MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum L-istatistika turi wkoll li nofs il-first time Għaliex f'suq ħieles huwa importanti li Gvern jibqa' jipprovdi akkomodazzjoni soċjali? Is-suq ħieles huwa kruċjali li jibqa' hekk għax jagħti kontribuzzjoni sinifikanti lill-ekonomija Maltija, però s-suq għandu dejjem ikun regolat. L-istat għandu l-obbligu li jipprovdi akkomodazzjoni soċjali għal dawk li jsibuha diffiċli biex jidħlu u jikkompetu fis-suq. Hemm numru ta' familji li jgħaddu minn problemi ta' mard, diżabilità, vizzji u trawma fost oħrajn. Hemmhekk jidħol l-istat biex jassisti fl- akkomodazzjoni soċjali. X'inhi d-definizzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali fid-dinja tal-lum? Dak li għamilna aħna ma kienx biss dwar l-għoti tal-akkomodazzjoni soċjali. Aħna wessajna l-funzjoni tagħna marbuta mal-akkomodazzjoni u qed ngħid hekk għaliex il-perċezzjoni hija li l-akkomodazzjoni soċjali tiġi biss forma ta' appartament li l-Gvern itik, meta fil-verità għadna kemm ħriġna skemi u inċentivi biex dawk li ma jikkwalifikawx ikunu xorta jistgħu jgawdu minn għajnuna sabiex isiru sidien ta' djarhom jew jikru propjetà, jirranġaw id-dar, eċċ. Aħna frixna l-għajnuna li noffru mal- akkomodazzjoni. Jien insejħilha bħala mrewħa li fiha tiġbor l-elementi kollha. Qed jingħataw €10,000 fuq medda ta' 10 snin. Is-sena li għaddiet kellna l-ewwel ċekkijiet. Dan kollu bl-għan li jixtru l-propjetà tagħhom u jsiru sidien ta' djarhom. Fl-isfond tal-inflazzjoni qawwija li laqtet lil pajjiżna, huma biżżejjed €10,000 fuq medda ta' 10 snin? Jien nara l-qafas ta' dak kollu li għamilna; tajna mgħaxx ta' 10% lill- istudenti żgħażagħ li qegħdin jixtru l-ewwel propjetà, għamilna l-iskema tat- tnaqqis tat-taxxa tal-bolla għal min jixtri l-ewwel propjetà, l-iskema tal-UCA li saħansitra tingħata 15,000-30,000 donazzjoni jekk tixtri f 'Għawdex, hemm l-iskema l-oħra li tingħata rifużjoni tal-VAT fuq ix-xogħlijiet li tagħmel fid-dar tiegħek ... Naħseb aħna wieħed mill-aktar pajjiżi li nsostnu, ngħinu u ninċentivaw sistemi bħal dawn. Nemmen bl-empowerment. Aħna ma noffrux il- ħuta imma l-qasba biex imorru jistadu. X'test tal-mezzi jintuża biex nassiguraw li min ħaqqu għajnuna jirċiviha? Meta jiġi stabbilit li dan għandu dħul minimu u ma jistax jixtri jew jikri, jikkwalifika għal akkomodazzjoni soċjali. Meta nitkellmu fuq test tal- mezzi, ħafna drabi n-nies ma jifhmux minħabba l-kultura ta' intitolar; bħallikieku 'ħa nakkwista xi ħaġa'. Illum qed indawwar dan l-argument għax ma nemminx li 'takkwista' post tal-Gvern, imma li jkollok servizz temporanju, sakemm għandek bżonnu bl-għan li jitgħadda għand ħaddieħor li jkollu bżonnu aktar minnek. Kien dan il-Gvern li daħħal is-sistema li jispiċċa l-wirt marbut mal-propjetajiet, li ma jkollokx nies li jitħallew jabbużaw, imma jkun hemm spezzjonijiet regolari u passi li jittieħdu kontra persuni li jmorru kontra r-regolamenti. Illum il-ġurnata hawn diversi persuni li jikkwalifikaw għall-akkomodazzjoni soċjali, speċjalment fl-isfond ta' paga minima li mhix biżżejjed biex tgħix fuqha. Allura x'inhu l-proċess ta' deċiżjoni? Rigward il-proċess, is-sistema taħdem bis-social workers li jagħmlu l-istħarriġ tagħhom, bi prijorità lejn min għandu l-mard, diżabilità, persuni li għandhom id-diffikultà tal-abbandun, separazzjoni, eċċ. Hemmhekk ngħinu u nagħmlu l-istudji neċessarji. Skont l-istatistika, f 'dawn l-aħħar snin irnexxielna nallokaw 1,500 propjetà. Aħna rnexxielna nallokaw persentaġġ qawwi tal-istokk kollu tal-Gvern. Il- waiting list fil-fatt tnaqqset sew. Minn 'il fuq minn 3,000 qabel l-2013, għal bejn wieħed u ieħor 1,500 persuna li qed jistennew l-akkomodazzjoni soċjali fil- preżent. Għamilna żewġ skemi; tal-housing benefit, fejn tingħata l-għajnuna biex individwu jerġa' jaqbad it-triq permezz ta' akkomodazzjoni temporanja, u l-iskema tal-equity sharing, li hija bbażata fuq l-esperjenza tan-nies li sseparaw. Persuni li jkollhom diffikultà wara li jbigħu l-assi tagħhom minħabba proċeduri tal-Qorti Il-Ministru Roderick Galdes huwa sinonimu mal- akkomodazzjoni soċjali. Luigi Sghendo ltaqa' miegħu u tkellmu dwar l-akkomodazzjoni, il-faqar, u għalfejn fl-2024 għad hemm bżonn li l-Istat jipprovdi akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes: Mill-2013 sal-lum kellek 44,000 familja li xtraw l-ewwel dar tagħhom għall-ewwel darba Aħna qatt ma għedna li l-faqar huwa perċezzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024