bażi militari fil-Filippini. Kull Amerikan li jikser il-liġi fil- Filippini kienu jħarrbuh mill- ewwel lejn l-Amerika biex jaħarbu l-ġustizzja f 'Manila. Il-Filippini għexu 500 sena taħt l-Ispanjoli – u 50 sena f 'Hollywood! Minn mentalita' ta' kunvent għat-tbaħrid tal-baħrin Amerikani. Jirrakontaw bosta stejjer dwar il-Kardinal Sin. Jingħad li Imelda Marcos kienet tmur għandu bil-moħbi tard bil-lejl biex tipperswadih ma jgħidx iżjed kontra żewġha Marcos. Kien jgħidilha: "Madame, be careful, it's late in the nigħt, and remember this is the House of Sin!" L-aħħar li rajtu kien f 'Ruma u tlajt miegħu fil-karozza tiegħu. Kien iħossu iżjed komdu f 'Manila milli fil-Vatikan. Niakar kien qalli li jriduh jitlaq mid-Djoċesi ta' Manila biex imur Ruma. Kien skomdu għal bosta. Il-Kardinal tat-'Thorn Birds' Kardinal ieħor li jolqotni ltqajt miegħu fuq l-iscreen ta' "orn Birds" is-serje famuża ta' kif saċerdot għażel il-karriera fil-Vatikan minflok l-imħabba ta' mara. Richard Chamberlain, li jaħdem il-parti ewlenija fil-film, jirrendi b'mod stupend din id- drama ta' imħabba fin-novella adattata ta' Colleen McCullough. L-isem tal-film jirreferi għal "thorn bird" (bil-malti magħruf bħala għasfur tax-xewk); dan l-għasfur sa mill-mument li jitwieled jibda jfittex is-siġra tax-xewk. Hekk kif isib din is- Siġra tax-Xewk jidħol apposta fix-xewk tagħha u jibda jkanta l-aħħar u l-isbaħ għanja li qatt instemgħet waqt li jmut! Minn mar il-Via Dolorosa, f 'Ġerusalem, jisma' l-leġġenda li waqt li Ġesu' kien mgħobbi bis-salib lejn il-Kalvarju, kien hemm għasfur żgħir li niżel fuqu u ħadlu waħda mix-xewk mill- Kuruna tax-Xewk f 'rasu. L-istorja ta' 3 Kardinali – Kif ikkonvertew (l-ewwel parti) Minn mar il-Via Dolorosa, f'Ġerusalem, jisma' l-leġġenda li waqt li Ġesu' kien mgħobbi bis- salib lejn il-Kalvarju, kien hemm għasfur żgħir li niżel fuqu u ħadlu waħda mix-xewk mill-Kuruna tax- Xewk f'rasu Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023