MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum "Nixtieq li meta wliedi jikbru jgħidu 'missieri għamel LUIGI SGHENDO Minn l-aħħar surveys ħareġ li hemm numru ta' Laburisti li qed jgħidu minn issa li mhux se jkunu qegħdin jivvotaw. Għaliex taħseb li qed ikun hemm din l-apatija fost il-votanti? Irridu nisimgħu u nimu lin-nies ħalli mbagħad inkunu nistgħu nindirizzawhom. Ħu l-inflazzjoni bħala eżempju. Ftehemna madwar mejda, tkellimna u lħaqna ehim man-negozjanti u sibna soluzzjoni biex innaqqsu l-prezzijiet fuq xejn anqas minn 400 prodott essenzjali, b'roħs ta' 15%. Dawn is-soluzzjonijiet qed jindirizzaw l-isfidi tal-għoli tal-ħajja u attwalment il- politika hija li nagħtu soluzzjonijiet lin-nies u jien nixtieq politika li timxi ma' dak il- messaġġ. Taħseb li l-Partit Laburista se jkun qed iżomm ir-raba' siġġu? Jiena naħseb li minn stħarriġ għal ieħor in-nies qed jirritornaw lura l-interess tagħhom lejn il-politika. X'ħa jiġri fl- elezzjoni rridu nistennew u naraw. Jiena ma nħobbx nispekula fuq dawn l-affarijiet. M'għandix dubju li meta n-nies ikunu fil-kamra fejn jiktbu l-vot tagħhom, huma se jiddeċiedu dakinhar jekk iridux ikomplu għaddejjin b'din il-politika ta' stabbiltà jew jirritornaw lura għall-politika ta' instabbiltà li ħalliet piżijiet fuq in-nies u negozji li kien iħaddan Gvern Nazzjonalista. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li s-sussidju fl-enerġija jista' jġib riperkussjonijiet fuq l-infiq tal-Gvern u saħqet li s-sussidju għandu jingħata lil dawk li vera għandhom bżonnu. Taqbel ma' dan? Fl-ekonomija, importanti li nagħtu stabbiltà. Huwa importanti li nagħtu serħan il-moħħ fosthom lill-investituri u lill-familji sabiex ma jsibux xi sorpriża wara l-kantuniera tistenniehom. Infakkar li s-self-employed, l-SME's, negozji żgħar u medji huma l-qalba tal- ekonomija li wkoll qed igawdu minn dan is- serħan tal-moħħ daqskemm qed jitgawdew minn kumpaniji kbar li jħaddmu ħafna nies f 'pajjiżna. Din qed tagħti ċ-ċans liż-żgħir u l-kbir biex jinvestu b'kunfidenza, kuntrarju ta' pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea, fejn għandek nies li qed jaffaċċjaw kontijiet li ma jistgħux iħallsu. Fl-aħħar snin rajniek bħala analista finanzjarju, imma wkoll bħala l-Kap ta' Project Green. Taħseb li ma kontx qed tagħmel differenza kif kont? Taħseb li trid tkun bilfors politikant biex tagħmel differenza? Ma naħsibx, fil-fatt lanqas inħossni ta' politikant. Xi ħaġa li tinstema' ironika, għadni ma nistax niem eżattament xi tfisser li tkun politikant. Jekk politikant tfisser li ġġib in-nies madwar mejda u nimxu 'l quddiem, mela iva, jien nixtieq inkun politikant. Dak it- tip ta' politikant, mhux partiġġjan jew popolista. Xi ħaġa li tinkwetani hija l-ammont ta' politiċi madwar l-Ewropa li qed ikunu popolisti. Għaliex faċli li titkellem għall- fama fuq il-media soċjali, imma jien nixtieq inkun xi ħadd li jimbotta 'l quddiem deċiżjonijiet li hemm bżonn biex għada pitgħada ngawdu l-frott tiegħu. Għandi żewġt itfal u nixtieq li meta jikbru, iħarsu lura u jgħidu "missieri għamel xi ħaġa biex illum qed ingawdi pajjiż aħjar milli kien". Jien kburi bil-ħidma tiegħi fi ħdan Project Green. Naħseb li fil-qasam bankarju tal- karriera tiegħi għamilna ħafna ġid, għent ħafna kumpaniji flimkien ma' sħabi biex jinvestu f 'pajjiżna u llum qed naraw il-ġid tiegħu. Xnigħat kienu jgħidu li l-PL kien ilu jiġri warajk sabiex taċċetta t-talba tagħhom. X'kienet dik il-ħaġa li kkonvinċietek? M'għandix dubju li fi ħdan il-Partit Laburista hemm dak kollu li wieħed għandu bżonn biex naħdmu flimkien. Minn esperjenza personali kelli l-opportunità li nkun parti mill-100 idea, fejn minnu nkiteb il-manifest elettorali u llum qed nieħu pjaċir li dawk l-ideat li ġew minn kull faxxa tas-soċjetà, issarrfu fil-manifest u qed jitwettqu bħala parti mill-programm tal- Gvern. Project Green, li inti kont l-ewwel CEO tiegħu, ra bosta rinnovar ta' diversi ġonna u spazji miftuħa. Jimxi fuq il-manifest tal-PL, kellu wkoll numru ta' proġetti ambizzjużi, bħal dak ta' San Ġwann, Santa Venera, u l-Furjana. Konvint lis-suċċessur tiegħek se jwassal biex dawn il-proġetti ma jibqgħux fuq il-karta? M'għandix dubju. Il-ħidma qed issir. Fil-fatt, il-proġett ta' San Ġwann u ta' Bormla ġew sottomessi għand l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġetti ta' Santa Venera u San Ġwann, qed issir analiżi fuqhom biex tassigura li jsiru b'mod li jħalli l-inqas impatt possibbli waqt li jkunu qed isiru. Xi ħaġa li forsi f 'dan il-pajjiż ma konniex daqstant attenti għaliha tul is-snin kienet li kien qed ikollna ħafna proġetti għaddejjin f 'daqqa, fejn il-pajjiż kważi staġna. Il-Partit Laburista se jżomm ir-raba' siġġu? Bilfors trid tkun politikant biex tagħmel differenza? X'sar minnhom il-proġetti għal spazji miftuħa f'San Ġwann, Santa Venera u l-Furjana? Il-kandidat Laburista għall-Membru Parlamentari Ewropew Steve Ellul iwieġeb Xi ħaġa li tinkwetani hija l-ammont ta' politiċi madwar l-Ewropa li qed ikunu popolisti. Għaliex faċli li titkellem għall-fama fuq il-media soċjali, imma jien nixtieq inkun xi ħadd li jimbotta 'l quddiem deċiżjonijiet li hemm bżonn biex għada pitgħada ngawdu l-frott tiegħu. Steve Ellul

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024