MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum Carmel Bonnici Films dwar rejiet u rġejjen (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bl-istess manjiera, Eliżabetta I, ir-Reġina tifla ta' Henr y VIII kienet identifikata minn Bette Davis f 'żewġ films, Elizabeth And Essex (1939) u The Virgin Queen (1955), sakemm Glenda Jackson (li ħallitna ftit xhur ilu) għamlet il-parti tagħha fuq it-T V u f 'Mar y Queen Of Scots (1971). Il-brava Flora Robson inkarnat lil din il-monarka f ' Fire Over England" (1937) u f ' The Sea Hawk (1940), Florence Eldridge f 'Mar y Of Scotland (1937), Irene Worth f 'Seven Seas To Calais (1962) u Cate Blanchett dehret f ' Elizabeth (1997) u 10 snin wara kompliet f ' Elizabeth: The Golden Age. Fl-aħħarnett, Judi Dench rebħet l-Oscar għal din il- parti f 'Shakespeare In L ove (1998). L-isfortunata Mar y Of Scotland, suppost l-eredi tat-tron Ingliż li ġiet maqtula fuq ordni tal-kuġina tagħha Eliżabetta I, ħadmu il-parti tagħha Vanessa Redgrave, Katherine Hepburn u Fanny Ardant. Iż-żagħżugħ Edward VI kien f ' The Prince And The Pauper. L-Istwardi (Stuarts) tal-bidu kienu grupp diffiċli, imma Charles I kien ippersonifikat minn Alec Guinness fi Cromwell (1970); Charles II, ir-Re ferrieħi kien interpretat minn diversi atturi, nkluż Cedric Harwicke f 'Nell Gwynn (1934), George Sanders ġo Forever Amber (1947), Vincent Price f 'Hudson Bay (1941), Douglas Fairbanks Jr. f 'The Exile (1947) u Sam Neill f 'Restoration (1995). Meta wasal ir-Renju ta' dawk ta' Hanover, kien Eric Pohlmann li nterpreta lil George I f 'Rob Roy (1953) u Peter Bull f 'Saraband For Dead Lovers (1948); George III minn Raymond Lovell f 'The Young Mr. Pitt (1942), Robert Morley f 'Beau Brummell (1954) u Nigel Hawthorne f 'The Madness Of King George (1994). L-aktar renjanta li damet fuq it- tron tal-Gran Brittanja, kienet ir- Reġina Vittorja sakemm fl-2022 ġiet issuperata minn Eliżabetta II. Għall-ħafna nies ħasbu li din il-Monarka kienet tixbaħ lil Anna Neagle li nterpretata 3 darbiet – The Queen's Affairs (1934), Victoria The Great (1937) u Sixty Glorious Years (1938). Atturi oħra f 'dan l-irwol huma Irene Dunne (The Mudlark 1950), Fay Compton (The Prime Minister 1941), Mollie Maureen (The Private Life Of Sherlock Holmes 1970) u notevolment Judi Dench f 'Mrs. Brown (1997). Prinny, jew il-Prinċep Regent kien George IV u f 'din il-parti nsibu lil Cecil Parker f 'The First Generation (1948) u Peter Ustinov f 'Beau Brummell. James Robertson Justice, l-attur imbaċċaċ Skoċċiż bil-leħja, kien Edward VII f 'Mayerling (1968) u Richard Chamberlain bħala Edward VIII ġo produzzjoni għat-televiżjoni, The Woman I Love (1972). Fl-1982, żewġ films Amerikani għat-TV dwar affari ta' mħabba' ta' Prince Charles (illum r-Re Carlo II)kellu atturi magħrufin bħala l-familja rjali. L-ebda wieħed ma ntwera fir- Renju Unit. Tassew impressjonanti kien The King's Speech (2011). Ir- Re George VI, missier r-Reġina Eliżabetta II akkwista t-tron meta ħuh, Edward VIII, abdika biex jiżżewweġ mara ddivorzjata. Miskin, George VI kellu difett kbir – kien itemtem tant li ma kienx kapaċi jagħmel diskursata. Biex ikun jista' jagħti messaġġ importanti għal pajjiżu, meta bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, biex iqawwi qlub il-poplu, kellu jkun terapista Awstraljan li b'mod mhux konvenzjonali mela lir-Re bil-kuraġġ u dderiġieh ilissen messaġġ patrijottiku mill-isbaħ. Dan il-film Brittaniku rebaħ ħafna u ħafna unuri, fosthom l-Aqwa Film tas-Sena u Colin Firth bħala l-Aqwa attur. Minn Hollywood u bnadi oħra ħarġu ruxxmata ta' films dwar monarki minn pajjiżi oħra. Catherine The Great tar- Russja kienet impersonata minn Pola Negri, Elizabeth Bergner, Tallulah Bankhead, Bette Davis u Marlene Dietrich; l-aħħar Czar u Czarina tar-Russja, Nicholas And Alexandria kienu Michael Jaysten u Janet Suzman fil-film tal-1971. Peter The Great u Ivan The Terrible huma żewġ xogħlijiet oħra dwar renjanti Russi. Greta Garbo nterpretat lil Queen Christina (1933) tal- Iżvezja waqt li Liv Ullmann ħadmitha f 'The Abdication (1974). Harry Davenport kien Louis XI ta' Franza f 'The Hunchback Of Notre Dame (1939) u Basil Rathbone nterpretah f 'If I Were King (1938). Charles VII ta' Franza ukoll deher taħt ix-xbieha ta' Jose' Ferrer f 'Joan Of Arc (1948); Norma Shearer kienet Marie Antoinette (1938) li ħalliet rasha taħt il-giljottina u fl-istess film kien Robert Morley li nterpreta lil Louis XVI u Pierre Renoir ħadmu f 'La Marseillaise (1938); John Barrymore kien Louis XIV ukoll f 'Marie Antoinette; f 'The Three Musketeers (1973), Jean Pierre Cassel kien Louis XIII. Fi Spanja, Philip II ħadmu Paul Scofield f 'That Lady (1955), waqt li Raymond Massey ippersonifikah f 'Fire Over England (1938). Dawn il-personaġġi rjali kif ukoll illustri kienu verament ispirazzjoni għall-arti taċ- ċinema.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024