Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092
06 intervista IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum "Qbadt il-messaġġ fuq bini, li prattikament tiela' bla rażan X'MESSAĠĠ RIDT T WASSAL BL- INTERPRETAZZ JONI ORIĠINALI TAL-'AĦĦAR BIDWI'? Hija diska popolari u xtaqt inżid l-element ta' oriġinalità billi qbadt il- messaġġ fuq bini li prattikament tiela' bla rażan, is-soffokazzjoni u l-inċidenti marbuta mas-siti tal-kostruzzjoni, fosthom ta' Miriam Pace u Jean Paul Sofia, imbagħad żewwiġt dawk it-temi mad-diska. MA ĦASSEJTEKX SKOMDA TIKTEB DISKA B'MESSAĠĠ POLITIKU? IKKUNSIDRAJT IR- REAZZJONIJIET NEGATTIVI LI STAJT KELLEK MILL-UDJENZA? Għaraft ir-riskju li diska bħal din iġġorr magħha, però nemmen li kelli bżonn nesprimi l-opinjoni tal-poplu permezz tad-diska li ħloqt. Kont konxja mir-riskju u fil-fatt irċivejt messaġġ jew tnejn li ma qablux miegħi. Attwalment nemmen li ħadmet favorija għax ġiet apprezzata minn ħafna nies. MINN FE JN KSIBT L-ISPIRAZZ JONI BIEX ŻEWWIĠT L-AĦĦAR BIDWI F'WIED IL- GĦASEL MA' VIVA MALTA? Il-parti ta' Viva Malta hija ironika u nittama li niehmet hekk. Minkejja li Malta u l-Maltin huma għal qalbi, nemmen li għandna nuqqasijiet u għandna nistaqsu fuqhom. Fil-fatt għalhekk għedt "viva Malta u l-Maltin, hi din l-art tal-qalbenin?" Ridt inniggeż il-kuxjenza tas-semmiegħa u jirriflettu fuq l-azzjonijiet tagħhom marbuta mat-tema tal-kanzunetta. Ħaġa oħra li ispiratni kienet il- produzzjoni tal-kanzunetta. Jien, flimkien ma' Iona – it-tfajla ta' Marija u l-producer tal-mużika – innutajna li kien hemm similarità bejn xi kordi ta' Viva Malta u tal-Aħħar Bidwi f 'Wied il- Għasel u għalhekk ħadna l-opportunità u għaqqadniehom. GIANLUCA BEZZINA QALLEK LI JEMMEN LI SE TIRNEXXI MINGĦAJR IL-BŻONN TAL-X FACTOR. TAĦSEB LI KIEN KUMPLIMENT JEW ĠIEGĦLEK TĦOSSOK LI APPLIKAJT DARBTE JN GĦALXE JN? Ma nemminx li applikajt għalxejn għax miż-żewġ esperjenzi tgħallimt, kbirt, rabbejt il-kunfidenza u skoprejt iktar xi rrid inwassal, b'mod speċjali l-identità artistika tiegħi. Bezzina, li kien qed imexxi l-kategorija tan-nisa, fis-six chair challenge qalli "ikun xi jkun ir-riżultat, int se tirnexxi". Apprezzajtha ħafna għax fl-aħħar mill- aħħar mhuwiex biss il-preżent li juri s-suċċess ta' artista imma l-perseveranza li nibqa' nuri l-ħiliet tiegħi wara l-kompetizzjoni. FID-DAWL TA' DAN, TEMMEN LI GĦANDEK TKOMPLI BĦALA ARTISTA LOKALI JEW HEMM XI SFIDI LI QED IŻOMMUK MINN DIN IL-ĦOLMA? Sfidi bla ma trid tiltaqa' magħhom, bħal kull persuna insomma. Importanti taffaċċjahom b'lenti pożittiva u tara x'tista' tagħmel f 'dak il-mument biex tegħlibhom. Nemmen li bħalissa qed naħdem biex inkompli bħala artista lokali u nixtieq niffoka fuq id-diski oriġinali tiegħi u nesperimenta b'diski oħrajn. "HAWNHEKK GĦANDNA ARTISTA LI SE TIRNEXXI FL- INDUSTRIJA". DAN KIEN KLIEM HOWARD. TĦOSSOK TRADUTA MILL-ĠURIJA META KIENU HUMA STESS LI ELIMINAWK? Nammetti kien daqsxejn ta' xokk meta qaluli li mhux se nkompli għaddejja għal-live shows. Fit-tieni staġun tal-X factor dħalt l-iktar għall-esperjenza iżda fir-raba' staġun dħalt għax kont naf li lesta ma niħux biss l-esperjenza imma nipprova nasal sal-finali. Is-sapport tal-poplu rċivejtu. Il-kummenti tal-ġurija kienu pjuttost pożittivi. Minn dakinhar stess għedt li se nieħu kemm nista' minn din l-esperjenza u nibni fuq dak li tgħallimt, speċjalment meta smajt il-kummenti tal- poplu. DIN ID-DEĊIŻ JONI TATEK IL- ĦEĠĠA LI TKOMPLI TISSAĦĦAĦ BĦALA ARTISTA LOKALI? Nemmen li l-eliminazzjoni tiegħi tatni ħafna kuraġġ għax rajt poplu li apprezza x'għamilt bħala artista u poplu li riedni nkompli. Barra minn hekk tatni imbuttatura tajba fl-ispirazzjoni tiegħi biex inkompli Smajnieha fuq is-sett tat-televiżjoni, għal darba darbtejn. Ħabbejnieha mal-ewwel iżda kompliet tisirqilna qlubna meta kantat dwar il-ħsibijiet li nibżgħu nitkellmu fuqhom. Luigi Sghendo jitkellem ma' Marija Bellia. Għaraft ir-riskju li diska bħal din iġġorr magħha, però nemmen li kelli bżonn nesprimi l-opinjoni tal-poplu permezz tad- diska li ħloqt. Kont konxja mir-riskju u fil- fatt irċivejt messaġġ jew tnejn li ma qablux miegħi. Marija Bellia