Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 'Meta għaddew il-liġi, ma kien hemm xejn ippreparat,' l-eks chairperson tal-ARUC tgħid ID-DIVIŻJONI GĦALL-FONDI U PROGRAMMI, MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL- KONSUMATUR INTERREG Italia-Malta VI-A Programm 2021–2027 L-Ewwel Sejħa għal Proposti ta' Proġetti L-Unità ta' Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi tixtieq tinforma li l-ewwel sejħa għal proposti ta' proġetti taħt il-Programm Interreg Italia-Malta VI-A 2021–2027 bħalissa hija miftuħa u se tagħlaq fl-4 ta' April 2024. Din is-sejħa għandha allokazzjoni baġitarja totali ta' madwar €27 miljun taħt il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (FEŻR) u tiffoka fuq għadd ta' prijoritajiet inklużi r-riċerka u l-innovazzjoni, il-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-kapital soċjali permezz tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli, u governanza aħjar. Is-sħubija trid tkun magħmula minn mill-inqas sieħeb wieħed minn Sqallija u sieħeb wieħed minn Malta. Sabiex tara r-reġjuni eliġibbli tal-istatistika NUTS3, jekk jogħġbok irreferi għat-test tas-sejħa. Għall-imsieħba Maltin, il- finanzjament tal-FEŻR ikopri 80 % tan-nefqa eliġibbli. It-tip ta' benefiċjarji eliġibbli jiddependi fuq l-objettiv speċifiku. Aktar dettalji dwar is-sejħa jistgħu jinstabu billi tiskenja l-kodici ta' hawn taħt: Ser issir sessjoni ta' informazzjoni b'rabta ma' din is-sejħa nhar it-Tnejn 11 ta' Marzu 2024. L- attendenza se tkun fuq bażi ta' first come first served. Aktar dettalji, flimkien mal-aġenda tal- laqgħa kif ukoll il-post, ser ikunu pprovduti fil-ġimgħat li ġejjin. Biex tirreġistra l-attendenza tiegħek jekk jogħġbok skenja l-kodici ta' hawn taħt: Dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-Unità ta' Kooperazzjoni Territorjali fuq: Imejl: territorialcoop.fpd@gov.mt Telefown: +356 25552604 ELAINE CAMILLERI L-eks chairperson tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal- Kannabis (ARUC) qed tiddubita dwar in-nuqqas li wera l-Gvern sabiex jipprevenji kwalunkwe impat soċjali tad-deċiżjoni meħuda dwar l-legalizzazzjoni tal-kannabis. "Ir-riforma saret mingħajr l-ebda preparazzjoni," il-psikoterapista Mariella Dimech qalet waqt intervista ma' Andrew Azzopardi. Dimech għandha esperjenza estensiva fuq it-trattament tad- droga hekk kif li qattgħet 21 sena taħdem mal-Caritas. IR-RIFORMA SARET MINGĦAJR EBDA PREPARAZZJONI Waqt il-programm, Azzopardi staqsa x'inhi l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti riċentament għal-liġijiet ta' Malta dwar id-droga. "Jekk ivvizzjat imur il-ħabs ivvizzjat, ivvizzjat joħroġ…" qalet Dimech, filwaqt li saħqet li wara kull ivvizzjat hemm familja b'uġigħ, kif ukoll vittmi oħra. "Meta naħsbu dwar liġi, ma nistgħux naħsbu biss fl-interessi tal-vizzju, iżda wkoll is-soċjetà inġenerali...." stqarret Dimech hi u tispjega li pjan ta' liġi biex jgħin lil ivvizjati mhuwiex biżżejjed iżda hemm bżonn ta' aproċċ differenti lejn il-kannabis. "Meta għaddew il-liġi, ma kien hemm xejn diġà ppreparat. Allura n-nies tħawdu .... l-affarijiet mhumiex ċari." Dimech ukoll indirizzat l-implikazzjonijiet bħala riżultat taż-żieda fuq l-ammonti ta' pussess ta' droga. Dawn huma ammonti li jinstemgħu minn speċjalist tad- droga waqt il-qorti. "Meta qed ngħidu li mhux se nagħtu kas għall- ammont ta' drogi sabiex niddeċiedu [fuq il-kastig]... x'inhi l-problema [li qed tiġi indirizzata]? Kriminalità jew vizzju?" "Imma min-naħa l-oħra ma