Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 Il-kumpaniji tal-assigurazzjonijiet 'jagħmlu dak kollu possibbli,' tgħid l-IAM b'difiża għall-kummenti tal-MFSA Il-Kumpaniji tal-assigu- razzjoni Maltin se jagħmlu dak kollu possibbli u neċes- sarju sabiex jindirizzaw nuqqasijiet elenkati fir-rap- port tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), qal id-Direttur tal-Assoċjazzjoni tal-assig- urazzjoni Maltija Adrian J. Galea lill-gazzetta ILLUM. "Ir-rapport ġibed l-attenzjoni tal-kumpaniji kkonċernati," Galea assigura. Huwa kien qiegħed jirreaġixxi għall- pubblikazzjoni riċenti tal-Awtorità Maltija għas- Servizzi Finanzjarji (MFSA) fejn tqajjem tħassib dwar valutazzjonijiet dgħajfa li saru minn kumpaniji tal- assigurazzjoni waqt it-test tad-domandi u l-ħtiġijiet, u żvelat vulnerabbiltajiet potenzjali biex jiġi żgurat is- sodisfazzjon tal-klijent. Is-sejbiet tal-MFSA jindikaw ukoll nuqqas ta' għarfien fost l-Intermedjarji tal-Assigurazzjoni fir- rigward ta' żvelar kruċjali prekuntrattwali, inklużi proċeduri ta' lmenti u r-rwol tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. L-istess rapport jenfasizza l-ħtieġa li l-entitajiet tal- assigurazzjoni jsaħħu l-kompetenzi tal-bord u s-sistemi ta' governanza tagħhom. Barra minn hekk ir-rapport jindika wkoll pjanijiet ta' konformità inadegwati, dokumentazzjoni insuffiċjenti għall-immaniġġjar tat-talbiet, u nuqqasijiet fil-governanza tad-dejta. Galea ddefenda "l-proċess effettiv ta' complaints handling" u qal li huwa mezz tajjeb biex kumpanija ttejjeb is-servizz li tagħti. Huwa rrikonoxxa li s-settur irid iżomm mat-talbiet stabbiliti mir-regolaturi Ewropej. Madankollu, jinnota li minħabba d-daqs iżgħar tal-kumpaniji Maltin meta mqabbla ma' dawk f 'pajjiżi Ewropej akbar, l-isfidi huma amplifikati, u jirrikjedu adattament malajr għal rekwiżiti ġodda fix-xenarju regolatorju li "qiegħed dejjem jevolvi." Galea enfasizza l-ħtieġa ta' investiment fit-teknoloġija, għarfien/taħriġ, u nies imħarrġa għal rapurtaġġ aħjar. "Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li nuqqasijiet jeżistu kif jissemma fir- rapport, hemm ukoll ħafna tajjeb f 'settur li minkejja l-isfidi kbar fil-passat, dan is- settur baqa' reżiljenti u baqa' jħares l-esiġenzi tal-klijenti tiegħu," sostna Galea filwaqt li faħħar il-ħaddiema f 'dan il- qasam. Huwa qal li jinsab konvint li kull membru tal-MIA jagħmel ħiltu sabiex jagħti servizz lill- klijent, għaliex fl-aħħar mill- aħħar, l-ebda kumpanija ma tixtieq titlef il-klijenti. Huwa appella biex, flimkien mar-regolatur, tkompli l-ħidma, kif ilha ssir għal dawn l-aħħar snin, bl-għan li jitjieb fejn jeħtieġ għall- ġid aħħari tal-klijenti, u biex nilqgħu għall-isfidi tal-futur. L-MFSA qajmet tħassib dwar valutazzjonijiet dgħajfa li saru minn kumpaniji tal-assigurazzjoni waqt it- test tad-domandi u l-ħtiġijiet, u żvelat vulnerabbiltajiet potenzjali biex jiġi żgurat is-sodisfazzjon tal-klijent. Is-sejbiet tal-MFSA jindikaw ukoll nuqqas ta' għarfien fost l-Intermedjarji tal-Assigurazzjoni fir-rigward ta' żvelar kruċjali prekuntrattwali, inklużi proċeduri ta' lmenti u r-rwol tal-Arbitru għas- Servizzi Finanzjarji. L-aħħar volum tal-MFSA tas-serje Nature and Art of Supervision jenfasizza oqsma ewlenin ta' tħassib fis-settur tal-assigurazzjoni f'Malta. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li l-entitajiet tal-assigurazzjoni jsaħħu l-kompetenzi tal-bord u s-sistemi ta' governanza tagħhom. Barra minn hekk, ir-rapport jindika wkoll pjanijiet ta' konformità inadegwati, dokumentazzjoni insuffiċjenti għall- immaniġġjar tat-talbiet, u nuqqasijiet fil-governanza tad-dejta. Il-pubblikazzjoni enfazzizat in- nuqqasijiet fl-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju, b'xi pjanijiet ta' kontinġenza jkunu nieqsa minn testijiet regolari. L-MFSA ħeġġet lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni biex jiddedikaw aktar ħin waqt il-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet ta' konformità regolatorja u l-valutazzjoni tas- sistemi ta' governanza u s-sistemi ta' risk managment. Barra minn hekk, ir-rapport ħares lejn il-bidliet regolatorji implimentati mill-MFSA fis-sena li għaddiet, fosthom żviluppi fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Motor Insurance. Din id-direttiva għandha l-għan li tipproteġi l-partijiet li sofrew minn korriment permezz ta' arranġamenti ta' kumpens effettivi, filwaqt li toffri titjib fid-drittijiet tal-policyholders f'każijiet ta' insolvenza tal-assiguratur, jiġifieri meta l-assi disponibbli tal- kumpanija ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha. Iżid fuq dawn il-konklużjonijiet, mal-gazzetta ILLUM, il-Kap tal- Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet fl-MFSA, Ray Schembri, enfasizza l-importanza tal-pubblikazzjoni. "Billi nikkomunikaw is-sejbiet tal- ispezzjonijiet tagħna, l-intenzjoni tagħna hija li nistabbilixxu b'mod ċar l-aspettattivi tal-Awtorità għall-impriżi tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji," huwa stqarr. Schembri tkellem fuq l-impenn tiegħu bir-regolament mal-fornituri tal-assigurazzjoni, billi jiggwidahom lejn konformità regolatorja u tisħiħ organizzattiv, filwaqt li tingħata prijorità lill-onestà, il-ġustizzja, u l-aħjar interessi tal-klijenti. X'qal ir-rapport tal-MFSA? L- Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni tirreaġixxi, wara li l-MFSA tqajjem tħassib dwar 'valutazzjonijiet dgħajfa' li saru minn kumpaniji tal-assigurazzjoni