MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum opinjoni P rivileġġ hija kelma li ltqajtu magħha xi mkien żgur. Forsi għall-ewwel taħsel tfakkarna kif fil-passat konna nirreferu għal min hu sinjur jew min mhux. llum il-kelma ġġorr ħafna iktar toqol fuqha. Biha nimu wkoll il-vantaġġi u d-drittijiet li għandu xi ħadd fejn ħaddieħor m'għan- dux. B'hekk hija kelma li taf tispjega ħafna fejn jidħlu diskriminazzjoni jew injoran- za inġenerali fuq kif wieħed ma jiimx lill-ieħor fuq affarijiet jew ċirkustanzi li l-istess persuna li tiddiskrimina, ma tkunx għaddiet minnhom. Biex nisfidaw dan l-argument, nibdew billi nindirizzaw il-kwalità tal-ħajja, u x'jikkostitwixxi biex din tkun tista' tiġi mħarsa. Illum il-kwalità tal-ħajja tħaddan fiha diversi elementi. Il-Kummissjoni tal- Unjoni Ewropea tipponta lejn disa' indikaturi tal-kwalità tal-ħajja li jinkludu saħħa, edukazzjoni u drittijiet umani – kriterji fost oħrajn li jiżguraw li n-nies ikollhom il-mezzi kollha sabiex jilħqu l-kapaċitajiet u l-bżonnijiet fiżiċi u mentali kollha tagħhom. Indikatur fosthom jitkellem ukoll fuq 'L-Esperjenza Ġenerali tal-Ħajja' – din l-aħħar dimensjoni qed tirreferi għad-dritt ta' benessru individwali, għas-sodisfazzjon fil-ħajja u għall-ottimiżmu lejn il-ġejjieni. Billi nimu dawn il-wesgħat ideali ta' x'jikkonsisti sabiex ngħixu l-aħjar kwalità tal- ħajja, nimu wkoll kif persuna jista' jkollha privileġġ fuq oħra fost wieħed jew aktar mill- fatturi msemmija. Dawn l-indikaturi msemmija mill- Kummissjoni jaspiraw għall-ideal li jimxi wkoll mal-valuri tad-dinja iktar żviluppata. Imma x'inhi r-realtà meta nimu dawn l-indikaturi fil-kuntest tal-istess pajjiżi li huma parti mill-Unjoni Ewropea? Meta nieħdu lil Malta bħala eżempju, naraw kif aħna l-aħjar pajjiż fejn jidħlu politiki għad-drittijiet LGBTQ+. Imma dawn xi jsarrfu meta tara kif riċentement, medda ta' nies li anke fosthom imsejħa soċjalisti, ħassew l-opportunità u x-xoqqa f 'moxtha sabiex jesprimu l-opninjoni tagħhom fuq nies drag? Kif f 'serje ta' posts, wieħed wara l-ieħor, wieħed jibda b'ton apoloġetiku ta' kif "għandi ħbieb gay", "għamdi ħbieb trans", "inħobbhom, u nirrispettahom", sabiex finalment jasal għall-"imma". L-"imma" fuq kif m'għandniex bl-ebda mod nesponu d-dinja tad-drags lit-tfal. Minn liema subkonxju ġej dan il-biża'? Għala nużaw gruppi ta' nies vulnerabbli, bħalma huma t-tfal, sabiex nagħlqu ħalq id-diskussjoni? L-argument tat-tfal konna sibnieh anke f 'kampanji oħra bħal dik kontra d-divorzju, u kontra ż-żwieġ LGBTIQ+. It-tfal x'għandhom x'jaqsmu mal-preġudizzju personali, li ma rridux nammettu, kontra komunità jew frazzjoni mill-komunità LGBTIQ+ bħal nies trans? Minn fejn ġej dan il-biża' li "t-tfal jiġu bħalhom". Għalfejn din hija ħażina ġaladarba, u fl-istess nifs ngħidu kif "inħobb u naċċetta lin-nies LGBTIQ+". Meta nidħlu fil-fond fuq kif u minn fejn ġej dan il-biża', liema fenomenu soċjo- psikoloġiku qed iseħħ f 'dan il-qafas? Fl-istess nifs, mill-istess udjenza li esprima dan il-biża', sibna wkoll fl-istess ħin kummenti fejn jidħol femminiżmu u l-irwol tal-irġulija fis-soċjetà tal-lum. Hawn realtà bħalissa li qiegħda tinħass ħafna, speċjalment minn individwi li jikkunsidraw lilhom infushom progressivi imma taħt il-kappa ta' "ejja nsibu bilanċ", "ejja nkunu real, bro". Permezz ta' dawn l-interġetti, nistgħu nimu l-kulminazzjoni ta' kif jista' jkun qed iħossu raġel fis-soċjetà tal-lum. Raġel mhedded, imbeżża' jiaħ ħalqu? Raġel li jixtieq jiem iktar temi femministi, imma finalment ma jistax, għax ħeqq wara kollox, issa l-mara mhux emanċipata? Għax ommi mara fuq in-nisa, u hi kienet tikkmandah 'il missieri. Għax oħti tmexxi business. Għax jien 'il binti inflasslilha l-ideat li hi tista' tkun dak kollu li trid. U propju hawnhekk fejn jidħol l-argument ta' privileġġ. Billi ma esperjenzajtx l-affarijiet li setgħet għaddiet minnhom mara, ma jfissirx li l-femminiżmu ma jeżistix. Bl-istess mod daqslikieku inti għandek ħafna flus u taħdem ħafna għalihom, ma jfissirx li min jaqla' inqas minnek huwa tort tal-persuna. Għax il-privileġġ li int stajt kellek edukazzjoni aħjar, u/jew trobbija aħjar, u/jew nies li tawk l-opportunitajiet u/jew esperjenzajt xi ħaġa kompletament differenti minn ħaddieħor, ittik sitwazzjoni speċifika għalik u għalkollox differenti minn dak li għadda ħaddieħor. Kull sitwazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, fejn kont f 'qagħda aħjar minn ħaddieħor, tefgħetek fiċ-ċirku speċifiku tiegħek ta' privileġġ. B'hekk, kollha kemm aħna tista' tgħid ipprivileġġjati. Huwa l-livell ta' privileġġ li huwa differenti. Kull persuna tista' tħares lejha nnifisha biex tiem li l-qagħda tagħha kulma hi frott iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħha, u mhux xi somma matematika li jekk iġġibha ħażina huwa kollu tort tiegħek. Jekk ma nirrikonoxxux il-privileġġ bħala privileġġ, insiru nies ta' preġudizzju. Bil- preġudizzju titwessa' d-distanza bejnietna u dawk li qegħdin niġġudikaw. Niġġudikaw dak li ma nistgħux nimu. Din tkompli toħloq id-distanza bejn gruppi differenti ta' nies u tifrex is-sodda fejn tinbet id- diskriminazzjoni. Li tista' faċilment twassal għall-mibegħda u għall-vjolenza. B'hekk ngħid, għax ma nikkomunikawx id-differenzi tagħna? Għax personalment ma nisfidawx il-ħjut ta' fehmiet li trawwimna bihom – mhux biex ninbidlu aħna, imma biex insibu l-kompassjoni u l-fehma lejn ħaddieħor? F'dinja fejn ġrat ħafna vjolenza, trawmi u traġedji, taħt l-istess bandiera ta' diskriminazzjoni, kif għadna nemmnu fl- assolut tal-ideat tagħna? Lara Calleja hija attivista mal-Moviment Graffitti Lara Calleja Il-biża', il-privileġġi u d-diskriminazzjoni Jekk ma nirrokonoxxux il-privileġġ bħala privileġġ, insiru nies ta' preġudizzju. Bil-preġudizzju titwessa' d-distanza bejnietna u dawk li qegħdin niġġudikaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024