MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum opinjoni Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba F'ħidma dwar il-Gżejjer u l-konnettività, il-MPE f 'isem il-Partit Laburista, Josianne Cutajar kompliet tippromovi l-karatteristiċi uniċi ta' gżejjer Ewropej bħal Għawdex u Malta. Saħqet ukoll dwar l-importanza li l-UE tidħol f 'Patt mal-Gżejjer tagħha u tqis sew l-impatt ta' liġijiet ġodda fuq il-gżejjer. Grazzi għall-emendi imbuttati mill-MPE Cutajar, ir-Regolament dwar il-fuels sostenibbli issa jqisu aħjar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal- gżejjer, speċjalment id-dipendenza tagħhom fuq it-trasport bil-baħar. B'hekk vapuri tal-passiġġieri li jidħlu f 'portijiet ta' gżejjer żgħar bħal Għawdex ingħataw aktar żmien biex jadattaw għal dawn ir-regoli. Mediċini aktar aċċessibbli u affordabbli Fil-Kumitat tal-Industrija, Cutajar enfasizzat l-importanza tal-aġġornament tal-liġijiet Ewropej dwar il-farmaċewtika. Dan wara pressjoni li għamlet aktar kmieni din is-sena mal-Kummissjoni Ewropea biex l-Unjoni Ewropea tibni l-kapaċità neċessarja biex jiġi żgurat aċċess ugwali u affordabbli għall-kura għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament minn fejn jgħixu jew minn liema kundizzjoni medika jbatu. Din l-imbuttatura kienet immirata lejn it-tnaqqis ta' nuqqas ta' provvista ta' mediċini E-UE u kontroll aħjar tal-prezzijiet. Hija appoġġat ukoll aktar investiment f 'terapiji innovattivi u soluzzjonijiet teknoloġiċi, anke fil-qasam tal- mediċini orfni għal persuni li jsofru minn mard rari. Politika u Liġijiet Diġitali Matul din is-sena, Dr Josianne Cutajar ikkonkludiet b'suċċess, u ġiet afdata biex taħdem fuq aktar liġijiet diġitali f 'isem is-Soċjalisti. Fost dawn hemm l-Att dwar l-Interoperabbiltà, kif ukoll liġijiet relatati mas-cybersecurity. Apparti minn hekk, hi ġiet magħżula biex tirrappreżenta lill-Parlament Ewropew f 'Silicon Valley, San Francisco, fejn kellha diversi laqgħat ma' kumpaniji kbar fil-qasam tat- teknoloġija bħal NVIDIA, Meta u Google. Fost id-diversi temi pertinenti diskussi, kien hemm il- metaverse, l-intelliġenza artifiċjali u s-sigurtà diġitali. Il-MPE saħqet li hemm bżonn ta' aktar koperazzjoni transatlantika fejn tidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni. Negozji Żgħar u Medji Bħala membru tal-'SME Intergroup' fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-MPE kompliet ukoll bil-ħidma tagħha biex taċċerta li n-negozji żgħar u medji, speċjalment dawk ġejjin minn reġjuni żvantaġġati bħall-gżejjer tagħna, ikollhom aċċess aħjar għal għajnu- na u sapport biex jikkompetu ma' negozji akbar, anke fil-qasam ambjentali u diġitali. Grazzi għall-pressjoni tagħha u ta' oħrajn, il-Kummissjoni Ewropea wasslet biex ħabbret diversi miżuri taħt l-SME Relief Package, sett ta' miżuri intenzjonati biex jagħtu appoġġ aktar b'saħħtu lil dawn in- negozji, fi żmien ta' innovazzjoni u sfidi globali. L -Unjoni Ewropea ilha taħdem biex issir mexxejja fl-isfera diġitali, u għamlet passi sinifikanti f 'din id-direzzjoni. Matul din il-leġiżlat- ura, tressqu diversi inizjattivi leġiżlattivi f 'dan is-settur, fejn issa li qed nersqu lejn tmiem it-terminu, nistgħu nħarsu lura u nkunu kburin li rnexxielna nilleġiżlaw fl-era diġitali. Il-punt tat-tluq kien qafas leġiżlattiv arkajku li ma kienx qed jirriflet- ti l-iżviluppi mgħaġġla li qed niffaċċjaw f 'dan is-settur, u ma kienx iwieżen il-futur tad-dinja diġitali. F'dan ir-rigward, il-passi li ħadna fuq livell Ewropew biex nirrevedu u naġġornaw il-liġijiet eżistenti, u fl-istess ħin nintroduċu diversi oħrajn ġodda biex inlaħħqu maż-żminijiet li qed jinbidlu, huma kruċjali. L-Att dwar is-Servizzi diġitali huwa riforma waħda leġiżlattiva li qarrbet lill- Unjoni Ewropea lejn ir-realtajiet tal-lum. L-Att għandu l-għan li jirregola s-servizzi diġitali u jiżgura li dawn ikunu sikuri u trasparenti għall-utenti, filwaqt li joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri