MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum opinjoni Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba G ħal diversi xhur tkellimt dwar l-abbużi li għaddejjin f 'pajjiżna b'monopolji li qed iwasslu għal żidiet fil-prezzijiet ta' pro- dotti essenzjali bħall-ikel li qed ikissru lill-familji Maltin u Għawdxin. Wegħedt li se nkompli naħdem sabiex nara li din il-materja tingħata l-attenzjoni u tiġi investigata mill-Kummissjoni Ewropea għaliex aħna jixirqilna u għandna dritt ukoll li ngawdu mill-benefiċċji tas-Suq Uniku Ewropew. Din il-ġimgħa kellna seduta fil- Parlament Ewropew fejn bħala ċittadin Malti kelli ċ-ċans li nippreżenta l-petizzjoni li kont ressaqt quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet, u minkejja l-ħafna tgħajjir u bsaten fir-roti li għamluli tal-Partit Nazzjonalista biex mingħalihom jaqtgħuli qalbi, wara li spjegajt bl-aktar mod ċar is- sitwazzjoni unika li teżisti f 'pajjiżna, il-Parlament tani r-raġun. Kif jgħidu, ix-xitan m'għandux ħalib. Altru milli m'għandhiex x'tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea, kif qalilna l-kandidat Nazzjonalista għall-Elezzjonijiet Ewropej Peter Agius, fil-Parlament ksibt l-appoġġ tal-Gruppi politiċi kollha għal din it-talba, inkluż ukoll tal-Partit tal-Popolari li l-Partit Nazzjonalista jagħmel parti minnu. Dan huwa l-istess grupp li jaspira li jkun ipoġġi fl-istess naħa tagħhom Peter Agius jekk jafdawh in-nies; suppost sħabu, li wkoll ma qablux miegħu. Ninsab ferm sodisfatt bid-deċiżjoni unanima li ttieħdet biex proprju l-petizzjoni li ressaqt jien għan- nom tal-konsumaturi Maltin twassal li fl-aħħar mill-aħħar il-Kummissjoni tkun imġiegħla tinvestiga. Dan naturalment iwassal messaġġ ċar li t-tħassib li qajjimt jien huwa reali u verament jimmerita li jkun mistħarreġ jekk irridu nassiguraw li l-konsumaturi Maltin u Għawdxin jiġu trattati kif inhu xieraq. Meta xhur ilu ressaqt din it-talba, il- Partit Nazzjonalista kien ħoloq paniku u tgħidx kemm ħadha kontrija. Peter Agius għamel ġimgħat jogħxa jtella' messaġġi fuq il-midja soċjali mingħalih jiżżuffjetta bija u jipprova jiżgwida lin-nies għaliex skontu, dan l-eżerċizzju kellu jsir mill- awtoritajiet lokali – konklużjoni waħda hemm, jew għadu ma fehem xejn u ma jafx juża l-istituzzjonijiet Ewropej għall- ġid ta' pajjiżna, jew inkella ried iqarraq. Ngħid għalija, iddejjaqt l-aktar mhux għax dawn in-nies huma redikoli u ma jistgħux jittieħdu bis-serjetà, iżda għaliex xi ħadd bħal Peter Agius, li jiftaħar li ilu snin jaħdem fl-Unjoni Ewropea u issa qed jerġa' jittama li jiġi fdat min-nies biex jirrappreżentahom, minflok medd idu għax-xogħol u ra kif jista' jgħin biex din il-problema tista' tiġi indirizzata serjament, prova jirbaħ xi ftit punti politiċi medjokri u qagħad jipprova jtini l-gambetti. Prefera jiddefendi lil min qed jabbuża, minflok iddefenda liż-żgħir. Pajjiżna miexi 'l quddiem b'ekonomija li qiegħda dejjem tissaħħaħ u konna minn ta' quddiem fl-irkupru mill-isfidi li ffaċċjajna, fejn saħansitra sa din il- ġimgħa stess rajna t-tbassir revedut tal- Kummisjoni Ewropea, li għal darb'oħra juri li l-ekonomija Maltija se tikber bl- aktar rata mgħaġġla fl-Unjoni Ewropea matul din is-sena. Però kif dejjem għedt, dan il-ġid irid jitqassam u jrid jinħass minn kulħadd. Mhux aċċettabbli li jkollna ftit kumpaniji li, għax huma kbar u b'saħħithom, ikissru s-suq, jirkbu lil kulħadd u jgħaffġu liż-żgħir. Proprju għalhekk li kont bdejt nitkellem bl-aktar mod ċar u nwassal il-leħen ta' ħafna familji u kif ukoll ta' ħafna negozji żgħar u sidien ta' ħwienet li kienu qed iħossu l-effetti negattivi ta' dawn il- monopolji. Se nibqa' nitkellem dwar il-ħtieġa li dawn il-prattiċi abbużivi li qed ikissru lill-familji jiġu investigati mill- Kummissjoni għaliex f 'pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tiegħu, għandna monopolji de facto li qed jikkontrollaw is-suq u jagħmlu li jridu biex ikomplu jħaxxnu bwiethom, sitwazzjoni unika fil-blokk li qed twassal biex is-suq uniku Ewropew mhux qed iħalli l-istess benefiċċji għall-konsumaturi tagħna bħalma jħalli lil dawk fl-Istati Membri l-oħra. llum il-ġurnata, grazzi għall-azzjoni li ħa l-Gvern, din il-problema ttaffiet permezz tal-ftehim li rnexxielu jilħaq biex jonqos il-prezz ta' ammont wiesgħa ta' prodotti tal-ikel u l-iffriżar tal-prezz għal disa' xhur. Però jien kommess li nibqa' naħdem biex nassigura li din il-problema tkun megħluba u ma terġax titfaċċa, u għaldaqstant se nkompli nibni fuq l-ittra li kont ktibt lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u lill-Kummissarji rispettivi, u kif ukoll fuq din il-petizzjoni li ressaqt fil-Parlament. Issa l-Parlament tkellem ċar u qal li l-Kummissjoni trid tieqaf tkarkar saqajha u tabdika mir-responsabbiltà tagħha, u trid tibda l-investigazzjoni mitluba fuq is-suq tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel f 'Malta minnufih. Jien kommess li nkompli nsegwi din il-ħidma għall-ġid ta' pajjiżna. Investigazzjoni fuq il-monopolji fil-prezzijiet tal-ikel f'pajjiżna Mhux aċċettabbli li jkollna ftit kumpaniji li, għax huma kbar u b'saħħithom, ikissru s-suq, jirkbu lil kulħadd u jgħaffġu liż-żgħir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024