nistgħux ngħidu biss 'issa għandna qrati tad-droga'... mhux biżżejjed li niġi u ngħidilkom li kellna 500 persuna jgħaddu minn qrati tad- droga u rċievew pjan ta' trattament. Ordni ta' trattament mhux bilfors ifisser li l-persuna se tkun f 'faċilità ta' rijabilitazzjoni residenzjali." Dimech kompliet tgħid li meta persuna tingħata pjan ta' trattament jista' li wieħed sempliċiment jattendi laqgħat mal-uffiċjal tal-probation tiegħu u jmur għat-terapija. "Imma kemm hemm nies hemmhekk jafu li jekk tieħu l-kokaina llum, fi żmien tlett ijiem mhux se tidher fuq test tad-droga? Forsi le, imma nies li jużawha jagħmluha," spjegat Dimech. Inqas nies il-ħabs għal reati tad- droga jirriżulta f 'piż akbar fuq l-uffiċjali tal-probation u l-qrati tad-droga, qalet, waqt li staqsiet x'preparazzjoni saret biex wieħed jipprepara għaliha. "Kulħadd jaf il-verità. L-istatistika turi żieda kbira fl-użu tal-kannabis u l-kokaina. Ma nistgħux inħarsu biss lejn il-legalità tas-sitwazzjoni. Irridu nitkellmu wkoll dwar aktar informazzjoni dwar qrati tad- droga, ordnijiet ta' trattament, kemm huma effettivi, u min huma l-professjonisti li se jevalwaw dawn l-affarijiet ġodda." Dimech sostniet li r-rakkomandazzjonijiet li saru minn għaqdiet li joperaw fis- settur tal-kura għall-vizzju tad- droga, bħall-Caritas u l-Oasi, iridu jingħataw l-istess piż ta' xogħol bħall-gvern. "Irridu niġbru r-riżorsi kollha tagħna u ma rridux ngħaġġlu l-affarijiet. F'dan il-pajjiż hemm problema kbira bid-droga, b'saħħa mentali, dipressjoni, suwiċidji. Ma nistgħux ilaħħqu." Dimech kompliet twissi li la darba jinfetħu l-bibien għandna nieqfu u nevelwaw il-konsegwenzi li jistgħu jaffetwaw is-saħħa mentali. Hija qalet lil Azzopardi li fl-2022 kien hemm żieda ta' każijiet fl- emerġenza tal-isptar b'rabta mad- drodi. AZZOPARDI JISTAQSIHA DWAR IT-TKEĊĊIJA TAGĦHA MILL-ARUC Azzopardi staqsa x'kien wassal għat-tkeċċija tagħha mill-ogħla kariga fl-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis (ARUC), li għadha kif ġiet iffurmata. Dimech qalet li ma ngħatatx raġuni valida, u li ma kinitx ippreparata għall-istampa negattiva li segwieta. "Qatt ma immaġinajt li se tkun esperjenza daqshekk diffiċli.... Ma stennejtx artikli fuqi bħala persuna..." Il-liġi kienet milqugħa b'entużjażmu iżda fil-verità ma kien sar xejn għat-tħejjija tal- introduzzjoni tagħha. "L-aspett legali sar iżda ma kien hemm l-ebda bażi jew tħejjija. U r-riżultati huma ċari: il-fatt li l-użu tal-kannabis illegali ma naqasx huwa inkwetanti." Dimech tkellmet fuq kif ħafna implikaw li f 'sena ma għamlet xejn, iżda hija spjegat li minkejja n-nuqqas ta' riżorsi u l-uffiċċju żgħir li kellha, ħadmet ħafna u qattgħet ħafna sigħat taħdem mid- dar. "Naf li s-suċċessur tiegħi ma jistax jgħid li ma sab xejn lest." L-akbar problema tal-kannabis, qalet Dimech, hija n-nuqqas ta' informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku. Skotha, l-inforazzjoni li hem disponibbli hija fornuta fuq livell politiku. "Irridu nibnu soċjetà fejn professjonisti u nies b'esperjenza jħossuhom liberi li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom." Il-psikoterapista qalet li qatt ma kinet interressata fi-politika u qatt ma basret li kienet se tirċievi awk il-kummenti politiċi kollha. Hija kompliet tlissen, b'leħen imbikkem li ma setgħtex temmen l-attakki u ummenti li bdiet tlaqqat, uħud mill-kummenti jgħidu li hija ħadet din il-kariga biss għal raġuni ta' flus. L-eks chairperson tal-Awtorità tal-Kannabis, Mariella Dimech