kollha tas-servizzi diġitali, irrispettivament mid- daqs jew mill-post tagħhom. Din hija leġiżlazzjoni importanti ħafna u li se jkollha effett fit-tul, anke għaliex matul in-negozjati, fittixna li nkunu miuħa għal tibdil li jista' jseħħ fis-settur fil-futur. Ninsab kburi li kont mexxejt il-pożizzjoni inizjali tal-Parlament Ewropew li stabbiliet il-qafas tat-test finali li ġie adottat, li fl-aħħar mill-aħħar se jkun qed jiżgura suq uniku għas-servizzi diġitali aktar b'saħħtu u protezzjoni mtejba għall- konsumaturi. Bħala parti mill-istess pakkett, is-sena l-oħra adottajna wkoll l-Att dwar is-swieq diġitali, u flimkien, dawn iż-żewġ biċċiet ta' leġiżlazzjoni jimponu sett komuni ta' rekwiżiti fuq il-pjattaformi diġitali madwar l-Unjoni li joħolqu ambjent online aktar sikur, ġust u trasparenti. Aktar infurzar tad-diġitalizzazzjoni tas-suq Uniku se jiġi permezz tal-Att dwar l-Intelliġenza artifiċjali li dwaru l-koleġiżlaturi laħqu ehim proviżorju aktar kmieni din il-ġimgħa. Din il-leġiżlazzjoni avant-garde se toħloq il-kundizzjonijiet għall-iżvilupp u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli u se tistabbilixxi proċessi armonizzati u sistematiċi li huma ċ-ċavetta għall-futur ta' din it-teknoloġija. Matul in-negozjati, sħaqt ħafna dwar il-ħtieġa li jkun hemm proċessi ċċentrati fuq il-bniedem u etiċi li jirrispettaw lill-utenti finali. Fl-aħħar mill-aħħar, minkejja li sibna ħafna kumpaniji li ddieħqu bina meta ridna nirregolaw is-settur, irnexxielna u llum għandna liġi b'saħħitha li se sservi ta' mudell fuq livell internazzjonali. Wara kollox ma nistax ma nsemmix il-liġi taċ-ċarġer komuni Ewropew li tant kienet ilha mistennija. Din hija ħolma li rnexxieli nara ssir realtà wara ħafna sforzi u negozjati twal, inkluż ma' kumpaniji ġganti tat-teknoloġija. Kburi li din il-liġi li rnexxieli nwassal se tkun ta' ġid, kemm għall- konsumatur, kif ukoll għall-ambjent. Il-prinċipju tiegħi dejjem kien dak li għandna naraw li nieħdu vantaġġ minn dawn l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li niżguraw is-sostenibbiltà u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Bħala Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi adottajna politika b'saħħitha ħafna fuq dan is-settur u b'mod attiv ħdimna biex naraw li l-Unjoni Ewropea ssir mexxejja f 'dan il-qasam. Il-Grupp kien favur approċċ aktar komprensiv għar-regolamentazzjoni diġitali, li jinkludi l-protezzjoni tad-drittijiet taċ- ċittadini u l-promozzjoni tal-innovazzjoni, u dejjem sħaqna dwar il-bżonn ta' inklussività, sostenibbiltà, u innovazzjoni, li huma kruċjali biex l-Unjoni jkollha vantaġġ kompetittiv u jippermettilha tkun minn ta' quddiem fil-ħolqien ta' ekosistema diġitali li tkun ta' benefiċċju għal kulħadd, mhux biss għal it kumpaniji kbar tat-teknoloġija. Is- settur diġitali jeħtieġ li jkun ambjentalment sostenibbli u kapaċi joħloq impjiegi u opportunitajiet għal kulħadd. Irridu niżguraw li ħadd ma jibqa' lura f 'din it-tranżizzjoni diġitali, u li kulħadd ikollu l-ħiliet meħtieġa biex jadatta. Il-potenzjal tal-Unjoni Ewropea f 'dan is-settur huwa bla qies. Matul dawn l-aħħar erba' snin għamilna passi ta' ġgant fejn adattajna l-qafas regolatorju tagħna għar- realtajiet tad-dinja globalizzata u teknoloġika tal-lum. Però għad fadal ħafna xi jsir, u jekk bħala Unjoni rridu nkunu mexxejja globali f 'dan il-qasam, irridu ninvestu aktar, noħolqu l-ambjent ideali biex il-kumpaniji tagħna jikbru u jinnovaw, u wara kollox, naħdmu aktar biex noħolqu suq uniku mingħajr ostakli u li verament jippermettilu jkun is-suq b'saħħtu, indipendenti u kompetittiv li tixraqlu l-Ewropa. Ħidma dwar il-Gżejjer u l-konnettività Unjoni Ewropea mħejjija għat-tranżizzjoni diġitali Josianne Cutajar Il-prinċipju tiegħi dejjem kien dak li għandna naraw li nieħdu vantaġġ minn żviluppi teknoloġiċi filwaqt li niżguraw is-sostenibbiltà u r-rispett lejn id- drittijiet fundamentali tal-bniedem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023