MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • NRU 907 Intervista ma' Clayton Bartolo PAĠNI 6 u 7 Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jneħħi l-Jobsplus minn taħt l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u jtih lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, wassal biex Caruana serjament ikkunsidra l-pożiżżjoni tiegħu fil-kabinett. Kien hemm ukoll mumenti din il- ġimgħa meta kkunsidra li jibqax. Mhux magħruf x'waslu biex jerġa jaħsibha. Il-Prim Ministru għamel dawn id- deċiżjonijiet wara l-pubblikazzjoni tar- rapport tal-Kummissjoni dwar il-mewt ta' Jean Paul Sofia. Caruana li huwa fost l-aktar ministri rispettati fil-kabinett ta' Abela, minkejja li xi kultant huwa kkunsidrat rasu iebsa, huwa rrikonnoxut għal politika fiskali tiegħu apparti li għandu moħħ indipendenti u kkunsidrat serju. Għamel isem bħala persuna li mexxa l-Jobsplus fl-iktar żmienijiet diffiċli. Kien dejjem viċin ħafna George Abela, missier Robert Abela, li kien deputat mexxej tal-Partit Laburista fi żmien il- Prim Ministru Alfred Sant. Caruana kien ukoll l-ewwel kap tas-segretarjat ta' Robert Abela erba' snin ilu, fil-bidu meta ġie maħtur Prim Ministru minflok Joseph Muscat f 'Jannar 2020. Ftit wara Caruana kien ġie co-opted fil-parlament, ġie maħtur Ministru tal- Finanzi, fejn ma beżax jieħu deċiżjonijiet diffiċli. L-ewwel sfida tiegħu kienet il- COVID. Imma internament kienet ċara li iktar ma għadd ħin kien hemm diverġenzi fil-mod kif Caruana u Abela iħarsu lejn l-affarijiet. Madanakollu ħafna mir-riżultati eċċelenti ekonomiċi huma frott il-politika ta' Abela u Caruana, b'mod speċjali waqt il-perjodu tal-COVID u wara. Caruana wkoll kien kruċjali biex jintlaħaq ehim ma' Brussel fil-każ tal-Air Malta li issa qed topera bħala KM airlines. Fl-elezzjoni nazzjonali ta' 2022, Caruana ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bil-vot li ġab f 'żewġ distretti u fil-kamp tan-negozju kkunsidrat bħala forċina għan-negozji u għall-ekonomija Maltija. Minkejja l-politika neo-Liberali, Caruana jikkunsidra lilu nnifsu Mintoan, b' għeruq fondi fil-partit. Caruana kkunsidra l-pożizzjoni politiku tiegħu wara li ttihiedlu l-Jobsplus minn taħt idejh INKJESTA SOFIA Il-kapijiet tal-MCCAA u l-JobsPlus mistennija jirriżenjaw MARIANNA CALLEJA Il-kap eżekuttiv ta' Jobsplus Alexia Vella u s-CEO tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall- Affarijiet tal-Konsumatur Helga Pizzutto huma mistennija jgħaddu l-ittra tar-riżenja tagħhom fil- jiem li ġejjin. Dawn ir-riżenji huma parti minn serje ta' riżenji minn kapitajiet ta' awtoritajiet fi ħdan il-Gvern, kawża tal-Inkjesta Pubblika tal-mewt ta' Jean Paul Sofia, li ġiet iċċirkolata mal-pubbliku l-Erbgħa li għadda. Iż-żewġ kapijiet, Pizzutto, u Vella, xehdu fl-inkjesta darbtejn kull wieħed, bil-konklużjonijiet issemmew dan fid-dettall. Il-kummenti dwar Jobsplus kienu ġenerali, bl- inkjesta tikkonkludi li JobPlus naqqset meta ma kellhiex lista ta' siti tal-kostruzzjoni attivi fuq il-gżira, u b'hekk ma ċċekjatx iż-żoni b'mod regolari. Fil-każ tal-MCCAA, l-inkjesta marret f 'aktar dettall meta semmiet li Helga Pizzutto ma kinitix preparata biżżejjed għat-testamonjanza tagħha. PAĠNA 8 Clyde Caruana Helga Pizzuto u Alexia Vella

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024